This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0212
Commission Regulation (EU) No 212/2011 of 3 March 2011 concerning the authorisation of Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M as a feed additive for laying hens (holder of authorisation Lallemand SAS) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat- 3 ta' Marzu 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal- Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat- 3 ta' Marzu 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal- Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/02/2020; Imħassar b' 32020R0151
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32016R2260 | Sostituzzjoni | anness Test | 05/01/2017 | |
Modified by | 32016R2260 | Sostituzzjoni | titolu Test | 05/01/2017 | |
Repealed by | 32020R0151 | 25/02/2020 |
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2011
tat-3 ta' Marzu 2011
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), mingħajr limitu taż-żmien għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3), u għal 10 snin għas-salmonidi u l-gambli mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 (4) u għall-ħnienes miftuma mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 (5). |
(5) |
Ġiet ippreżentata dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M għat-tiġieġ li jbidu. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta' Ottubru 2010 (6) li l-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jżid l-intensità li bih tbid l-ispeċi fil-mira b'mod sinifikanti. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(3) ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.
(4) ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.
(5) ĠU L 317, 3.12.2010, p. 12.
(6) EFSA Journal 2010; 8(10):1865.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
CFU/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||
4d1712 |
Lallemand SAS |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
|
Tiġieġ li jbidu |
— |
1 × 109 |
— |
|
l-24 ta’ Marzu 2021 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives