This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0641
Regulation (EU) No 641/2010 of the European Parliament and of the Council of 7 July 2010 amending Council Regulation (EC) No 247/2006 laying down specific measures for agriculture in the outermost regions of the Union
Regolament (UE) Nru 641/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni
Regolament (UE) Nru 641/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni
ĠU L 194, 24.7.2010, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2013; Imħassar b' 32013R0228
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 | 24/07/2010 | |
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 24/07/2010 | |
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 18 | 24/07/2010 | |
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 12 punt F | 24/07/2010 | |
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 19 paragrafu 4 | 24/07/2010 | |
Modifies | 32006R0247 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 24/07/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R0228 |
24.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/23 |
REGOLAMENT (UE) Nru 641/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42, 43(2) u 349 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (3) ippermetta, għal perijodu ta’ erba’ snin, li jintbagħat iz-zokkor mill-Azores lill-bqija tal-Unjoni fi kwantitajiet li jaqbżu l-flussi tradizzjonali. Waqt li hu rikonoxxut li d-diversifikazzjoni tal-agrikoltura fl-Azores tista’ tkun ta’ vantaġġ, u bl-intenzjoni li, konsegwentement, tiġi ffaċilitata tali diversifikazzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tat-tneħħija gradwali tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib, jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri xierqa għall-appoġġ tar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor f’dak ir-reġjun. Għal dan il-għan, sabiex l-industrija lokali għall-ipproċessar taz-zokkor titħalla tkun vijabbli, huwa xieraq li jiġi permess li z-zokkor jerġa’ jintbagħat fi kwantitajiet li jaqbżu l-flussi tradizzjonali għal perijodu limitat ta’ ħames snin u li jkun soġġett għal kwantitajiet annwali li jitnaqqsu progressivament. |
(2) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprovdi eżenzjoni, fil-limitu tal-istima tal-bilanċ tal-provvista, mid-dazji tal-importazzjoni għall-provvista ta’ zokkor tal-kannamieli lill-Azores, lil Madeira u lill-Gżejjer Kanarji għall-perijodu stipulat fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (4). Wara r-riforma taz-zokkor u l-inkorporazzjoni tas-settur taz-zokkor fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (5), id-dispożizzjonjiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom jiġu adattati. Partikolarment, l-Azores għandhom jiġu awtorizzati li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni fuq iz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fil-limitu tal-istima tagħhom tal-bilanċ tal-provvista. |
(3) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi perijodu tranżitorju li matulu l-Gżejjer Kanarji jistgħu jkomplu jirċievu provvisti ta’ kwantitajiet predeterminati ta’ preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1901 90 99 u 2106 90 92 intenzjonati għall-proċessar industrijali. Dan il-perijodu tranżitorju skada fil-31 ta’ Diċembru 2009. Madankollu, il-prodott li jaqa’ fil-kodiċi NM 1901 90 99 – trab tal-ħalib xkumat b’xaħam veġetali – sar prodott tradizzjonali għall-konsumaturi lokali, fosthom dawk l-aktar fil-bżonn. Il-provvista tiegħu ġġenerat industrija speċifika lokali li tiżgura l-impjiegi u l-valur miżjud. Għalhekk, huwa xieraq li l-provvista ta’ dan il-prodott speċifiku, li jintuża għall-konsum lokali biss, ma tiqafx. |
(4) |
Il-punt (f) tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 isemmi dispożizzjonijiet għal verifiki u penali fil-programmi Komunitarji ta’ appoġġ għar-reġjuni l-aktar ‘il bogħod li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u biex jiġi żgurat li tali programmi ta’ appoġġ ikunu implimentati b’mod effikaċi u xieraq, huwa neċessarju li jitneħħew ir-referenzi għal verifiki u penali mill-punt (f) tal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, dawn il-miżuri nazzjonali għandhom jibqgħu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jiddetermina regoli dwar l-applikabbiltà ta’ regoli speċjali għas-settur tal-inbid fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni. L-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ġiet emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (6) u sussegwentament ġiet inkorporata fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għalhekk jeħtieġ li r-referenzi għal dawn il-miżuri jiġu aġġornati. Barra minn dan, l-Artikolu 85u(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fih eżenzjoni espliċita għall-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji mill-iskema għall-qlugħ tad-dwieli. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li din l-eżenzjoni tibqa’ tissemma fir-Regolament (KE) Nru 247/2006. |
(6) |
It-tieni subparagrafutal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi l-eliminazzjoni gradwali, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tal-għelieqi tad-dwieli mħawla b’varjetajiet projbiti ta’ dwieli ibridi ta’ produtturi diretti fl-Azores u f’Madeira. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(2) ta’ dak ir-Regolament jobbliga lill-Portugall li jinnotifika kull sena bil-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni mħawla b’dawn il-varjetajiet ta’ dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma aktar stretti mir-regoli stipulati fl-Artikolu 120a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri li l-varjetajiet projbiti ta’ dwieli ibridi ta’ produtturi diretti għandhom jinqalgħu ħlief meta l-inbid li jsir minnhom ikun intenzjonat biss għall-familji tal-produttur tal-inbid. Għalhekk id-data tal-31 ta’ Diċembru 2013 fl-Artikolu 18(2) ║ tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandha titħassar sabiex tiġi eliminata l-inugwaljanza fit-trattament bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Unjoni fuq in-naħa l-oħra. |
(7) |
Minkejja l-iżvilupp riċenti fil-produzzjoni tal-ħalib lokali fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, il-ħtieġa attwali għal-ħalib tax-xorb għall-konsum fil-gżira għadu mhux kopert biżżejjed. Barra minn dan, id-distanza u l-insularità ta’ dan ir-reġjun ma jippermettux sorsi oħra ta’ ħalib mhux ipproċessat. Konsegwentement, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT rikostitwit minn trab tal-ħalib ta’ oriġini mill-Unjoni, mogħtija lill-Madeira bl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għandha tiġi estiża għal Réunion. |
(8) |
Il-kondizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-ħalib lokali tar-reġjuni extra-Ewropej, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma limitati ħafna minħabba t-topografija tal-gżejjer ikkonċernati. Minkejja li jibqa’ l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir u t-tqassim għall-produzzjoni tal-ħalib lokali, huwa xieraq li jitneħħa l-obbligu tal-Kummissjoni, previst fit-tieni subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, li tiġi stabbilita rata ta’ inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment. |
(9) |
L-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2010 għandha tiżgura kontinwità fil-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni u għandha tissodisfa wkoll l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi kkonċernati. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. B’deroga mill-paragrafu 2(a), il-kwantitajiet massimi ta’ zokkor li ġejjin (kodiċi NM 1701) jistgħu jintbagħtu kull sena mill-Azores lill-bqija tal-Unjoni għal perijodu ta’ ħames snin:
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Zokkor 1. Matul il-perijodu stipulat fl-Artikolu 204(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (*), iz-zokkor li ġej, prodott oltre l-kwota msemmija fl-Artikolu 61 ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi eżentat mid-dazji tal-importazzjoni fil-limiti tal-istima tal-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament:
2. Fl-Azores, għall-għanijiet ta’ raffinar, il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ssupplimentati, fil-limitu tal-istima tal-bilanċ tal-provvista, b’zokkor mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 11 10 (zokkor tal-kannamieli għar-raffinar). Meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ zokkor mhux maħdum fl-Azores, għandu jitqies l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali taz-zokkor tal-pitravi. Il-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti ta’ provvista għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li jiġi żgurat li l-volum totali taz-zokkor raffinat fl-Azores kull sena ma jaqbiżx l-10 000 tunnellata. |
(3) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib B’deroga mill-Artikolu 2, il-Gżejjer Kanarji jistgħu jibqgħu jirċievu provvisti ta’ preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1901 90 99 (trab tal-ħalib xkumat b’xaħam veġetali) maħsuba għall-ipproċessar industrijali sa 800 tunnellata kull sena. L-għajnuna mogħtija mill-Unjoni għal provvisti ta’ dan il-prodott ma tistax taqbeż EUR 210 għal kull tunnellata u għandha tkun inkluża fil-limitu stipulat fl-Artikolu 23. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 12, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Inbid 1. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 103v, 103w, 103x u 182a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 m’għandhomx japplikaw għall-Azores u Madeira. 2. Minkejja l-Artikolu 120a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-għeneb li ġej minn varjetajiet projbiti ta’ dwieli ibridi ta’ produtturi diretti (Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont) maħsuda fl-Azores u f’Madeira jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ inbid li jrid jibqa’ f’dawk ir-reġjuni. Il-Portugall għandu jelimina gradwalment l-għelieqi tad-dwieli mħawla b’varjetajiet projbiti ta’ dwieli ibridi ta’ produtturi diretti, bl-appoġġ, fejn xieraq, previst mill-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. 3. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 103v, 103w u 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 m’għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji.”; |
(6) |
l-Artikolu 19(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Minkejja l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-produzzjoni f’Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion ta’ ħalib UHT rikostitwit minn trab tal-ħalib li joriġina fl-Unjoni għandha tiġi awtorizzata fil-limiti tal-ħtiġijiet tal-konsum lokali, sakemm din il-miżura ma tfixkilx il-ħalib prodott lokalment milli jinġabar u jsib suq. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali. Il-metodu li bih il-ħalib UHT hekk rikostitwit ikun inkiseb għandu jkun indikat b’mod ċar fuq it-tikketta tal-bejgħ.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
(1) Opinjoni tas-17 ta’ Marzu 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2010
(4) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1.
(5) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.