This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0876
Commission Implementing Regulation (EU) No 876/2011 of 1 September 2011 amending for the 157th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al-Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011 tal- 1 ta’ Settembru 2011 li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011 tal- 1 ta’ Settembru 2011 li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
ĠU L 227, 2.9.2011, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness I | 02/09/2011 |
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 876/2011
tal-1 ta’ Settembru 2011
li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fl-19 ta’ Awwissu 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna naturali mil-lista tagħha ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-22 ta’ Awwissu 2011 hi ddeċidiet li tneħħi żewġ persuni naturali oħra mil-lista. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: ‘Mati ur-Rehman (magħruf ukoll bħala (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1977. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mati ur-Rehman huwa l-kap-kmandant operattiva ta' Lashkar i Jhangvi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ |
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar: ‘Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Titolu: Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża (sa mill-1992). Nru tal-passaport: (a) D366 871 (passaport Ġordaniz), (b) 314772 (passaport Albaniż, passaport maħruġ fit-8.3.1993), (c) 0334695 (passaport Albaniż maħruġ fl-1.12.1995). Informazzjoni oħra: Imkeċċi mill-Albanija fl-1999.’ |