This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0537
Commission Regulation (EU) No 537/2011 of 1 June 2011 on the mechanism for the allocation of quantities of controlled substances allowed for laboratory and analytical uses in the Union under Regulation (EC) No 1005/2009 of the European Parliament and of the Council on substances that deplete the ozone layer
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal- 1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal- 1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 537/2011
tal-1 ta’ Ġunju 2011
dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi għandu jiżgura li l-kwantità annwali awtorizzata skont il-liċenzji għall-produtturi u l-importaturi individwali ma taqbiżx 130 % tal-medja annwali tal-livell ikkalkulat ta' sustanzi kkontrollati liċenzjati għall-produttur jew l-importatur għal użi essenzjali fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi mill-2007 sal-2009 u li l-kwantità totali annwali awtorizzata skont il-liċenzji, fosthom il-liċenzji għall-idroklorofluworokarburi skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, ma għandhiex taqbeż 110 tunnellati f'potenzjal ta' tnaqqis fis-saff tal-ożonu (minn hawn ’il quddiem “PTO”). |
(2) |
Il-kwantitajiet totali ta' sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi minn ditti li pproduċew jew impurtaw b'liċenzja mill-2007 sal-2009 ma jistgħux jaqbżu 77 243,181 kilogramma PTO, li qed jiġu kkalkulati abbażi tal-produzzjoni u l-importazzjonijiet liċenzjati fil-perjodu ta' referenza. |
(3) |
Id-differenza mill-kwantità massima ta' 110 tunnellati PTO (32 756,819 kilogramma PTO), kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom ma ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni mill-impriżi li pproduċew jew importaw b'liċenzja mill-2007 sal-2009, għandhom jiġu allokati lil impriżi li ma nħarġulhomx liċenzji għall-produzzjoni jew l-importazzjoni fil-perjodu ta' referenza bejn l-2007 u l-2009. Il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni għandu jiżgura li l-impriżi kollha li jitolbu kwota ġdida jirċievu sehem xieraq mill-kwantitajiet li jkunu ser jiġu allokati. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti għas-sustanzi kkontrollati għall-użu fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi għandhom jiġu allokati lill-produtturi u l-importaturi li ma nħarġitilhom l-ebda liċenzja għall-produzzjoni jew l-importazzjoni mill-2007 sal-2009 skont il-mekkaniżmu stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
ANNESS
Mekkaniżmu tal-allokazzjoni
1. Id-determinazzjoni tal-kwantitajiet għall-allokazzjoni lill-impriżi li mill-2007 sal-2009 ma nħarġitilhom l-ebda liċenzja għall-produzzjoni jew l-importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi (impriżi ġodda)
Kull impriża li fis-snin 2007 sa 2009 kienet liċenzjata għall-produzzjoni jew l-importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi għandha tirċievi kwota korrispondenti għall-kwantità mitluba fid-dikjarazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, iżda li ma għandhiex taqbeż 130 % tal-medja annwali tal-livell ikkalkulat ta' sustanzi kkontrollati liċenzjati għal din l-impriża mill-2007 sal-2009.
It-total ta' dawn l-allokazzjonijiet se jitnaqqas mill-110 tunnellata PTO biex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi l-ġodda (kwantità għall-allokazzjoni fil-Fażi nru 1).
2. Fażi nru 1
Kull impriża ġdida ser tirċievi allokazzjoni li tikkorrispondi mal-kwantità mitluba fid-dikjarazzjoni tagħha, iżda mhux aktar minn sehem pro rata tal-kwantità tal-allokazzjoni għall-Fażi nru 1. Is-sehem pro rata jiġi kkalkulat billi l-għadd ta' impriżi ġodda jiġi diviż b'100. It-total tal-kwoti allokati fil-Fażi nru 1 jitnaqqas mill-kwantità għall-allokazzjoni fil-Fażi nru 1 ħalli tiġi ddeterminata l-kwantità tal-allokazzjoni għall-Fażi nru 2.
3. Fażi nru 2
Kull impriża ġdida, li fil-Fażi nru 1 ma ngħatatx 100 % tal-kwantità mitluba fid-dikjarazzjoni tagħha, se tirċievi allokazzjoni addizzjonali li tikkorrispondi mad-differenza bejn il-kwantità mitluba u l-kwantità li ngħatat fil-Fażi nru 1, iżda li ma għandhiex taqbeż is-sehem pro rata tal-kwantità għall-allokazzjoni fil-Fażi nru 2. Is-sehem pro rata jiġi kkalkulat billi l-għadd ta' impriżi ġodda eliġibbli għal allokazzjoni fil-Fażi nru 2 jiġi diviż b'100 It-total tal-kwoti allokati fil-Fażi nru 2 jitnaqqas mill-kwantità għall-allokazzjoni fil-Fażi nru 2 ħalli tiġi ddeterminata l-kwantità tal-allokazzjoni għall-Fażi nru 3.
4. Fażi nru 3
Tiġi rrepetuta b'mod analogu l-Fażi nru 2 sakemm il-kwantità li jibqa' biex tiġi allokata fil-Fażi li jmiss tkun iżgħar minn tunnellata (1) PTO.