EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0178

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2011 tal- 24 ta’ Frar 2011 li jemenda għall-145 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 51, 25.2.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/178/oj

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 178/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

li jemenda għall-145 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta’ Frar 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Direttur – Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’:

(a)

‘Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala(a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani). Titolu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan. (b) Ħdejn Dergey Manday Madrasa fil-Villaġġ ta’ Dergey Manday, ħdejn Miram Shah, l-Aġenzija tal-Waziristan tat-Tramuntana (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Il-villaġġ ta’ Kayla ħdejn Miram Shah, l-Aġenzija tal-Waziristan tat-Tramuntana (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Il-villaġġ ta’ Sarana Zadran, il-Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru anzjan tal-Haqqani Network, li jopera ’l barra mill-Waziristan tat-Tramuntana fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati Federalment. (b) Qabel kien ivvajaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda; (c) Jiġi ħu Jalaluddin Haqqani u z-ziju ta’ Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.2.2011.’

(b)

‘Said Jan ‘Abd Al-Salam (magħruf ukoll bħala (a) Sa’id Jan ‘Abd-al-Salam, (b) Dilawar Khan Zain Khan, (c) Qazi ‘Abdallah, (d) Qazi Abdullah, (e) Ibrahim Walid, (f) Qasi Sa’id Jan, (g) Said Jhan, (h) Farhan Khan, (i) Aziz Cairo, (j) Nangiali). Data tat-twelid: (a) 5.2.1981, (b) 1.1.1972. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-Passaport: (a) OR801168 (Passaport Afgan taħt l-isem ta’ Said Jan ‘Abd al-Salam maħruġ fit-28.2.2006, jiskadi fis-27.2.2011), (b) 4117921 (Passaport Pakistan taħt l-isem ta’ Dilawar Khan Zain Khan maħruġ fid-9.9.2008, jiskadi fid-9.9.2013). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 281020505755 (Numru tal-Identifikazzjoni Ċivili tal-Kuwajt taħt l-isem Said Jan ‘Abd al-Salam). Tagħrif ieħor: Madwar l-2005, mexxa kamp tat-‘taħriġ bażiku’ għall-Al-Qaida fil-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.2.2011.’


Top