Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0801

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2011 tad- 9 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 205, 10.8.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/801/oj

    10.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/27


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2011

    tad-9 ta’ Awwissu 2011

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew laħam frisk. Dan jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li kunsinni ta’ laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti.

    (3)

    Erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala reġjuni li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati. Dawn ir-reġjuni jikkonsistu f’għadd ta’ żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju.

    (4)

    Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Botswana għarrfet lill-Kummissjoni dwar suspett tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fuq il-bażi ta’ sinjali kliniċi li nstabu fi tmien ifrat f’razzett. It-tifqigħat ġew ikkonfermati, u nnotifikati lill-Kummissjoni, fil-11 ta’ Mejju 2011 fuq il-bażi tal-iżolament ta’ vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tat-tip SAT2.

    (5)

    It-tifqigħat seħħew fiż-żona 6 ta’ kontroll tal-mard veterinarju, li tagħmel parti minn waħda mill-erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati.

    (6)

    Minħabba r-riskju li tiddaħħal il-marda tal-ilsien u d-dwiefer permezz tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam frisk minn speċi suxxettibbli għal din il-marda, u meta jitqiesu l-garanziji mogħtija mill-Botswana li tippermetti r-reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż, l-awtorizzazzjoni tal-Botswana għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati mill-parti milquta tat-territorju tagħha, għandha tiġi sospiża sa mill-11 ta’ Mejju 2011, id-data ta’ konferma tat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

    (7)

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 l-annotazzjoni għall-Botswana għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “BW – il-Botswana

    BW-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

     

     

    BW-1

    Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

    fil-11 ta’ Mejju 2011.

    fl-1 ta’ Diċembru 2007.

    BW-2

    Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

     

    fis-7 ta’ Marzu 2002.

    BW-3

    Iż-żona 12 ta’ kontroll tal-mard veterinarju

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1

    fl-20 ta’ Ottubru 2008.

    fl-20 ta’ Jannar 2009.

    BW-4

    Iż-żona 4a ta’ kontroll tal-mard veterinarju, ħlief iż-żona ta’ lqugħ ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ż-żoni ta’ ġestjoni tal-organiżmi slavaġ

    BOV

    F

    1

     

    fit-18 ta’ Frar 2011”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


    Top