EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0889

2011/889/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2011 fir-rigward ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2012 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9521)

ĠU L 344, 28.12.2011, p. 39–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/889/oj

28.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

fir-rigward ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2012 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9521)

(It-testi bid-Daniż, Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Olandiż, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/889/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jista’ jingħata għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji tal-Unjoni Ewropea ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu implimentati b’mod effettiv u li l-benefiċjarji jgħaddu t-tagħrif kollu meħtieġ f’ċerti limiti ta’ żmien.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2012.

(4)

Għalhekk, għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (EU) Nru 882/2004. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.

(5)

Għas-sitt laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Konġunt għar-Riċerka, ir-relazzjoni hi stabbilita f’arranġament amministrattiv annwali li hu ssapportjat minn programm ta’ ħidma u baġit għalih peress li ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konumaturi huma t-tnejn servizzi tal-Kummissjoni.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 jistipula r-regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea. Hu jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant, tliet kelliema mistiedna u 10 rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fil-laqgħat ta’ ħidma. Għandhom jingħataw id-derogi għal dan il-limitu skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 lil uħud mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu s-sostenn għall-attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat mil-laqgħat ta’ ħidma. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ laboratorju ta’ referenza ieħor tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, il-qerda tal-mard tal-annimali (4) u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (5), l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandu jitħallas mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire, de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 328 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna m’għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (Salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 375 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 35 000.

Artikolu 3

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja għall-monitoraġġ ta’ bijotossini marini.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 283 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 20 000.

Artikolu 4

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Waymouth, ir-Renju Unit għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika f’molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 284 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 5

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), of the Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 458 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 6

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire, de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-iStaphylococci pożittivi għall-Koagulażi, inkluż l-iStaphylococcus aureus.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 356 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 7

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia coli, inkluża l-E. Coli Verotossiġenika (VTEC).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 8

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, l-Isvezja għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 310 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.

Artikolu 9

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 336 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 10

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-monitoraġġ ta’ reżistenzi antimikrobiċi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 390 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 36 000.

Artikolu 11

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), Addlestone, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ ta’ enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 600 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

3.   B’deroga mill-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, il-Belġju, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ proteini tal-annimali fl-għalf

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 575 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 13

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Fougères, Franza, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I, il-punt 12(b) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 470 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 14

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Berlin, il-Ġermanja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I, il-punt 12(c) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 470 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 15

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fl-Anness VII, is-Sezzjoni I(12)(d) għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 16

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji f’ikel li ġej mill-annimali u fi prodotti bażiċi b’kontenut għoli ta’ xaħam.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 200 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 17

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji fiċ-ċereali u l-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 200 000.

Artikolu 18

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Spanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidi fil-frott u l-ħaxix, inklużi l-prodotti bażiċi b’kontenut għoli ta’ ilma u aċtu.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 447 000.

Artikolu 19

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji b’metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 370 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 70 000.

3.   B’deroga mill-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 80 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ diossini u PCBs fl-ikel u l-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun aktar minn EUR 450 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 60 000.

Artikolu 21

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), Spanja, għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 110 000.

Artikolu 22

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, għall-marda ta’ Newcastle.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 85 000.

Artikolu 23

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, għall-marda vesikulari tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 90 000.

Artikolu 24

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Danmarks Tekniske Universitet, Veterinærinstituttet, Afdeling for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr, Århus, id-Danimarka, għal mard fil-ħut.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 280 000.

Artikolu 25

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, għal mard f’molluski divalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 130 000.

Artikolu 26

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, għall-bluetongue.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 259 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 60 000.

Artikolu 27

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 30173 Hannover, il-Ġermanja, għad-deni klassiku tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 295 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 50 000.

Artikolu 28

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, għad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 185 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.

Artikolu 29

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, of the Biotechnology and Biological Sciences Research Council (BBSRC), Pirbright, ir-Renju Unit, għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 360 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.

Artikolu 30

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Interbull Centre, Department of Animal Breeding and Genetics, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Isvezja, biex jikkollabora għal uniformità fil-metodi tal-ittestjar u l-valutazzjoni tar-riżultati għall-annimali tar-razza pura tat-tnissil tal-ispeċi bovini.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 150 000.

Artikolu 31

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, għall-bruċellożi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 280 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 18 000.

Artikolu 32

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, għall-influwenza avjarja.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 380 000.

Artikolu 33

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, għal mard fil-krustaċji.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 105 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 34

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie équine, Franza, għal mard ekwin ħlief il-Marda Afrikana taż-Żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 525 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 35

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, Franza, għall-idrofobija

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 250 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 36

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) of the Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, għat-tuberkulożi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 285 000.

Artikolu 37

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de recherches sur la pathologie des abeilles, Sophia-Antipolis, Franza, għas-saħħa tan-naħal

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 300 000.

Artikolu 38

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Geel, il-Belġju għal dawn l-attivitajiet tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:

(1)

L-attivitajiet marbutin mal-metalli t-tqal fl-għalf u fl-ikel; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 237 000.

(2)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

(3)

L-attivitajiet marbutin mal-Mikotossini; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 238 000.

(4)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 3; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

(5)

L-attivitajiet marbutin mal-Idrokarbonji Aromatiċi Poliċikliċi (IAP); din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 227 000.

(6)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 5; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

(7)

L-attivitajiet marbutin mal-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 44 000.

(8)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 7; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 39

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Ispra, l-Italja, għal dawn l-attivitajiet tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:

(1)

L-attivitajiet marbutin mal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 220 000.

(2)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 40 000.

(3)

L-attivitajiet marbutin mal-OMĠ; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 233 000.

(4)

L-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ ħidma, minn dak il-laboratorju, li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fil-punt 3; din l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 36 000.

Artikolu 40

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 39 għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.

Artikolu 41

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-laboratorji speċifikati fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.


ANNESS

Il-Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal- Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort Cedex, Franza;

Ir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, Postbus 1, 3720 BA Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi;

Il-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja, Estacion Maritima, s/n, 36200 Vigo, Spanja;

Il-Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, ir-Renju Unit;

L-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, l-Italja;

lill-Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 75189 Uppsala, l-Isvezja;

Il-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, id-Danimarka;

L-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (AHVLA); Weybridge, New Haw, Addelstone Surrey KT15 3NB ir-Renju Unit,

Is-Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W), chaussée de Namur 245030 Gembloux, il-Belġju;

Il-Laboratoire d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L'Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), Site de Fougères, La Haute Marche, Javéné, BP 90203, 35302 Fougères, Franza;

Il-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit, Mauerstrasse 39-42, 10117 Berlin, il-Ġermanja;

Ix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, il-Ġermanja;

Il-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Afdeling for Fødevarekemi, Møerkhøej Bygade 19, 2860 Søeborg, id-Danimarka;

Il-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Is-Sacramento s/n, La Kanada de San Urbano, 04120 Almeria, Spanja;

Ix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Schaflandstrasse 3/2, Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, il-Ġermanja;

Il-Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. Id-De Algete km. 8, Valdeolmos, 28110, Algete (Madrid), Spanja;

L-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

Veterinærinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet, Afdelingen for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr, Hangøvej 2, 8200-Århus N, id-Danimarka;

L-IFREMER, Avenue Mus de Loup, Ronce les Bains, 17390 La Tremblade, Franza;

L-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, D-3000 Hannover, il-Ġermanja;

Is-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. Id-De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja;

L-Interbull Centre, Department of Animal Breeding and Genetics SLU, Sveriges lantbruksuniversitet, Undervisningsplan E1-27; S-75007 Uppsala l-Isvezja;

L-ANSES, Laboratoire d'études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

Is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, ir-Renju Unit;

L-ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle, 94 706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

L-ANSES, Laboratoire d'études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, F-54220 Malzéville, Franza;

Il-VISAVET — Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Il-Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja;

L-ANSES, Laboratoire de recherches sur la pathologie des abeilles, 105 Route des Chappes, les Templiers, 06902 Sophia Antipolis, Franza;

Il-Joint Research Centre, Retieseweg 111, 2440 Geel il-Belġju;

Il-Joint Research Centre, Institute for reference materials and measurements, Food safety and quality, Via E. Fermi, 121020 Ispra l-Italja;

Il-Joint Research Centre, Institute for Health and Consumer Protection, Unità: Physical and chemical exposures, TP 260, Via E. Fermi, 1, 21020 Ispra l-Italja;

Il-Joint Research Centre, Institute for Health and Consumer Protection, Biotechnology and GMOs Unit, Via E. Fermi, 1, 21020 Ispra l-Italja.


Top