Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1000

Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 tal- 10 ta' Ottubru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

ĠU L 265, 11.10.2011, p. 8–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1000/oj

11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/8


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUNSILL (UE) Nru 1000/2011

tal-10 ta' Ottubru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ ċerti persuni u ma’ entità fil-lista fl-Anness IA għal dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Artikolu 2

Fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrati għall-persuni u l-entità li ġejjin għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati rispettivi mniżżla fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament:

(1)

Mazouka Siarhei;

(2)

Bazanau, Aliaksandr Viktaravich

(3)

Peftiev Vladimir

(4)

Ipatau, Vadzim Dzmitryevich

(5)

Bushnaia, Natallia Uladzimirauna

(6)

Bushchyk, Vasil Vasilievich

(7)

Katsuba, Sviatlana Piatrouna

(8)

Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna

(9)

Padaliak, Eduard Vasilievich

(10)

Rakhmanava, Maryna Iurievna

(11)

Shchurok, Ivan Antonavich

(12)

Sport-Pari

(13)

Shadryna, Hanna Stanislavauna.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS I

Persuni msemmijin fl-Artikolu 1

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Kamisarau, Valery Mikalayevich

Komissarov, Valeri Nikolaevich

Камiсараў Валерый Мiкалаевiч

Комиссаров Валерий Николаевич

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala l-prim imħallef) l-appelli kontra s-sentenzi tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, Eduard Lobov, Aleksandr Otroshchenkov, Dmitri Novik, Aleksandr Molchanov. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

2.

Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich

Stepurko, Vladimir Mikhailovich

Сцяпурка Уладзiмiр Мiхайлавiч

Степурко Владимир Михайлович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala prim imħallef) l-appelli kontra s-sentenzi tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Irina Khalip, Sergei Martselev, Pavel Severinets, Dmitri Bondarenko, Dmitri Doronin, Sergei Kazakov, Vladimir Loban, Vitali Matsukevich, Evgeni Sekret u Oleg Fedorkevich. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

3.

Khrypach, Siarhei Fiodaravich

Khripach, Sergei Fiodorovich

Хрыпач Сяргей Фёдаравiч

Хрипач Сергей Федорович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala prim imħallef) l-appelli kontra s-sentenzi tal-ex kandidati presidenzjali Andrei Sannikov, Nikolai Statkevich, Dmitri Uss, Vladimir Nekliaev, u l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Dmitriev, Ilia Vasilevich, Fiodor Mirzayanov, Oleg Gnedchik, Vladimir Yeriomenok, Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kviatkevich, Artiom Gribkov, Dmitri Bulanov u (bħala mħallef assoċjat) Dmitri Dashkevich, Eduard Lobov, Aleksandr Otroshchenkov, Dmitri Novik, Aleksandr Molchanov. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

4.

Nazaranka, Vasil Andreyevich

Nazarenko, Vasili Andreevich

Назаранка Васiль Андрэевiч

Назаренко Василий Андреевич

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala prim imħallef) l-appelli kontra s-sentenzi tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Vasili Parfenkov u (bħala mħallef assoċjat) Dmitri Dashkevich, Eduard Lobov. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

5.

Kamarouskaya, Volha Paulauna

Komarovskaia, Olga Pavlovna

Камароўская Вольга Паўлаўна

Комаровская Ольга Павловна

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Hija ċaħdet (bħala mħallef assoċjat) l-appelli kontra s-sentenzi tal-ex kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Irina Khalip, Sergei Martselev, Pavel Severinets, Aleksandr Otroshchenkov, Dmitri Novik, Aleksandr Molchanov, Ilia Vasilevich, Fiodor Mirzayanov, Oleg Gnedchik, Vladimir Yeriomenok, Dmitri Doronin, Sergei Kazakov, Vladimir Loban, Vitali Matsukevich, Evgeni Sekret u Oleg Fedorkevich. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

6.

Zaitsava, Viktoryia Henadzeuna

Zaitseva, Viktoria Gennadievna

Зайцава Вiкторыя Генадзеўна

Зайцева Виктория Геннадьевна

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Hija ċaħdet (bħala mħallef assoċjat) l-appelli kontra s-sentenzi tal-ex kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fiodor Mirzayanov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

7.

Unukevich, Tamara Vasileuna

Vnukevich, Tamara Vasilievna

Унукевiч Тамара Васiлеўна

Внукевич Тамара Васильевна

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Hija ċaħdet (bħala mħallef assoċjat) l-appelli kontra s-sentenzi tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Irina Khalip, Sergei Martselev, Pavel Severinets. Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

8.

Krot, Ihar Uladzimiravich

Krot, Igor Vladimirovich

Крот Iгар Уладзiмiравiч

Крот Игорь Владимирович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala mħallef assoċjat) l-appell kontra s-sentenza tal-attivist politiku Vasili Parfenkov. Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

9.

Khrobastau, Uladzimir Ivanavich

Khrobostov, Vladimir Ivanovich

Хробастаў Уладзiмiр Iванавiч

Хробостов Владимир Иванович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala mħallef assoċjat) l-appell kontra s-sentenza tal-attivist politiku Vasili Parfenkov. Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

10.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

Ignatovich-Mishneva, Liudmila

Iгнатовiч-Мiшнева Людмiла

Игнатович-Мишнева Людмила

 

Prosekutur tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk li kien involut fiċ-ċaħda tal-appell kontra s-sentenza ta' Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivist tal-Molodoi Front (Young Front). Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

11.

Yarmalitski, Siarhei Uladzimiravich

Ermolitski, Sergei Vladimirovich

(Yermolitski, Sergei Vladimirovich)

Ярмалiцкi Сяргей Уладзiмiравiч

Ермолицкий Сергей Владимирович

 

Direttur tal-kamp tal-priġunieri fi Shklov. Huwa responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti u l-persekuzzjoni tal-ex kandidat presidenzjali Nikolai Statkevich, li ġie impriġjunat rigward l-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u priġunieri oħra.

12.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

Kovalev, Aleksandr Mikhailovich

Кавалёў Аляксандр Мiхайлавiч

Ковалёв Александр Михайлович

 

Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Gorki. Huwa responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie impriġjunat fir-rigward tal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.

Paluyan, Uladzimir Mikalayevich

Paluyan, Vladimir Nikolaevich

Палуян Уладзiмiр Мiкалаевiч

Полуян Владимир Николаевич

Il-villaġġ ta' Nekrashevichi tad-distrett ta' Karelichi tar-reġjun ta' Hrodna1961

Ministru tat-Taxxi u d-Dazji. Jissorvelja l-awtoritajiet tat-taxxa li jappoġġaw il-kawża kriminali kontra Byalyatski bl-użu tal-pretest ta' evażjoni tat-taxxa. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

14.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

Корнаў Уладзiмiр Уладзiмiравiч

Корнов Владимир Владимирович

 

Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell tal-avukati ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

15.

Shastakou Maksim Aleksandrauvich

(Shastakou Maksim Aleksandravich, Shastakou Maxim Aleksandrauvich, Shastakou Maxim Aleksandravich, Shastakou Maxsim Aleksandrauvich, Shastakou Maxsim Aleksandrauvich)

Shestakov, Maksim Aleksandrovich

Шастакоў Максiм Александравiч

Шестаков Максим Александрович

 

Prosekutur li ppreżenta l-kawża kontra Byalyatski fil-Qorti Distrettwali ta' Pervomaiski ta' Minsk wara l-applikazzjoni ta' Byalyatski lill-qorti rigward id-detenzjoni tiegħu. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

16.

Herasimovich Volha Ivanavna

(Herasimovich Volha Ivanovna)

Gerasimovich Olga Ivanovna

Герасiмовiч Вольга Иванаўна

(Герасiмовiч Вольга Иваноўна)

Герасимович Ольга Ивановна

 

Prosekutur li ppreżenta l-kawża kontra Byalyatski fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk wara l-applikazzjoni ta' Byalyatski lill-qorti rigward id-detenzjoni tiegħu. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.


ANNESS II

Persuni u entità msemmijin fl-Artikolu 2

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta’ ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa

Ismijiet fil-Bjelorussu

Ismijiet fir-Russu

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Mazouka, Kiryl Viktaravich

Mazovka, Kirill Viktorovich

Мазоўка Кiрыл Вiктаравiч

Мазовка Кирилл Викторович

 

Prosekutur tal-każ Dashkevich-Lobov. Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Molodoi Front (Young Front), ġew ikkundannati diversi snin ħabs għal “vandaliżmu”. Il-vera raġuni għall-priġunerija tagħhom kienet li huma t-tnejn ipparteċipaw attivament fil-kampanja elettorali f’Diċembru 2010 fejn appoġġaw wieħed mill-kandidati tal-oppożizzjoni.

2.

Bazanau, Aliaksandr Viktaravich

Bazanov, Aleksandr Viktorovich

Базанаў Аляскандр Вiктаравiч

Базанов Александр Викторович

Kazakistan, 26.11.1962

Direttur, Ċentru ta’ Informazzjoni u Analiżi tal-President

3.

Peftiev Vladimir

Peftiev Vladimir Pavlovich

Пефцiеў Уладзiмiр Паўлавiч

Пефтиев Владимир Павлович

1 ta’ Lulju 1957, Berdyansk, Zaporozhskaya Oblast, Ukraina; Passaport attwali Nru: MP2405942

Persuna assoċjata ma’ Aliaksandr Lukashenka, Viktar Lukashenka u Dzmitry Lukashenka. Jagħti pariri dwar l-ekonomija lill-President Lukashenka u huwa sponsor finanzjarju prinċipali tar-reġim ta’ Lukashenko. Azzjonista maġġoritarju u President tal-Kunsill tas-Sidien tal-Ishma ta’ Beltechexport, waħda mill-akbar kumpanija ta’ importazzjoni/esportazzjoni ta’ prodotti tad-difiża fil-Bjelorussja.

4.

Ipatau, Vadzim Dzmitryevich

Ipatov, Vadim Dmitrievich

Iпатаў Вадзiм Дзмiтрыевiч

ИПАТОВ Вадим Дмитриевич

 

Viċi President, Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC); Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hu għandu r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

5.

Bushnaia, Natallia Uladzimirauna (Bushnaya, Natallia Uladzimirauna)

Bushnaia, Natalia Vladimirovna (Bushnaya, Natalya Vladimirovna)

Бушная Наталля Уладзiмiраўна

Бушная, Наталья Владимировна

1953, Mogilev

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hi għandha r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

6.

Bushchyk, Vasil Vasilievich

Bushchik, Vasili Vasilievich

Бушчык Васiль Васiльевiч

Бущик, Василий Васильевич

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hugħandu r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

7.

Katsuba, Sviatlana Piatrouna

Katsubo, Svetlana Petrovna

Кацуба Святлана Пятроўна

Кацубо, Светлана Петровна

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hi għandha r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

8.

Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna (Kisyaliova, Nadzeya Mikalaeuna)

Kiseleva, Nadezhda Nikolaevna

Кiсялёва Надзея Мiкалаеўна

Киселева, Надежда Николаевна

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hi għandha r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

9.

Padaliak, Eduard Vasilievich (Padalyak, Eduard Vasilyevich)

Podoliak, Eduard Vasilievich (Podolyak, Eduard Vasilyevich)

Падаляк Эдуард Васiльевiч

Подоляк, Эдуард Васильевич

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hu għandu r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

10.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

Rakhmanova, Marina Iurievna

Рахманава Марына Юр’еўна

Рахманова, Марина Юрьевна

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hi għandha r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

11.

Shchurok, Ivan Antonavich

Shchurok, Ivan Antonovich

Шчурок Iван Антонавiч

Щурок, Иван Антонович

 

Membru tal-CEC. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hu għandu r-responsabbiltà kondiviża għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fid-19 ta’ Diċembru 2010.

12.

Sport-Pari

 

“ЗАО Спорт- пари“(оператор республиканской лотереи)

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir flimkien ma’ Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich, permezz tal-kontroll ta’ dan tal-aħħar tal-President’ Sports Club, li għandu sehem maġġoritarju mandatorju proprjetà tal-Istat fi Sport Pari.

13.

Shadryna, Hanna Stanislavauna

Shadrina, Anna Stanislavovna

Шадpына Гaннa CTaнicлaBaЎНa

ШадpИна Aннa CTaнИcлaBoBнa

 

Kien Deputat Editur Kap tal-gazzetta “Sovietskaia Belarus”


Top