Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0796

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 796/2011 tat- 8 ta’ Awwissu 2011 li jemenda għall-155 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

    ĠU L 205, 10.8.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/796/oj

    10.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 796/2011

    tat-8 ta’ Awwissu 2011

    li jemenda għall-155 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li jemenda żewġ entrati fil-lista.

    (3)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2011.

    Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

    Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    1.

    L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

    (a)

    “Emarat Kavkaz. Tagħrif ieħor: (a) Attiv l-aktar fil-Federazzjoni Russa, fl-Afganistan u fil-Pakistan. (b) Immexxi minn Doku Khamatovich Umarov. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.7.2011.”

    (b)

    Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) (magħruf ukoll bħala (a) Tehrik-I-Taliban Pakistan, (b) Tehrik-e-Taliban, (c) Pakistani Taliban, (d) Tehreek-e-Taliban). Tagħrif ieħor: (a) Tehrik-e Taliban huwa bbażat fl-inħawi tribali tul il-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) Ġie ffurmat fl-2007 u l-mexxej tiegħu huwa Hakimullah Mehsud; (c) Wali Ur Rehman huwa l-Emir tat-TTP għall-Ważiristan t'Isfel. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.7.2011.”

    2.

    L-entrata “Hakimullah Mehsud (magħruf ukoll bħala (a) Hakeemullah Mehsud, (b) Zulfiqar). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1979. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Jingħad li twieled fil-Ważiristan t'Isfel, il-Pakistan; (b) Huwa maħsub li joqgħod il-Pakistan; (c) Il-mexxej tat-Tehrik-i-Taliban tal-Pakistan, organizzazzjoni bbażata fl-inħawi tribali tul il-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

    “Hakimullah Mehsud (magħruf ukoll bħala (a) Hakeemullah Mehsud, (b) Zulfiqar). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1979. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Jingħad li twieled fil-Ważiristan t'Isfel, il-Pakistan; (b) Huwa maħsub li joqgħod il-Pakistan; (c) Il-mexxej tat-Tehrik-i-Taliban tal-Pakistan (TTP), organizzazzjoni bbażata fl-inħawi tribali tul il-fruntiera bejn l-Afhanistan u l-Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.”

    3.

    L-entrata “Wali Ur Rehman. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1970. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Jingħad li twieled fil-Ważiristan t'Isfel, il-Pakistan; (b) Huwa maħsub li joqgħod il-Pakistan; (c) L-Emir tat-Tehrik-i-Taliban għall-Aġenzija tal-Ważiristan t'Isfel, fl-Inħawi Tribali taħt Amministrazzjoni Federali tal-Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

    “Wali Ur Rehman. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1970. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Jingħad li twieled fil-Ważiristan t'Isfel, il-Pakistan; (b) Huwa maħsub li joqgħod il-Pakistan; (c) L-Emir tat-Tehrik-e Taliban tal-Pakistan (TTP) għall-Aġenzija tal-Ważiristan t'Isfel, fl-Inħawi Tribali taħt Amministrazzjoni Federali tal-Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.”


    Top