EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32011D0488

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK tal- 1 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 199, 2.8.2011, S. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/488/oj

2.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/74


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/488/PESK

tal-1 ta’ Awwissu 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni oħrajn għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet imniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…)

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

M. Mohammad Mufleh

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni kontra l-manifestanti.

1.8.2011

2.

Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes

 

Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

3.

Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932

Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf.

1.8.2011

4.

Ayman Jabir

Imwieled f'Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha

1.8.2011

5.

Ġeneral Ali Habib Mahmoud

Imwieled f' Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009

Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011


nach oben