Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0144

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2011 tas- 17 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 44, 18.2.2011, pp. 7–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/144/oj

18.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 144/2011

tas-17 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(e) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u l-ħnieżer (3) tapplika għal kummerċ intra-Unjoni fl-annimali bovini. Din tipprovdi li l-annimali bovini għat-tnissil u l-produzzjoni għandhom jiġu minn merħla uffiċjalment ħielsa minn lewkożi bovina enżootika u jekk għandhom aktar minn 12-il xahar, irreaġixxew negattivament għal test individwali li sar tul it-30 jum qabel it-tluq mill-merħla tal-oriġini u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness D tagħha.

(2)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi wkoll testijiet ta’ dijanjożi biex tintuża għal bruċellosi u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal kummerċ tal-intra-Unjoni fl-annimali bovini għat-tnissil u l-produzzjoni. Barra minn hekk, dik id-Direttiva, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/984/KE (4), issa tinkludi analiżi bi fluworexxenza polarizzata bħala test standard ta’ dijanjożi.

(3)

Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn, u t-tranżitu fl-Unjoni ta’ annimali ungulati ħajjin. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal annimali ungulati ħajjin li għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-mard li għalih dawk l-annimali huma suxxettibbli.

(4)

Id-Direttiva 2004/68/KE tipprovdi wkoll li kondizzjonjiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti għal pajjiżi terzi li għalihom l-ekwivalenza ġiet rikonoxxuta b’mod formali mill-Unjoni bbażati fuq il-garanziji uffiċjali tas-saħħa pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti (5) ta’ ċertifikazzjoni veterinarja jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. L-Annessi I u II tiegħu jistabbilixxu listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom, li minnhom il-kunsinni ta’ dawk l-annimali u laħam jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.

(6)

Barra minn hekk, l-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula kondizzjonijiet speċifiċi għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ annimali domestiċi bovini maħsuba għat-tnissil u l-produzzjoni, flimkien ma’ mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal dawk l-annimali, inklużi l-ispeċji Bubalus u Bison, u r-razez mħallta tagħhom (BOV-X).

(7)

Il-kondizzjoni speċjali “IVb” tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tirreferi għal territorju bi rziezet approvati rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn status ta’ lewkożi bovina enżootika għal skopijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat (BOV-X). Dik il-kondizzjoni speċjali għandha tiġi emendata biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-merħliet uffiċjalment ħielsa minn lewkożi bovina enżootika stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE.

(8)

Għalhekk, il-kondizzjoni speċifika IVb stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-mudell ta’ ċertifikat veterinarju (BOV-X) stipulat fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Barra minn hekk, il-Parti 6 tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata biex jitqies it-test ta’ djanjożi ta’ analiżi bi fluworexxenza polarizzata stipulat fid-Direttiva 64/432/KEE.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi wkoll li laħam frisk introdott fl-Unjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju xieraq għal dak il-laħam skont il-mudelli stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II, u jitqiesu kwalunkwe kondizzjonijiet speċifiċi jew garanziji supplementari meħtieġa għal dan it-tip ta’ laħam.

(11)

Il-Botswana talbet l-awtorizzazzjoni biex tesporta lejn l-Unjoni laħam tal-annimali bovin mingħajr għadam u matur miż-żona ta’ kontroll 4a veterinarja ġewwa t-territorju identifikat bħala BW-4 fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(12)

Ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet tal-laħam mill-pajjiżi terzi fl-Unjoni jiddependu l-iktar fuq l-istatus ta’ saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz, reġjun jew parti minnu li jesporta. L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tiddetermina l-istatus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) tal-pajjiżi membri tagħha u f’Mejju 2010 rrikonoxxiet iż-żona kkonċernata bħala żona ħielsa mill-FMD fejn il-vaċċinazzjoni mhijiex ipprattikata. Il-Botswana stabbiliet żona ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km biex tissegrega ż-żona ħielsa mill-mard minn partijiet oħra ta’ dak il-pajjiż.

(13)

Il-Botswana għandha għalhekk tkun awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam tal-annimali bovini mingħajr għadam u matur miż-żona ħielsa mill-mard. Il-Kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tirreferi għall-mudell ta’ ċertifikat veterinarju BOV. Il-Parti 1 tal-Anness II ma’ dak ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(14)

L-Annessi I u II mar-Regolament (KEE) Nru 206/2010 għandhom b’hekk jiġu emendati skont dan.

(15)

Jeħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni sabiex l-Istati Membri u l-industrija jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif emendat b’dan ir-Regolament, mingħajr ma jiġi mfixkel il-kummerċ.

(16)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Mejju 2011, kunsinni ta’ annimali domestiċi bovini maħsuba għat-tnissil u/jew il-produzzjoni wara l-importazzjoni akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju skont il-Mudell BOV-X, kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel ġew introdotti l-emendi mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(3)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(4)   ĠU L 352, 31.12.2008, p. 38.

(5)   ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 1, il-kondizzjoni speċifika ‘IVb’ hija sostitwita b’dan li ġej:

“ ‘IVb’:

rikonoxxuta li għandha merħliet uffiċjalment ħielsa minn lewkożi bovina enżootika ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 64/432/KEE għall-iskopijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV–X.”

(b)

Fil-Parti 2, il-Mudell BOV-X huwa sostitwit b’dan li ġej:

Mudell BOV-X

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni
Image 4
Test ta 'immaġni
Image 5
Test ta 'immaġni

(c)

Fil-parti 6, il-protokoll għall-Bruċellożi (Brucella abortus) (BRL) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Bruċellożi (Brucella abortus) (BRL)

It-test tal-agglutinazzjoni tas-serum, it-test ta’ fissazzjoni komplimentari, it-test antiġen immewwet tal-bruċella, it-testijiet tal-analiżi immunosorbenti konnessi mal-enżimi (ELISA) u l-analiżi bi fluworexxenza polarizzata (FPA) għandhom isiru skont l-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE.”

(2)

Fl-Anness II, il-Parti 1, jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom  (1)

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data tal-għeluq (2)

Data tal-ftuħ (3)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL – l-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR – l-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’:

 

Buenos Aires,

 

Catamarca,

 

Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar)

 

Entre Ríos,

 

La Rioja,

 

Mendoza,

 

Misiones,

 

Parti minn Neuquén (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f’AR-4),

 

Parti minn Río Negro (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f’AR-4),

 

San Juan,

 

San Luis,

 

Santa Fe,

 

Tucuman,

 

Cordoba,

 

La Pampa,

 

Santiago del Estero,

 

Chaco, Formosa, Jujuy u Salta, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1

 

fit-18 ta’ Marzu 2005.

RUF

A

1

 

fl-1 ta’ Diċembru 2007.

RUW

A

1

 

fl-1 ta’ Awwissu 2010.

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

fl-1 ta’ Marzu 2002.

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV

RUF

A

1

 

fl-1 ta’ Diċembru 2007.

AR-4

Parti minn Río Negro (ħlief: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2;f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2)

Parti minn Neuquén (għajr f’Confluencia iż-żona li tinsab fil-lvant tat-Triq provinċjali 17, u f’Picun Leufú iż-żona li tinsab fil-lvant tat-Triq provinċjali 17)

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

fl-1 ta’ Awwissu 2008.

AU – l-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA – Il-Bosnja-Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR – il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

Stat ta’ Minas Gerais

Stat ta’ Espírito Santo;

Stat ta’ Goiás;

Stat ta’ Mato Grosso

L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japorã u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário).

BOV

A u H

1

 

fl-1 ta’ Diċembru 2008.

BR-2

Stat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

fil-31 ta’ Jannar 2008.

BR-3

L-Istati ta’ Paraná u São Paulo

BOV

A u H

1

 

fl-1 ta’ Awwissu 2008.

BW – il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

fl-1 ta’ Diċembru 2007.

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

fis-7 ta’ Marzu 2002.

BW-3

Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 12

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

fl-20 ta’ Ottubru 2008.

fl-20 ta’ Jannar 2009.

BW-4

Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 4a, ħlief iż-żona ta’ sorveljanza intensiva buffer ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u żoni ta’tmexxija tan-natura selvaġġa

BOV

F

1

 

[daħħal id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]

BY – Il-Bjelorussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW,

G

 

 

 

CH – l-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

*

 

 

 

 

CL – iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN – iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO – Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR – il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET – L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL – il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT – Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL – l-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN – l-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS – l-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

ME – il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX – il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA – in-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

In-nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F u J

1

 

 

NC – il-Kaledonja Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ – in-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona ta’ sorveljanza għolja nnominata ta’ 15 Km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

 

fl-1 ta’ Awwissu 2008.

RS – Is-Serbja (5)

RS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU – ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamolo-Nenets

RUF

 

 

 

 

SV- El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ – Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ “linja ħamra” li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni ta’ kontroll ta’ sorveljanza u tilqim tal-marda veterinarja tal-ilsien u d-dwiefer kif ippubblikati fil-gazzetta bħala Strument Statutorju skont l-avviż legali numru 51 tal-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

fl-4 ta’ Awwissu 2003.

TH – it-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN – it-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR – it-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA – L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US – l-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

G

 

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV,

A

1

 

fl-1 ta’ Novembru 2001.

OVI

A

1

 

 

ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Lvant ta’ Botswana ta’ lonġitudni 28o, u

id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

*

=

Rekwiżiti skont il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

=

l-ebda ċertifikati stabbiliti u l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk huma pprojbiti (bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-ispeċi li fejn indikat fil-linja jikkompromettu d-dħul għall-pajjiż kollu).

“1”   Restrizzjonijiet ta’ kategoriji:

L-ebda ġewwieni ta’ annimali mhu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni (bl-eċċezzjoni, fil-każ ta’ speċi ta’ bovini, tad-dijaframma u tal-muskoli tax-xedaq).”


(1)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fi ftehim tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi.

(2)  Laħam minn annimali maqtula nhar jew qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni għal 90 jum minn dik id-data. Il-konsenji li jinġarru fuq bastimenti fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data.(N.B.: jekk m’hemmx data fil-kolonna 7 dan ifisser li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet ta’ żmien).

(3)  Laħam minn annimali maqtula fid-data jew wara d-data stipulata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi impurtat fl-Unjoni (jekk m’hemmx data fil-kolonna 8 dan ifisser li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet ta’ żmien).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo li fil-preżent huwa taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.


Top