This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0693
Regulation (EU) No 693/2011 of the European Parliament and of the Council of 6 July 2011 amending Council Regulation (EC) No 861/2006 establishing Community financial measures for the implementation of the common fisheries policy and in the area of the Law of the Sea
Regolament (UE) Nru 693/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
Regolament (UE) Nru 693/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
ĠU L 192, 22.7.2011, p. 33–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0508
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32000D0439 | ||||
Repeal | 32000R0657 | ||||
Repeal | 32004D0465 | ||||
Implicit repeal | 32005D0703 | 01/01/2007 | |||
Implicit repeal | 32006D0002 | 01/01/2007 | |||
Modifies | 32006R0861 | abolizzjoni | artikolu 23 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 2 PTB) | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 13.1 PTE) | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | titolu | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | artikolu 20 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 32 | 01/01/2007 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 30 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 11 PTA) | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | artikolu 10 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | artikolu 16 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 22 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | abolizzjoni | artikolu 31 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 PTC) | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | kapitolu V.2 titolu | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | Test | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | artikolu 12 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Emenda | artikolu 24 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 18.2 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 17 titolu | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 18.3 | 23/07/2011 | |
Modifies | 32006R0861 | Sostituzzjoni | artikolu 3 PTB) | 23/07/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32011R0693R(01) | (FI) | |||
Repealed by | 32014R0508 |
22.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/33 |
REGOLAMENT (UE) Nru 693/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Lulju 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 (3), jipprovdi għall-finanzjament fl-oqsma li ġejjin: relazzjonijiet internazzjonali, governanza, ġbir tad-dejta u pariri xjentifiċi u kontroll u infurzar tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”). |
(2) |
F’kull qasam ta’ azzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 huwa ssupplementat minn regolamenti jew deċiżjonijiet oħra relatati. Mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament, evolvew diversi elementi tal-leġiżlazzjoni relatata, li issa għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-elementi kollha tal-qafas leġiżlattiv. |
(3) |
L-esperjenza wriet ukoll il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 billi jiġu adattati xi ftit uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu biex jissodisfaw aktar is-sitwazzjoni attwali. |
(4) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġi ċċarat, fejn ikun xieraq, l-ambitu tal-miżuri ffinanzjati u sabiex jittejjeb il-mod li bih huma mfassla xi artikoli. |
(5) |
Is-sħubijiet fl-arena internazzjonali jistgħu jkunu konklużi fuq livell bilaterali, reġjonali jew multilaterali. |
(6) |
Il-fatt li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ngħataw l-istatus ta’ korpi li jsegwu għan ta’ interess ġenerali Ewropew fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/409/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd (4) għandu jkun rifless f'dan ir-Regolament. |
(7) |
Għal-laqgħat ta’ tħejjija tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (“ACFA”), għandu jkun hemm il-possibbiltà li jingħata appoġġ finanzjarju lir-rappreżentanti minbarra dawk tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Kummerċ u li jkunu jistgħu jkunu ffinanzjati l-ispejjeż tat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-kiri ta’ kmamar. Għandha tiġi emendata l-lista ta’ korpi konsultattivi għal-laqgħat li għalihom is-sessjonijiet tal-ACFA jaħtru rappreżentant. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (5), wessa’ l-ambitu tal-ġbir tad-dejta sabiex jiġu koperti l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u dak għandu jkun rikonoxxut b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament. |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/945/KE tas-6 ta’ Novembru 2008 li tadotta programm Komunitarju multiannwali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (6) tipprovdi li d-dejta li għandha tinġabar tinkorpora varjabbli soċjoekonomiċi. |
(10) |
Miżuri eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta u l-parir xjentifiku huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 199/2008, u r-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandu jkun allinjat ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
(11) |
Il-miżuri ta’ pprogrammar fil-qasam tal-ġbir tad-dejta u l-parir xjentifiku huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 199/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (7). |
(12) |
Għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità b'risq l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri għall-ġbir tad-dejta, u biex jiġu ffinanzjati studji u proġetti pilota biex tiġi esegwita l-politika komuni tas-sajd (8), ma ddaħħlux fir-Regolament (KE) Nru 861/2006 u lanqas ma nqalbu f'regoli ta’ implimentazzjoni. Dan ħoloq lakuna għas-snin 2007 u 2008 li fihom il-Kummissjoni kompliet tapplika r-regoli li kienu fis-seħħ qabel, kif stipulati fid-Deċiżjoni 2000/439/KE. Fl-interess taċ-ċertezza legali għandu jiġi pprovdut retroattivament li dawk ir-regoli baqgħu applikabbli waqt dak il-perjodu. |
(13) |
In-nefqa fil-qasam tal-parir xjentifiku għandha tinkludi n-nefqa għall-kuntratti ta’ sħubija ma’ entitajiet internazzjonali inkarigati mill-valutazzjonijiet tal-istokkijiet. |
(14) |
L-indikazzjonijiet dwar in-nefqa eliġibbli fil-qasam tal-kontroll għandhom jiġu ppreżentati b'mod aktar ċar u dettaljat u għandha ssir rabta mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (9), u (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (10). |
(15) |
Il-parteċipanti fil-programmi ta’ taħriġ fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tar-regoli tal-PKS, minkejja li jirrappreżentaw awtorità ta’ Stat Membru, mhux bilfors ikunu impjegati taċ-ċivil. Għaldaqstant, l-infiq imġarrab għat-taħriġ ta’ persunal ieħor ukoll għandu jkun eliġibbli għall-miżuri finanzjarji. |
(16) |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka mhux biss janalizza l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll, iżda jaqdi wkoll rwol ta’ konsulenza u huwa involut fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda. |
(17) |
Ir-regoli tal-ipprogrammar għall-kontroll tal-ispiża jeħtieġ li jiġu adattati sabiex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tajba, partikolarment billi tinġieb aktar viċina d-data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u billi tiġi speċifikata wkoll l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata fir-rigward tal-proġetti u l-format li bih għandha tiġi pprovduta. |
(18) |
It-titolu u t-termini normattivi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandhom jinbidlu biex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona. |
(19) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar, u aktar speċifikament fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll applikabbli għall-PKS, kif ukoll il-miżuri fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bażika. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll, mill-Istati Membri, tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11). |
(20) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandu jkun emendat skont dan, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu jinbidel b'dan li ġej: “Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar”. |
(2) |
Fit-termini normattivi, bl-eċċezzjoni tar-referenzi għall-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd fl-Artikolu 4(c), il-kelma “Komunità” u l-kelma “Komunitajiet” għandhom jinbidlu bil-kelma “Unjoni”. Il-kliem “ilmijiet Komunitarji” għandhom jinbidlu bil-kliem “ilmijiet tal-UE”. Għandu jsir kull aġġustament grammatikali meħtieġ. |
(3) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta u l-parir xjentifiku Il-miżuri ta’ finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jikkontribwixxu għall-għan li jittejbu l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u l-parir xjentifiku dwar il-qagħda tar-riżorsi, dwar il-livell tas-sajd, dwar l-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi u l-ekosistema tal-baħar, dwar l-aspetti ekonomiċi tas-sajd u l-akkwakultura u dwar il-prestazzjoni tal-industrija tas-sajd, fi ħdan u lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu settijiet ta’ dejta aggregati multiannwali li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u li jkunu jinkorporaw tagħrif bijoloġiku, tekniku, ambjentali u soċjoekonomiku.”. |
(6) |
L-Artikolu 7(1)(c) jinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Miżuri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar 1. Fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-PKS, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għal miżuri finanzjarji tal-Unjoni:
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).”. |
(8) |
L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika 1. Fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta bażika, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qafas ta’ programmi nazzjonali multiannwali imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (*):
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). |
(9) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
Fl-Artikolu 11, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:
|
(13) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
L-intestatura tal-Artikolu 17 għandha tinbidel b'dan li ġej: “Rati ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta addizzjonali”. |
(15) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: “2. Id-drittijiet ta’ preljev jiġu allokati skont ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni għal kull organizzazzjoni rappreżentattiva li hija membru plenarju tal-ACFA, proporzjonalment għall-intitolamenti fi ħdan il-kumitat plenarju tal-ACFA, u jiddependu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli. 3. Dawk id-drittijiet ta’ preljev u l-ispiża medja ta’ vjaġġ minn membru ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva għandhom jiddeterminaw l-għadd ta’ vjaġġi li kull organizzazzjoni tkun finanzjarjament responsabbli għalihom, magħmulin għall-finijiet ta’ laqgħat preparatorji. Mil-limitu kumplessiv tad-dritt ta’ preljev, 20 % tal-ispiża attwali eliġibbli għandha tinżamm bħala somma globali minn kull organizzazzjoni rappreżentattiva biex tkopri dawk l-ispejjeż organizzattivi u amministrattivi li huma marbuta strettament mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ tħejjija.”; |
(16) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
It-titlu tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu V jinbidel b'dan li ġej: “Proċeduri fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta”. |
(18) |
l-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 22 Dispożizzjoni introduttorja Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta bażika msemmija fl-Artikolu 9 għandu jiġi provdut skont il-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima.”. |
(19) |
L-Artikolu 23 għandu jitħassar. |
(20) |
L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 30 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistipula regoli u prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istat Membri tal-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(22) |
Jitħassar l-Artikolu 31; |
(23) |
L-Artikolu 32 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 32 Revoka ta’ atti li ma jkunux għadhom applikabbli Ir-Regolament (KE) Nru 657/2000 u d-Deċiżjonijiet Nru 2000/439/KE u Nru 2004/465/KE huma b'dan imħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007. Madankollu, ir-regoli stabbiliti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 u fl-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u fl-Anness għaliha, kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2006, għandhom japplikaw b'analoġija għall-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta għas-snin 2007 u 2008.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (23) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Lulju 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU C 44, 11.2.2011, p. 171.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.
(3) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 68.
(6) ĠU L 346, 23.12.2008, p. 37.
(7) ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.
(8) ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42.
(9) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(10) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(11) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.