Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1124

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad- 29 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

    ĠU L 318, 4.12.2010, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1124/oj

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1124/2010

    tad-29 ta' Novembru 2010

    li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jitlob li għandhom jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta' attivitajiet ta' sajd waqt li jittieħed kont tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imfassal mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (3)

    Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-attività jew l-attivitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, kif adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti bejn l-Istati Membri b’tali mod li jiġi żgurat li kull Stat Membru jkollu stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew attività tas-sajd u bil-konsiderazzjoni dovuta għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

    (4)

    Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

    (5)

    Għal stokkijiet li huma soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u l-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw dawk l-istokkijiet (2).

    (6)

    L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3) u b’mod partikolai l-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-iżbarki ta' stokkijiet soġġett għal dan ir-Regolament.

    (7)

    Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (4), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmijin fih.

    (8)

    Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2011,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU 1

    KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar Baltiku.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (5);

    (b)

    “Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22 sa 32;

    (c)

    “Bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

    (d)

    “qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

    (e)

    “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

    (f)

    “jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

    KAPITOLU II

    OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

    Artikolu 4

    TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs, l-allokazzjoni ta' tali TACs lill-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt, jinsabu fl-Anness I.

    Artikolu 5

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

    1.   L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stabbilit f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

    (a)

    skambji magħmulin f’konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

    (b)

    riallokazzjonjiet magħmulin f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (c)

    ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (d)

    kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (e)

    tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    2.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

    Artikolu 6

    Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

    Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

    (a)

    il-qabdiet ttieħdu minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew

    (b)

    il-qabdiet jikkonsistu f’sehem fi kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta' kwota bejn l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita.

    Artikolu 7

    Limiti tal-isforz tas-sajd

    1.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma mniżżlin fl-Anness II.

    2.   Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

    3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 8

    Trasmissjoni tad-data

    Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet imniżżlin fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. PEETERS


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    (5)  ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 337.


    ANNESS I

    TACS APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JEŻISTU TACS SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

    It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt.

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. It-tabella li ġejja ta’ ekwivalenzi ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni tidher hawn taħt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    Isem xjentifiku

    Kodiċi Alpha-3

    Isem komuni

    Clupea harengus

    HER

    Aringi

    Gadus morhua

    COD

    Merluzz

    Pleuronectes platessa

    PLE

    Barbun tat-tbajja’

    Salmo salar

    SAL

    Salamun tal-Atlantiku

    Sprattus sprattus

    SPR

    Laċċa kaħla


    Speċi

    :

    Aringi

    Clupea harengus

    Żona

    :

    Suddiviżjonijiet 30-31

    HER/3D30.; HER/3D31.

    Finlandja

    85 568

    TAC analitiku

    Svezja

    18 801

    UE

    104 369

    TAC

    104 369


    Speċi

    :

    Aringi

    Clupea harengus

    Żona

    :

    Suddiviżjonijiet 22-24

    HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

    Danimarka

    2 227

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    8 763

    Finlandja

    1

    Polonja

    2 067

    Svezja

    2 826

    UE

    15 884

    TAC

    15 884


    Speċi

    :

    Aringi

    Clupea harengus

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

    HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.;

    HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

    Danimarka

    2 363

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    627

    Estonja

    12 068

    Finlandja

    23 557

    Latvja

    2 978

    Litwanja

    3 136

    Polonja

    26 763

    Svezja

    35 928

    UE

    107 420

    TAC

    Mhux rilevanti


    Speċi

    :

    Aringi

    Clupea harengus

    Żona

    :

    Suddiviżjoni 28.1

    HER/03D.RG

    Estonja

    16 809

    TAC analitiku

    Latvja

    19 591

    UE

    36 400

    TAC

    36 400


    Speċi

    :

    Merluzz

    Gadus morhua

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-32

    COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.;

    COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.;

    COD/3D31.; COD/3D32.

    Danimarka

    13 544

    TAC analitiku

    Ġermanja

    5 388

    Estonja

    1 320

    Finlandja

    1 036

    Latvja

    5 036

    Litwanja

    3 318

    Polonja

    15 595

    Svezja

    13 721

    UE

    58 957

    TAC

    Mhux rilevanti


    Speċi

    :

    Merluzz

    Gadus morhua

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-24

    COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

    Danimarka

    8 206

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    4 012

    Estonja

    182

    Finlandja

    161

    Latvja

    679

    Litwanja

    440

    Polonja

    2 196

    Svezja

    2 924

    UE

    18 800

    TAC

    18 800


    Speċi

    :

    Barbun tat-tbajja’

    Pleuronectes platessa

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

    PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.;

    PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.;

    PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

    Danimarka

    2 179

    TAC prekawzjonali

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    242

    Polonja

    456

    Svezja

    164

    UE

    3 041

    TAC

    3 041


    Speċi

    :

    Salamun tal-Atlantiku

    Salmo salar

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-31

    SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.;

    SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.;

    SAL/3D30.; SAL/3D31.

    Danimarka

    51 829  (1)

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    5 767  (1)

    Estonja

    5 267  (1)

    Finlandja

    64 627  (1)

    Latvja

    32 965  (1)

    Litwanja

    3 875  (1)

    Polonja

    15 723  (1)

    Svezja

    70 056  (1)

    UE

    250 109  (1)

    TAC

    Mhux rilevanti


    Speċi

    :

    Salamun tal-Atlantiku

    Salmo salar

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjoni 32

    SAL/3D32.

    Estonja

    1 581  (2)

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Finlandja

    13 838  (2)

    UE

    15 419  (2)

    TAC

    Mhux rilevanti


    Speċi

    :

    Laċċa kaħla

    Sprattus sprattus

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

    SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.;

    SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.;

    SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

    Danimarka

    28 485

    TAC analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Ġermanja

    18 046

    Estonja

    33 077

    Finlandja

    14 911

    Latvja

    39 949

    Litwanja

    14 451

    Polonja

    84 780

    Svezja

    55 067

    UE

    288 766

    TAC

    Mhux rilevanti


    (1)  Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.

    (2)  Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.


    ANNESS II

    LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

    1.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, li jistadu b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’:

    (a)

    163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u

    (b)

    160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

    2.

    L-għadd massimu ta’ jiem neqsin mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem allokati għal waħda miż-żewġ żoni.


    Top