Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1264

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2010 tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 347, 31.12.2010, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1264/oj

    31.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2010

    tal-20 ta’ Diċembru 2010

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2010 (1). Prodotti fil-limitu ta’ dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jkunu impurtati b’rati tad-dazju mnaqqsa jew nulli. Għall-istess raġunijiet, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, għandhom jinfetħu kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal ċerti prodotti addizzjonali.

    (2)

    Il-volum tal-kwota għal kwoti tariffarji awtonomi mdaħħla bin-numri tal-ordnijiet 09.2977 u 09.2635 huma insuffiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu kurrenti tal-kwota li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010. Konsegwentament, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010.

    (3)

    Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li fl-2011 tkompli tagħti kwoti tariffarji għal ċerti prodotti li għalihom kienu stabbiliti tali kwoti fl-2010. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u l-prodotti kkonċernati għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 7/2010.

    (4)

    Fid-dawl tal-bosta bidliet li għandhom isiru, minħabba ċarezza, jeħtieġ li l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 7/10 jinbidel kollu kemm hu.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Peress li l-kwoti ta’ tariffi għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Jannar 2011, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 7/2010:

    il-volum tal-kwota tal-kwota tariffarja għan-numru tal-ordni 09.2977 huwa ffissat għal 40 000 tunnellata,

    il-volum tal-kwota tal-kwota tariffarja għan-numru tal-ordni 09.2635 huwa ffissat għal 1 300 000 km,

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    L-Artikolu 2 għandu japplika mit-1 ta’ Lulju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SCHAUVLIEGE


    (1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0  %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0  %

    ex 2401 10 70

    10

    ex 2401 10 95

    11

    ex 2401 10 95

    21

    ex 2401 10 95

    91

    ex 2401 20 35

    91

    ex 2401 20 70

    10

    ex 2401 20 95

    11

    ex 2401 20 95

    21

    ex 2401 20 95

    91

    09.2841

    ex 2712 90 99

    10

    Taħlita ta’ 1-alkenes li fihom 80 % tal-piż jew aktar ta’ 1-alkenes b’tul tal-katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0  %

    09.2703

    ex 2825 30 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1.-31.12.

    13 000 tunnellata

    0  %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0  %

    09.2837

    ex 2903 49 80

    10

    Bromoklorometanu

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2933

    ex 2903 69 90

    30

    1,3-Dichlorobenzene

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0  %

    09.2950

    ex 2905 59 98

    10

    2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90  (1)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0  %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98,5 % tal-piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2767

    ex 2910 90 00

    80

    Allyl glycidyl ether

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

     (*)09.2638

    2915 21 00

    10

    Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    500 000 tunnellata

    0  %

    09.2972

    2915 24 00

     

    Anidride aċetiku

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Dimethyl sebacate

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2634

    ex 2917 19 90

    40

    Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 %

    1.1.-31.12.

    4 600 tunnellata

    0  %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċtu o-aċetisaliċiliku

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0  %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2632

    ex 2921 22 00

    10

    Eksametilenediammina

    1.1.-31.12.

    35 000 tunnellata

    0  %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-Phenylenediamine

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0  %

    09.2977

    2926 10 00

     

    Akrilonitrile

    1.1.-31.12.

    30 000 tunnellata

    0  %

    09.2917

    ex 2930 90 13

    90

    Ċistina

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2603

    ex 2930 90 99

    79

    Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0  %

    09.2810

    2932 11 00

     

    Tetraidrofuran

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2955

    ex 2932 19 00

    60

    Flurtamone (ISO)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0  %

    09.2812

    ex 2932 29 85

    77

    Hexan-6-olide

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0  %

    09.2615

    ex 2934 99 90

    70

    Aċidu ribonuklejku

    1.1.-31.12.

    110 tunnellata

    0  %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Xylose

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0  %

    09.2908

    ex 3804 00 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0  %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Termentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2935

    ex 3806 10 00

    10

    Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0  %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

    1.1.-31.12.

    2 200 tunnellata

    0  %

    09.2829

    ex 3824 90 97

    19

    Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

    numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

    u

    punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2986

    ex 3824 90 97

    76

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

    60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

    20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

    0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

    għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

    1.1.-31.12.

    14 315 tunnellata

    0  %

    09.2907

    ex 3824 90 97

    86

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

    75 % jew aktar ta steroli,

    mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

    għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2140

    ex 3824 90 97

    98

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

    2,0-4,0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

    minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

    massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

    1.1.-31.12.

    4 500 tunnellata

    0  %

    09.2992

    ex 3902 30 00

    93

    Propylene-butylene copolymer, b’kontenut fil-piż ta’ mhux anqas ta’ 60 % iżda mhux aktar minn 68 % ta’ propylene u mhux anqas minn 32 % iżda mhux aktar minn 40 % ta’ butylene, b’viskożità tat-tidwib li ma taqbiżx it-3 000 mPa f’190 °C, kif determinat mill-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 4818 40  (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

     (*)09.2947

    ex 3904 69 80

    95

    Poly(vinylidene fluoride), fil-forma ta’ trab, għall-preparazzjoni ta’ żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

     (*)09.2639

    3905 30 00

     

    Poli(alkoħol tal-vinil)

    1.1.-31.12.

    18 000 tunnellata

    0  %

     (*)09.2640

    ex 3905 99 90

    91

    Polivinil butiral

    1.1.-31.12.

    8 000 tunnellata

    0  %

    09.2616

    ex 3910 00 00

    30

    Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

     (*)09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

    1.1.-31.12.

    58 500 tunnellata

    0  %

     (*)09.2641

    ex 3913 90 00

    87

    Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

    b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

    b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

    b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

    b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

    1.1.-31.12.

    200 kg

    0  %

    09.2813

    ex 3920 91 00

    94

    Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

    1.1.-31.12.

    2 000 000  m2

    0  %

    09.2818

    ex 6902 90 00

    10

    Briks li jirreżistu s-sħana:

    b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

    kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

    kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0,4 % u

    varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700  °C

    1.1.-31.12.

    75 tunnellata

    0  %

    09.2815

    ex 6909 19 00

    70

    Irfid għal katalizzaturi jew filtri, li jikkonsistu f’biċċiet porużi taċ-ċeramika, minn taħlita ta’ ossidu ta’ aluminju u titanju, b’volum totali ta’ mhux aktar minn 65 litru u mill-inqas kanal wieħed (miftuħ fuq naħa waħda jew tnejn) f’kull cm2 tal-wiċċ tas-sezzjoni trasversali

    1.1.-31.12.

    380 000 unitajiet

    0  %

    09.2628

    ex 7019 52 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    350 000  m2

    0  %

    09.2799

    ex 7202 49 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0  %

    09.2629

    ex 7616 99 90

    85

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    240 000 unitajiet

    0  %

     (*)09.2636

    ex 8411 82 80

    20

    Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

    1.1.-31.12.

    10 unitajiet

    0  %

    09.2763

    ex 8501 40 80

    30

    Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600  W imma mhux aktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unitajiet

    0  %

     (*)09.2642

    ex 8501 40 80

    40

    Assemblaġġ, magħmul minn:

    mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400  W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600  W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

    ventilatur għad-dħul tal-arja (1)

    1.1.-31.12.

    120 000 unitajiet

    0  %

     (*)09.2633

    ex 8504 40 82

    20

    Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1)

    1.1.-31.12.

    4 500 000 unitajiet

    0  %

     (*)09.2643

    ex 8504 40 82

    30

    Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8528  (1)

    1.1.-31.12.

    1 038 000 unitajiet

    0  %

    09.2620

    ex 8526 91 20

    20

    Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

    1.1.-31.12.

    3 000 000 unitajiet

    0  %

    09.2003

    ex 8543 70 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 × 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 unitajiet

    0  %

     (*)09.2635

    ex 9001 10 90

    20

    Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544  (1)

    1.1.-31.12.

    2 600 000  km

    0  %

    09.2631

    ex 9001 90 00

    80

    Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9005 , 9013 u 9015  (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000 unitajiet

    0  %


    (1)  L-eżenzjoni minn jew it-tnaqqis ta' dazji doganali għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni bil-għan li jkun hemm kontroll doganali tal-użu ta' tali merkanzija (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).

    (2)  Madankollu, il-miżura mhix permessa meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-imnut u tal-forniment ta' ikel.

    (*)  Pożizzjoni ġdida jew emendata”


    Top