Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0382

    2011/382/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4448) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Imħassar b' 32017D1214

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/382/oj

    29.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-24 ta’ Ġunju 2011

    dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4448)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/382/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom għal deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

    (4)

    Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2005/342/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

    (6)

    Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti u b’hekk jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jinkludi d-deterġenti kollha maħsuba biex jintużaw għall-ħasil bl-idejn ta’ platti, reċipjenti taċ-ċaqquf, pożati, borom, taġnijiet, utensili tal-kċina eċċ.

    Il-grupp tal-prodotti għandu jkopri l-prodotti kemm għall-użu privat kemm għall-użu professjonali. Il-prodotti għandhom ikunu taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi u jeħtieġ li ma jkunx fihom mikroorganiżmi li deliberatament ikunu ġew miżjuda mill-manifattur.

    Artikolu 2

    Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    “sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreserva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista’ jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha.

    2.

    “prodott” (jew “taħlita”) tfisser taħlita jew soluzzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar, li ma jirreaġixxux.

    Artikolu 3

    Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jkun “019”.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2005/342/KE hija rrevokata.

    Artikolu 7

    1.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni 2005/342/KE.

    2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE inkella fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

    3.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, dik l-Ekotikketta tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 9.


    ANNESS

    QAFAS

    L-għanijiet tal-kriterji

    Dawn il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li għandhom tnixxija mnaqqsa ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent akkwatiku, inaqqsu jew jipprevjenu r-riskji għas-saħħa jew għall-ambjent relatati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, inaqqsu l-iskart tal-imballaġġ, jipprovdu informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod li huwa effiċjenti u jnaqqsu l-impatt ambjentali.

    KRITERJI

    1.

    Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

    2.

    Bijodegradabilità tal-aġenti tensjoattivi

    3.

    Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

    4.

    Fwejjaħ

    5.

    Proprjetajiet korrużivi

    6.

    Rekwiżiti ta’ imballaġġ

    7.

    Adegwatezza għall-użu

    8.

    Struzzjonijiet għall-utent

    9.

    Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

    (a)   Rekwiżiti

    Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

    Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.

    Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

    Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

    L-Appendiċi I tirreferi għal-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

    Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    (b)   Limiti tal-kejl

    Is-sustanzi kollha fil-prodott, inklużi l-addittivi (eż. preservattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti, li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għajr il-Kriterju 1, fejn kull sustanza miżjuda b’mod intenzjonat għandha tiġi inkluża, irrispettivament mill-piż tagħha. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-ingredjenti li jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll ikunu konformi mal-kriterji.

    (c)   Dożaġġ ta’ referenza

    Għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, id-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti li jkollhom ammont normali ta’ ħmieġ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkoli li għandhom l-għan li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-ħila li jnaddaf.

    KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

    Kriterju 1 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi:

    Il-volum ta’ dilwizzjoni kritika (CDVkroniku) huwa kkalkolat għal kull sustanza (i) bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

    Formula

    fejn il-piż(i) huwa l-piż tas-sustanza (fi grammi) li tinsab fid-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti. DF(i) huwa l-fattur ta’ degradazzjoni u TFkroniku(i) huwa l-fattur ta’ tossiċità tas-sustanza (f’milligrammi/litru).

    Il-valuri tad-DF u tat-TF kroniku għandhom ikunu bħal dawk elenkati fil-Parti A tal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (il-lista DID – il-Parti A) (l-Appendiċi I). Jekk is-sustanza inkwistjoni ma tkunx inkluża fil-lista DID-il-parti A, l-applikant għandu jistma l-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-lista DID-il-parti B (l-Appendiċi I). Is-CDVkroniku jingħadd għal kull sustanza, u jagħti s-CDVkroniku għall-prodott.

    Is-CDVkroniku għandu jiġi kkalkulat abbażi tad-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti b’ammont normali ta’ ħmieġ. Ic-CDVkroniku tad-doża rrakkomandata espress għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti ma għandux jaqbeż 3 800 litru.

    Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli tas-CDVkroniku li juru konformità ma’ dan il-kriterju.

    Kriterju 2 —   Bijodegradabilità ta’ aġenti tensjoattivi

    (a)   Bijodegradabilità faċli (aerobika)

    Kull aġent tensjoattiv użat fil-prodott għandu jkun faċilment bijodegradabbli.

    Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-Korp Kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex aerobikament bijodegradabbli jew le (l-aġenti tensjoattivi li huma mmarkati bl-ittra “R” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità aerobika huma faċilment bijodegradabbli). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-Parti A tal-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-testijiet għall-bijodegradibilità faċli għandhom ikunu dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (1). L-aġenti tensjoattivi għandhom jitqiesu bħala faċilment bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradibilità (mineralizzazzjoni) imkejjel skont wieħed minn dawn il-ħames testijiet ikun tal-anqas 60 % fi żmien 28 jum: it-test tal-ispazju liberu tad-CO2 (CO2 headspace test) (OECD 310), it-test ta’ Sturm Immodifikat tal-Evoluzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) (carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm test) (OECD 301B; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (2) l-metodu C.4-C), it-test tal-Flixkun Magħluq (Closed Bottle test) (OECD 301D; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-E), Respirometrija Manometrika (Manometric Respirometry) (OECD 301F; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-D), jew it-test MITI (I) (OECD 301C; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-F, jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. Jista’ jintuża xi wieħed minn dawn it-testijiet, skont il-karatteristiċi fiżiċi tal-aġent tensjoattiv, biex jikkonferma l-bijodegradibilità faċli, jekk il-livell ta’ bijodegradibilità jkun tal-anqas 70 % fi żmien 28 jum: l-Isparizzjoni tal-Karbonju Organiku Maħlul (Dissolved Organic Carbon DOC Die-Away) (OECD 301 A; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A), jew l-Iskrinjar tal-OECD Immodifikat tal-Isparizzjoni tad-DOC (Modified OECD Screening DOC Die-Away) (OECD 301E; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-B), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. L-applikabilità tal-metodi ta’ ttestjar abbażi tal-kejl tal-karbonju organiku maħlul jeħtieġ li tiġi ġġustifikata b’mod xieraq peress li dawn il-metodi jistgħu jagħtu riżultati mat-tneħħija u mhux mal-bijodegradabilità. Il-preadattazzjoni ma għandhiex tintuża f’testijiet għall-bijodegradabilità faċli aerobika. Il-prinċipju ta’ perjodu ta’ żmien ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika.

    (b)   Bijodegradabilità anaerobika

    L-aġenti tensjoattivi li mhumiex bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi jistgħu jintużaw fil-prodott sakemm l-aġenti tensjoattivi ma jkunux ikklassifikati H400/R50 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi) u fi ħdan il-limitu speċifikat hawn taħt.

    Il-piż totali ta’ tali aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli ma għandux jaqbeż 0,20 gramma tad-doża rrakkomandata espressa għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti.

    Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-korp kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex anaerobikament bijodegradabbli (l-aġenti tensjoattivi mmarkati bl-ittra “Y” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità anaerobika huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID (ĠU L 115, 4.5.2005, p. 18 il-parti A), għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-test ta’ referenza għall-bijodegradibilità anaerobika għandu jkun OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ minimu ta’ 60 % bijodegradibilità aħħarija taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw il-fatt li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kundizzjonijiet anaerobiċi (ara l-Appendiċi II).

    Kriterju 3 —   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

    Ir-rekwiżiti msemmija f’(a), (b) u (c) hawn taħt għandhom japplikaw għal kull sustanza jew taħlita inklużi l-bijoċidi, il-koloranti u l-fwejjaħ, li jaqbżu 0 010 % skont il-piż tal-prodott finali. Dan jinkludi wkoll kull sustanza ta’ kwalunkwe taħlita użata fil-formulazzjoni li taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-prodott finali. Nanoforom li jiġu miżjuda mal-prodott b’mod intenzjonali għandhom jagħtu prova tal-konformità mal-kriterju 3(c) għal kwalunkwe konċentrazzjoni.

    (a)   Sustanzi esklużi speċifikati

    Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

    L-alkilfenoletossilati (APEO) u d-derivattivi tagħhom,

    L-EDTA (aċidu etilen-diammina-tetra-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu

    5-Bromo-5-nitro-1,3-diossan

    2-Bromo-2-nitropropan-1,3-diol

    Diażolinidilurea

    Formaldeid

    Idrossimetilgliċinat tas-sodju

    Nitromiski u miski poliċikliċi, inklużi pereżempju:

    Ksilen tal-misk: 5-Terz-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen

    Ambretta tal-misk: 4-Terz-butil-3-metossi-2,6-dinitrotoluwen

    Mosken: 1,1,3,3,5-Pentametil-4,6-dinitroindan

    Tibetin tal-misk: 1-Terz-butil-3,4,5-trimetil-2,6-dinitrobenżen

    Keton tal-misk: 4’-Terz-butil-2’,6’-dimetil-3’,5’-dinitroaċetafenon

    HHCB (1,3,4,6,7,8-eżaidro-4,6,6,7,8,8-eżametilċiklopenta(g)-2-benżopiran)

    AHTN (6-Aċetil-1,1,2,4,4,7-eżametiltetralin).

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.

    (b)   Imlieħ tal-ammonju kwaternarju li mhumiex faċilment bijodegradabbli ma għandhomx jintużaw, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-bijodegradabilità ta’ kwalunkwe melħ tal-ammonju kwaternarju użat.

    (c)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

    Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi (fi kwalunkwe forma inklużi nanoforom) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4), u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, għal taħlitiet ta’ enżimi u fwejjaħ, fejn l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom jiġu applikati r-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

    Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

    Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6)

    Frażi ta’ Riskju (7)

    H300 Fatali jekk jinbela’

    R28

    H301 Tossiku jekk jinbela’

    R25

    H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

    R65

    H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

    R27

    H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

    R24

    H330 Fatali jekk jiġi inalat

    R23;R26

    H331 Tossiku jekk jiġi inalat

    R23

    H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

    R46

    H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

    R68

    H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

    R45

    H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

    R49

    H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

    R40

    H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

    R60

    H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R61

    H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R60-61

    H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R60-63

    H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

    R61-62

    H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

    R62

    H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R63

    H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

    R62-63

    H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

    R64

    H370 Jikkawża ħsara lill-organi

    R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28

    H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

    R68/20; R68/21; R68/22

    H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

    R48/25; R48/24; R48/23

    H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

    R48/20; R48/21; R48/22

    H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

    R50

    H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

    R50-53

    H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

    R51-53

    H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

    R52-53

    H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

    R53

    EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

    R59

    EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

    R29

    EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

    R31

    EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

    R32

    EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

    R39-41

    Sustanzi sensitizzanti

    H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

    R42

    H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

    R43

    Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

    Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

    Aġenti tensjoattivi

    F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott (*)

    H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

    R 50

    Fwejjaħ

    H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

    R52-53

    Enżimi (**)

    H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

    R42

    Enżimi (**)

    H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

    R43

    NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (***)

    H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

    R40

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tkun tikkonsisti bħala minimu f’dak li hemm speċifikat fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għall-forma partikolari tas-sustanza, inklużi n-nanoforom, użati fil-prodott. Għal dak il-għan l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (d)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

    Ma tista’ tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

    Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:

    http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

    Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

    Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (e)   Bijoċidi

    (i)

    Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreservaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preservattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preservattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġa għall-preservazzjoni tal-prodott.

    (ii)

    Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

    (iii)

    Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew i tal-Kunsill (8) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta’ bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b’mod sperimentali ≤ 100.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali.

    Kriterju 4 —   Fwejjaħ

    (a)

    Il-prodott ma għandux ikollu fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi (kif speċifikat fil-kriterju 3a).

    (b)

    Kwalunkwe sustanza miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun ġiet immanifatturata, ittrattata u/jew immaniġġata f’konformità mal-kodiċi ta’ prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ. Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.

    (c)

    Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 3c u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza.

    (d)

    Fid-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn għal użu professjonali ma għandhomx jintużaw fwejjaħ.

    Valutazzjoni u verifika: dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti tal-kriterju (a) u (b) u (d). Għall-kriterju (c), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (9) kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħra) li kienu assenjati l-frażijiet ta’ riskju R43/H317 u/jew R42/H334.

    Kriterju 5 —   Proprjetajiet korrużivi

    Il-prodott ma għandux ikun ikklassifikat bħala taħlita “Korrużiva” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-konċentrazzjonijiet eżatti tas-sustanzi kollha użati fil-prodott, jew bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li huma kklassifikati bħala “Korrużivi” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 lill-Korp Kompetenti, flimkien mal-kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza.

    Kriterju 6 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

    (a)

    Plastiks li jintużaw bħala r-reċipjent ewlieni għandhom jiġu mmarkati skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (10), jew DIN 6120 il-Partijiet 1 u 2 b’konnessjoni ma’ DIN 7728 il-parti 1.

    (b)

    Jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul minn materjal irriċiklat, kwalunkwe indikazzjoni ta’ dan fuq l-imballaġġ għandha tkun f’konformità mal-istandard ISO 14021 “Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali - Dikjarazzjonijiet volontarji (tikettar ambjentali tat-tip II)”.

    (c)

    Jistgħu jintużaw biss fl-imballaġġ tal-plastik dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3c.

    (d)

    Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-imballaġġ primarju ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

    Tip tal-prodott

    WUR

    Deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu

    1.20 gramma ta’ imballaġġ għal kull litru ta’ soluzzjoni użata (ilma għall-ħasil tal-platti)

    Id-WUR jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

    Formula,

    fejn

    Wi

    =

    Il-piż (gm) tal-imballaġġ primarju (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli.

    Ui

    =

    Il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux irriċiklat fl-imballaġġ primarju (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal irriċiklat fl-imballaġġ primarju jkun 0 %, Ui = Wi.

    Di

    =

    L-għadd ta’ dożi funzjonali (= l-għadd tal-volum tad-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil) li jkun hemm fl-imballaġġ primarju (i).

    ri

    =

    Ċifra tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-imballaġġ primarju (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra (ri = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, ri tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta għadd ogħla.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’kalkolu tad-WUR tal-prodott flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju. Għall-kriterju (c) l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

    Kriterju 7 —   Adegwatezza għall-użu

    Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu, u jkun jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

    Il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom ikunu ekwivalenti għal jew aħjar minn dawk ta’ deterġent ta’ referenza ġeneriku speċifikat hawn taħt.

    Valutazzjoni u verifika: il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom jiġu ttestjati permezz ta’ test tal-prestazzjoni fil-laboratorju li jkun ġustifikabbli u adegwat imwettaq u rrapportat fi ħdan parametri speċifikati kif iddikjarat fil-parti “Framework for testing the performance of hand dishwashing detergents” (qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni ta’ deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) li tista’ tinstab hawn:

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/hand_dishwashing_detergents_en.htm.

    Id-deterġent ta’ referenza ġeneriku għandu jkun dak preskritt fit-test tal-prestazzjoni tal-IKW “Recommendation for the quality assessment of the cleaning performance of hand dishwashing detergents” (rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) bl-adattament li d-dożaġġ applikat fit-test tal-prestazzjoni jiġi ffissat għal 2.5 millilitri tad-deterġent ta’ referenza għal kull 5 litri ta’ ilma.

    Il-metodu ta’ ttestjar tal-prestazzjoni tal-IKW “Rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) jista’ jiġi applikat bl-adattament imsemmi u jista’ jitniżżel minn fuq dan is-sit: http://www.ikw.org/pdf/broschueren/EQ_Handgeschirr_e.pdf.

    Kriterju 8 —   Struzzjonijiet għall-utent

    Il-prodott għandu jkollu din l-informazzjoni li ġejja tidher fuq l-imballaġġ:

    (a)

    “Tużax ilma ġieri iżda għaddas il-platti taħt l-ilma, u uża d-doża rrakkomandata” (jew test ekwivalenti);

    (b)

    L-informazzjoni dwar id-dożaġġ irrakkomandat għandha tidher fuq l-imballaġġ f’daqs raġonevoli u fuq sfond viżibbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’millilitri (u kuċċarini) ta’ prodott għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti xieraq għal platti “maħmuġin” u “inqas maħmuġin”;

    (c)

    indikazzjoni ta’ għadd approssimattiv ta’ ħasliet li l-konsumatur jista’ jagħmel bi flixkun wieħed huwa rrakkomandat iżda fakultattiv.

    Dan jiġi kkalkulat billi l-volum tal-prodott jiġi diviż bid-dożaġġ meħtieġ għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għal platti maħmuġin.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun tal-imballaġġ tal-prodott, inkluż it-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju.

    Kriterju 9 —   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej:

    “—

    impatt imnaqqas fuq il-ħajja akkwatika,

    użu mnaqqas ta’ sustanzi perikolużi,

    skart tal-imballaġġ imnaqqas,

    struzzjonijiet ċari għall-utent.”

    Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


    (1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

    (4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

    (5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (6)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (7)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.

    (*)  Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (**)  Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljarja oħra fil-preparazzjonijiet.

    (***)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

    (8)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

    (9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

    (10)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

    Appendiċi I

    Bażi tad-dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

    Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm.

    Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

    Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

     

    Tossiċità akuta

    Tossiċità kronika

    Degradazzjoni

    Ingredjent

    LC50/EC50

    SF(akut)

    TF(akut)

    NOEC (*)

    SF(kroniku)  (*)

    TF(kroniku)

    DF

    Aerobiku

    Anaerobiku

    “Isem”

    1  mg/l

    10 000

    0,0001

     

     

    0,0001

    1

    P

    N

    Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità faċli

    Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità faċli:

    (1)

    Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

    Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

    Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A l-Anness C.4-B (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OECD 301 A u E u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom), u għandhom ikunu ta’ 60 % għall-metodi C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OCED 301 B, C, D u F u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom).

    (2)

    Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

    Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika

    It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

    Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

    Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

    (1)

    Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u jista’ jitqies ukoll li teżisti bijodegradabilità anaerobika simili għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

    (2)

    Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

    (3)

    Wettaq test ta’ degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’

    Formula

    jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.

    (*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut)


    Top