This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1257
Council Regulation (EU) No 1257/2010 of 20 December 2010 extending the temporary derogation measures from Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the languages to be used by the European Economic Community and Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the languages to be used by the European Atomic Energy Community introduced by Regulation (EC) No 920/2005
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1257/2010 tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li jestendi l-miżuri derogatorji temporanji għar-Regolament Nru 1 tal- 15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal- 15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1257/2010 tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li jestendi l-miżuri derogatorji temporanji għar-Regolament Nru 1 tal- 15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal- 15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005
ĠU L 343, 29.12.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005R0920 | Validità estiża | artikolu 2 P1 | 29/12/2010 |
29.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/5 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1257/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jestendi l-miżuri derogatorji temporanji għar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 342 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (1) ta lill-Irlandiż l-istatus ta’ lingwa uffiċjali u ta’ lingwa ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 920/2005 jipprevedi li, għal raġunijiet prattiċi u fuq bażi transitorja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni m’għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu u jittraduċu bil-lingwa Irlandiża l-atti kollha, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, bl-eċċezzjoni tar-Regolamenti adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Huwa l-Kunsill li jiddeċiedi, f'mhux aktar minn erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 u f’intervalli ta’ ħames snin wara dan, jekk għandhiex titneħħa din id-deroga. |
(3) |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ser ikomplu jieħdu inizjattivi bl-għan li jtejbu l-aċċess taċ-ċittadini għal informazzjoni fil-lingwa Irlandiża dwar l-attivitajiet tal-Unjoni. Madankollu, għad hemm diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ nurmu suffiċjenti ta’ tradutturi, ġuristi-lingwisti, interpreti u assistenti tal-lingwa Irlandiża. Konsegwentement, għandha tiġi estiża, għal perijodu ta’ ħames snin, mill-1 ta’ Jannar 2012, id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 920/2005, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 hija b'dan estiża għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan l-Artikolu m' għandux japplika għar-Regolamenti adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3; verżjoni bil-Malti, ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 184.