Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0407

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 108, 28.4.2011, p. 13–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/407/oj

    28.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 407/2011

    tas-27 ta’ April 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim tal-1958 Rivedut).

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 97/836/KE, l-Unjoni qed taderixxi wkoll mar-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 58, 66, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 97, 98, 99, 100, u 102

    (3)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2000, l-Unjoni aderixxiet mar-Regolament tal-UNECE Nru 110 dwar il-komponenti speċifiċi tal-vetturi motorizzati li jużaw il-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom u dwar il-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ komponenti speċifiċi ta’ tip approvat għall-użu tal-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom.

    (4)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/710/KE (3), l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 67 dwar l-approvazzjoni tat-tagħmir speċjali għall-vetturi motorizzati li jaħdmu bil-gass likwifikat tal-petroleum.

    (5)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000, l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 112 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati li jitfgħu raġġ għall-użu fit-traffiku (passing beam) asimetriku u/jew raġġ ta’ dawl qawwi (bright) jew it-tnejn, u mgħammra b'bozoz tal-filament u/jew moduli LED

    (6)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/395/KE (4), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 13H dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar tagħhom.

    (7)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/505/KE (5), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 105 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-binja tagħhom.

    (8)

    Bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ April 2004, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 116 dwar il-preskrizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra l-użu mhux awtorizzat u mar-Regolament tal-UNECE Nru 118 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba kombustiva tal-materjali użati fil-bini tal-interjur ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati.

    (9)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2005, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 121 dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ippustjar u l-identifikar tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u l-indikaturi u mar-Regolament tal-UNECE Nru 122 dwar preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M, N u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom.

    (10)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/614/KE (6), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 94 dwar dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta minn quddiem u r-Regolament Nru 95 dwar disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta mill-ġenb.

    (11)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/364/KE (7), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 123 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi bil-magna.

    (12)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/444/KE (8), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 55 dwar l-approvazzjoni ta’ komponenti ta’ gganċjar mekkaniku ta’ vetturi differenti flimkien.

    (13)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/874/KE (9), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 107 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom.

    (14)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/159/KE (10), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 125 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-kamp viżiv 'il quddiem tas-sewwieq tal-vettura motorizzata.

    (15)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/433/KE (11), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom 'il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina.

    (16)

    Skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (12), il-manifatturi tal-vetturi li jridu l-approvazzjoni għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom għandhom l-għażla li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ waħda mid-Direttivi relevanti jew ir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Il-biċċa l-kbira mir-rekwiżiti skont id-Direttivi dwar il-parts tal-vetturi huma meħuda mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Hekk kif it-teknoloġija timxi 'l quddiem, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jiġu emendati l-ħin kollu u d-Direttivi relevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-kontenut tar-Regolamenti rispettivi tal-UNECE. Sabiex tiġi evitata din id-duplikazzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda li bosta Direttivi jiġu sostitwiti mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE.

    (17)

    Il-possibbiltà li jiġu applikati r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE fuq bażi obbligatorja u li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi sostitwita minn dawk ir-Regolamenti tal-UNECE hija stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE. Skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja se titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    (18)

    Is-sostituzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolamenti tal-UNECE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

    (19)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta Direttivi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom, li, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bir-Regolament korrispondenti tal-UNECE.

    (20)

    Għal din ir-raġuni, jixraq li r-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, li jelenka r-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja.

    (21)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (22)

    Ir-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw skont id-dati tal-implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

    (23)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Soġġetti għall-paragrafi 2, 3 u 4 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2012.

    2.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, is-suppliment 9 (13) tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 H għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija M1.

    3.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi (14) jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1.

    4.   B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tipi ġodda tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà tal-vetturi.

    Artikolu 3

    1.   Soġġetti għall-paragrafi 2, u 3 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u s-supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, u tal-karrijiet tagħhom u l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2014.

    2.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1.

    3.   B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi tal-kontroll tal-istabbiltà elettronika.

    Artikolu 4

    1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 (15) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika mill-1 ta’ Mejju 2011.

    2.   B'effett mill-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda.

    3.   B'effett mill-4 ta’ Diċembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 01 (16) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

    (3)  ĠU L 290, 17.11.2000, p. 29.

    (4)  ĠU L 139, 23.5.2001, p. 14.

    (5)  ĠU L 183, 6.7.2001, p. 33.

    (6)  ĠU L 217, 22.8.2005, p. 1.

    (7)  ĠU L 135, 23.5.2006, p. 12.

    (8)  ĠU L 181, 4.7.2006, p. 53.

    (9)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 45.

    (10)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 37.

    (11)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 24.

    (12)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (13)  ĠU L 230, 31.8.2010, p. 1.

    (14)  ĠU L 297, 13.11.2010, p. 1.

    (15)  ĠU L 45, 14.2.2009, p. 17.

    (16)  ĠU L 57, 2.3.2011, p. 54.


    ANNESS

    “ANNESS IV

    Lista tar-Regolamenti tal ECE applikabbli fuq bażi obbligatorja

    Numru tar-Regolament

    Suġġett

    Serje ta’ emendi

    Ir-referenza tal-ĠU

    L-applikabilità

    1

    Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku u/jew raġġ qawwi (bright) mgħammar b'bozoz bil-filament R2 u/jew HS1

    Serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 1

    M, N (1)

    3

    Mezzi ta’ retroriflessjoni għal vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 10 mas-serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 31, 31.1.2009, p. 1

    M, N, O

    4

    Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 31, 31.1.2009, p. 35

    M, N, O

    6

    Indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 19 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 40

    M, N, O

    7

    Il-fanali (tal-ġnub) ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-waqfien, il-fanali li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom.

    Is-Suppliment 16 mas-serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 148, 12.6.2010, p. 1

    M, N, O

    8

    Fanali ta’ quddiem tal-vetturi bil-mutur (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

    Serje 05 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 4,

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 71

    M, N (1)

    10

    Il-kompatibilità elettromanjetika

    Serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 116, 8.5.2010, p. 1

    M, N, O

    11

    Lukketti tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien

    Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 120, 13.5.2010, p. 1

    M1, N1

    12

    Protezzjoni tas-sewwieq kontra l-mekkaniżmu tal-istering fl-eventwalità ta’ impatt

    Is-Suppliment 3 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 165, 26.6.2008, p. 11

    M1, N1

    13

    L-ibbrejkjar fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O

    Is-Suppliment 5 mas-serje 10 ta’ emendi

    Il-Corrigenda 1 u 2 lir-Reviżjoni 6

    Is-Suppliment 3 mas-serje 11 ta’ emendi

    ĠU L 257, 30.9.2010, p. 1

    ĠU L 297, 13.11.2010, p. 183

    M, N, O (2)

    13-H

    L-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri

    Is-Suppliment 9 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 230, 31.8.2010, p. 1

    M1, N1  (3)

    14

    Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà - sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġi top tether ISOFIX

    Is-Suppliment 2 mas-serje 06 ta’ emendi

    ĠU L 321, 6.12.2007, p. 1

    M, N

    16

    Ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta’ trażżin, sistemi ta’ trażżin tat-tfal u sistemi ta’ trażżin tat-tfal tat-tip ISOFIX

    Is-Suppliment 17 mas-serje 04 ta’ emendi

    ĠU L 313, 30.11.2007, p. 58

    M, N

    17

    Sits, l-ankraġġi tagħhom u kwalunkwe trażżin tar-ras

    Serje 08 ta’ emendi

    ĠU L 230, 31.8.2010, p. 81

    M, N

    18

    Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat

    Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 120, 13.5.2010, p. 29

    M2, M3, N2, N3

    19

    Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tal-vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 113

    M, N

    20

    Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn mgħammar b'bozoz tal-halogen (H4)

    Serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 170

    M, N (1)

    21

    Fittings ta’ ġewwa

    Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 188, 16.7.2008, p. 32

    M1

    23

    Dwal tar-rivers għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 15 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 148, 12.6.2010, p. 34

    M, N, O

    25

    Trażżin tar-ras (headrests) sew jekk inkorporat fis-sits tal-vettura u sew jekk le

    Serje 04 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 2 ir-Reviżjoni 1

    ĠU L 215, 14.8.2010, p. 1

    M, N

    26

    Partijiet esterni li jisporġu 'l barra

    Is-Suppliment 1 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 215, 14.8.2010, p. 27

    M1

    28

    Tagħmir u sinjali ta’ twissija li jinstemgħu

    Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 185, 17.7.2010, p. 1

    M, N

    31

    Fanali ta’ quddiem ta’ dawl issiġġillat ta’ vetturi motorizzati (SB) li jitfgħu raġġ asimetriku Ewropew għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn

    Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 185, 17.7.2010, p. 15

    M, N

    34

    Prevenzjoni tar-riskji tan-nar (tankijiet tal-fjuwil likwidu)

    Is-Suppliment 2 mas-serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 194, 23.7.2008, p. 14

    M, N, O

    37

    Bozoz tal-filament għal użu f'unitajiet tal-fanali approvati għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 34 mas-serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 297, 13.11.2010, p. 1

    M, N, O

    38

    Il-fanali taċ-ċpar ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 12,

    ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55

    M, N, O

    39

    Tagħmir tal-ispidometru inkluża l-installazzjoni tiegħu

    Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 120, 13.5.2010, p. 40

    M, N

    43

    Materjali tal-glazing tas-sikurezza

    Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 230, 31.8.2010, p. 119

    M, N, O

    44

    Tagħmir tat-trażżin għall-passiġġieri tfal, ta’ vetturi motorizzati (“sistema ta’ trażżin tat-tfal”)

    Serje 04 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 3 lir-Reviżjoni 2

    ĠU L 306, 23.11.2007, p. 1

    M, N

    46

    Tagħmir għall-vista indiretta u l-installazzjoni tiegħu

    Is-Suppliment 4 mas-serje 02 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 4 tas-serje 02

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 211

    M, N

    48

    Installazzjoni ta’ dwal u ta’ tagħmir għas-sinjalar bid-dwal tal-vetturi motorizzati

    Serje 04 ta’ emendi

    ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1

    M, N, O

    55

    Komponenti tal-igganċjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi

    Is-Suppliment 1 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 227, 28.8.2010, p. 1

    M, N, O

    58

    Tagħmir protettiv tal-underrun ta’ wara (RUPDs) u l-installazzjoni tiegħu Il-Protezzjoni tal-underrun fuq wara (RUP)

    Serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 232, 30.8.2008, p. 13

    N2, N3, O3, O4

    61

    Vetturi kummerċjali fir-rigward tal-partijiet esterni tagħhom li jisporġu 'l barra quddiem il-panew ta wara tal-kabina

    Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 1

    N

    66

    Is-saħħa tas-soprastruttura ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri

    Serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 84, 30.3.2011, p. 1

    M2, M3

    67

    Vetturi motorizzati li jużaw LPG

    Is-Suppliment 7 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 72, 14.3.2008, p. 1

    M, N

    73

    Protezzjoni laterali tal-vetturi tal-merkanzija

    Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 120, 13.5.2010, p. 49

    N2, N3, O3, O4

    77

    Bozoz tal-ipparkjar għall-vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 130, 28.5.2010, p. 1

    M, N

    79

    Tagħmir tal-istering

    Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 137, 27.5.2008, p. 25

    M, N, O

    80

    Sits ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri

    Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 1 għas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 18

    M2, M3

    87

    Il-fanali li jinxtegħlu l-ħin kollu għall-vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    Ir-Rettifika 1 għar-Reviżjoni 2

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 46

    M, N

    89

    Il-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi

    Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 158, 19.6.2007, p. 1

    M, N

    90

    Assemblaġġi sostitwibbli tal-unitajiet ta’ frizzjoni tal-brejkijiet u l-unitajiet ta’ frizzjoni tad-drum brakes għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 11 mas-serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 130, 28.5.2010, p. 19

    M, N, O

    91

    Il-fanali li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    Is-Suppliment 11 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 69

    M, N, O

    93

    Tagħmir protettiv tal-underrun (FUPDs) ta’ quddiem u l-installazzjoni tiegħu; protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem (FUP)

    Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 185, 17.7.2010, p. 56

    N2, N3

    94

    Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta frontali

    Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 2 ħas-serje 01 ta’ emendi

    Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 1

    ĠU L 130, 28.5.2010, p. 50

    M1

    95

    Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta laterali

    Is-Suppliment 1 mas-serje 02 ta’ emendi

    ĠU L 313, 30.11.2007, p. 1

    M1, N1

    97

    Sistemi ta’ Allarm tal-Vettura (VAS)

    Reviżjoni 1 — Emenda 1

    ĠU L 351, 30.12.2008, p. 1

    M1, N1

    98

    Fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati b’fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass

    Is-Suppliment 13 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 92

    M, N

    99

    Fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass għall-użu f’unitajiet ta’ fanali bi skarikar ta’ gass approvati għal vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 151

    M, N

    100

    Sikurezza elettrika

    Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    Serje 01 ta’ emendi

    ĠU L 45, 14.2.2009, p. 17

    ĠU L 57, 2.3.2011, p. 54

    M, N

    102

    Tagħmir ta’ gganċjar mill-qrib (CCD); l-iffittjar ta’ tip approvat ta’ CCD

    Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 351, 30.12.2008, p. 44

    N2, N3, O3, O4

    105

    Vetturi għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi

    Is-Suppliment 1 mas-serje 04 ta’ emendi

    ĠU L 230, 31.8.2010, p. 253

    N, O

    107

    Il-vetturi M2 u M3

    Serje 03 ta’ emendi

    ĠU L 255, 29.9.2010, p. 1

    M2, M3

    110

    Komponenti speċifiċi għas-CNG

    Is-Suppliment 6 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 72, 14.3.2008, p. 113

    M, N

    112

    Il-fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn u mgħammrin b’bozoz tal-filament u/jew moduli tal-LED

    Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 230, 31.8.2010, p. 264

    M, N

    116

    Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat

    Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 181

    M1, N1

    118

    Imġiba fil-kombustjoni ta’ materjali użati fil-kostruzzjoni ta’ ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati.

    Regolament Oriġinali

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 263

    M3

    121

    Lokalizzazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u indikaturi

    Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 177, 10.7.2010, p. 290

    M, N

    122

    Sistema ta’ tisħin tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O

    Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 231

    M, N, O

    123

    Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għal vetturi motorizzati

    Is-Suppliment 4 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1

    M, N

    125

    Kamp viżiv min-naħa ta’ quddiem

    Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 200, 31.7.2010, p. 38

    M1


    (1)  Ir-Regolament tal-UNECE Nri 1, 8 u 20 mhumiex applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi ġodda.

    (2)  Inkluż, għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1, ir-rekwiżiti dwar il-kontroll kontra l-qlib laġenba u l-kontroll direzzjonali stipulat fl-Anness 21 tiegħu.

    (3)  Inkluż, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji N1 u M1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji N1 u M1, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9 tiegħu.”


    Top