This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0301
Commission Regulation (EU) No 301/2011 of 28 March 2011 amending Council Regulation (EC) No 297/95 as regards the adjustment of the fees of the European Medicines Agency to the inflation rate Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2011 tat- 28 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2011 tat- 28 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 81, 29.3.2011, pp. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0568
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 3.1 PTA) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.3 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 5.6 L2 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 3.6 L1 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 5.1 PTC) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.2 L2 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 5.3 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 L2 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 3.1 PTC) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 3.4 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 3.2 PTB) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 3.1 PTB) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 5.1 PTB) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 5.6 L1 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 L5 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.2 L3 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 5.2 PTB) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 5.5 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 3.3 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 3.5 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 5.1 PTA) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 5.2 PTA) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 5.4 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 7 L1 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 7 L2 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 L4 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Emenda | artikolu 3.2 L1 PTA) | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.2 L5 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 3.6 L2 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 L3 | 01/04/2011 | |
| Modifies | 31995R0297 | Sostituzzjoni | artikolu 8.2 L6 | 01/04/2011 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32024R0568 | 01/01/2025 |
|
29.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2011
tat-28 ta’ Marzu 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi. |
|
(2) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jeħtieġ li t-tariffi tal-Aġenzija jiġu aġġornati kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni. |
|
(3) |
Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2010. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), kienet 2,1 % fl-2010. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2011. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u li jibda japplika minn din id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO