Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0201

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2010 tal- 10 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità

    ĠU L 61, 11.3.2010, p. 10–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/201/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 61/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2010

    tal-10 ta’ Marzu 2010

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Minħħabba l-qrubija bejn l-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-ilmijiet taħt is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni tan-Norveġja u tal-Gżejjer Faroe, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ awtorizzazzjoni għall-bastimenti tal-UE involuti f’attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faroe.

    (2)

    Aċċess mogħti lil bastimenti ta’ pajjiżi terzi għandu jkun ristrett għal ċerti żoni ġeografiċi sabiex jiġu mħarsa l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd lokali.

    (3)

    Minħħabba l-qrubija bejn l-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-ilmijiet taħt is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni tan-Norveġja u tal-Gżejjer Faroe, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ awtorizzazzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja u tal-Gżejjer Faroe li jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE.

    (4)

    Il-kontenut tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għandu jiġi ddefinit b’tali mod li l-Kummissjoni titħalla aċċess għal dejta addizzjonali.

    (5)

    Sabiex jiġi żgurat li r-rendikont tal-qbid ta’ stokkafixx u kavalli minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi f’ilmijiet tal-UE jkun korrett, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ kontroll imsaħħaħ għal tali bastimenti. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu f’konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja, approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2214/80 (2) u mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gżejjer Faroe approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2211/80 (3).

    (6)

    Bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandhom ikollhom il-possibbiltà li jgħaddu mill-ilmijiet tal-UE bil-kundizzjoni li l-irkaptu tagħhom tas-sajd ikun stivat b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

    (7)

    Regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandhom ikunu adottati kif xieraq.

    (8)

    Dan ir-Regolament jiżgura l-kontinwità tad-dispożizzjonijiet li attwalment jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (4).

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UE BARRA L-ILMIJIET TAL-UE

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, bastimenti tal-UE b’tunnellaġġ ta’ 200 TG jew inqas għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd meta jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana.

    Artikolu 2

    Restrizzjonijiet Ġeografiċi

    1.   Bastimenti tas-sajd tal-UE li għandhom id-dritt ikunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Norveġja tal-Baħar tat-Tramuntana ma għandhomx iwettqu attivitajiet tas-sajd fis-Skagerrak f’distanza ta’ 12-il mil nawtiku mil-linja ta’ bażi tan-Norveġja.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, bastimenti li jtajru l-bandiera u li jkunu rreġistrati fid-Danimarka jew l-Isvezja għandhom jitħallew iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fis-Skagerrak sa erba’ mili nawtiċi mil-linji ta’ bażi tan-Norveġja.

    Artikolu 3

    Kundizzjonijiet assoċjati

    Il-bastimenti tal-UE awtorizzati biex jaħdmu f’sajd dirett għal speċi waħda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faroe jistgħu jistadu speċifikament għal speċi oħra sakemm huma jinnotifikaw bil-quddiem lill-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe.

    Artikolu 4

    Obbligi ġenerali

    Il-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-UE għandhom jikkonformaw mal-miżuri ta’ konservazzjoni u kontroll u d-dispozizzjonijiet kollha l-oħra li jirregolaw iż-żona li fiha joperaw.

    KAPITOLU II

    ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TA’ PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-UE

    Artikolu 5

    Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    B’deroga mill-Artikolu 18 (1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, bastimenti tal-UE b’tunnellaġġ ta’ 200 TG jew inqas li jtajru l-bandiera tan-Norveġja għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd meta jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE.

    Artikolu 6

    Trażmissjoni u kontenut ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kif jissemmew fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandhom ikun fihom informazzjoni kif stipulat fl-Anness I skont il-bandiera li jistgħu jtarju l-bastimenti kkonċernati.

    Artikolu 7

    Restrizzjonijiet Ġeografiċi

    1.   Bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja jew li huma rreġistrati fil-Gżejjer Faroe li huma intitolati jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet tal-UE ma għandhomx iwettqu attivitajiet tas-sajd ‘il ġewwa minn 12-il mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Istati Membri fiż-żona IV tal-ICES (5), il-Kattegat u l-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 43°00′N, ħlief għaż-żona msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (6).

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka għandhom jitħallew iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fis-Skagerrak sa erba’ mili nawtiċi mil-linji ta’ bażi tad-Danimarka u l-Iżvezja.

    Artikolu 8

    Ġurnal ta’ abbord għas-sajd

    Minbarra l-Artikolu 14(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz intitolat li jkun involut f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE għandu jżomm ġurnal ta’ abbord li fih għandha tiddaħħal l-informazzjoni stipulata fl-Anness II.

    Artikolu 9

    Trażmissjoni tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd

    1.   L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 minn kaptan ta’ bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz għandha tkun kif stabbilit fl-Anness III.

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja u li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona IIIa tal-ICES.

    Artikolu 10

    Sajd għall-istokkafixx u għall-kavalli

    Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera Norveġiża u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Gżejjer Faroe li huma intitolati jistadu għall-istokkafixx u għall-kavalli fl-ilmijiet tal-UE għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 11

    Tranżitu mill-ilmijiet tal-UE

    Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi fi tranżitu mill-ilmijiet tal-UE, u li ma humiex awtorizzati jistadu fihom, għandhom jistivaw ix-xbieki tagħhom b’mod li ma jkunux għal-lest biex jintużaw, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    xbieki, piżijiet, u rkaptu simili għandhom ikunu maqlugħa minn mad-diriġenti u ħbula u wajers tal-ġbid u l-irfigħ tax-xibka tat-tkarkir;

    (b)

    ix-xbieki mgħobbija fuq jew ‘il fuq mill-gverta għandhom ikunu marbuta fis-sod ma’ parti mill-istruttura ta’ fuq tal-bastiment.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

    (2)  ĠU L 226, 29.8.1980, p. 47

    (3)  ĠU L 226, 29.8.1980, p. 11.

    (4)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.

    (5)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.

    (6)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (7)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


    ANNESS I

    APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD TA’ BASTIMENTI TA’ PAJJIŻI TERZI

    PARTI I

    Bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja

    Applikazzjonijiet għal bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja għandu jkun fihom dan li ġej:

    (a)

    is-sinjal internazzjonali tar-radju (IRCS);

    (b)

    il-kodiċi tal-grupp.

    PARTI II

    Bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Gżejjer Faroe

    Applikazzjonijiet għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Gżejjer Faroe għandu jkun fihom dan li ġej:

    (a)

    l-isem tal-bastiment;

    (b)

    l-identifikazzjoni esterna;

    (c)

    is-sinjal internazzjonali tar-radju (IRCS);

    (d)

    is-saħħa tal-magna/i;

    (e)

    it-tunnellaġġ f’TG u t-tul totali;

    (f)

    l-ispeċijiet li għalihom huwa previst is-sajd;

    (g)

    iż-żona ta’ sajd prevista.


    ANNESS II

    ĠURNAL TA’ ABBORD LI GĦANDU JINŻAMM MILL-KAPTAN TA’ BASTIMENTI TA’ PAJJIŻI TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UE

    Informazzjoni li għandha titniżżel fil-ġurnal ta’ abbord

    1.

    Wara kull refgħa:

    1.1.

    il-kwantità (f’kilogrammi ta’ piż ħaj) ta’ kull speċi maqbuda;

    1.2.

    id-data u l-ħin tar-refgħa;

    1.3.

    il-pożizzjoni ġeografika li fiha jkunu saru l-qabdiet;

    1.4.

    il-metodu ta’ sajd użat.

    2.

    Wara kull trażbord lejn jew minn bastiment ieħor:

    2.1.

    l-indikazzjoni “irċevuti minn” u “ittrasferiti lil”;

    2.2.

    il-kwantità (f’kilogrammi ta’ piż ħaj) ta’ kull speċi ttrażbordata;

    2.3.

    l-isem, l-ittri u n-numri esterni tal-identifikazzjoni tal-bastiment li lejh jew minnu jkun sar it-trażbord;

    2.4.

    it-trażbord ta’ merluzz m’huwiex permess.

    3.

    Wara kull ħatt l-art f’port tal-UE:

    3.1.

    l-isem tal-port;

    3.2.

    il-kwantità (f’kilogrammi ta’ piż ħaj) ta’ kull speċi li tinħatt l-art.

    4.

    Wara kull trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-Komunità Ewropea:

    4.1.

    id-data u l-ħin tat-trażmissjoni;

    4.2.

    it-tip ta’ messaġġ: “qabda mad-dħul”, “qabda mal-ħruġ”, “qabda”, “trażbord”;

    4.3.

    fil-każ ta’ trażmissjoni bir-radju: isem l-istazzjoni tar-radju.


    ANNESS III

    INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINTBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI MINN BASTIMENTI TA’ PAJJIŻI TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UE

    1.   L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni Ewropea u l-iskeda għat-trażmissjoni tagħha hija kif ġej:

    1.1.

    Kull darba li bastiment jibda vjaġġ ta’ sajd (1) f’ilmijiet tal-Komunità huwa għandu jibgħat messaġġ “qabda mad-dħul” li fih jispeċifika dan li ġej:

    SR

    m (2)

    (= bidu tar-reġistrazzjoni)

    AD

    m

    XEU (= lill-Kummissjoni Ewropea)

    SQ

    m

    (in-numru tas-serje tal-messaġġ fis-sena kurrenti)

    TM

    m

    COE (= “qabda mad-dħul”)

    RC

    m

    (is-sinjal internazzjonali tar-radju)

    TN

    f (3)

    (in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd f’dik is sena)

    NA

    f

    (isem il-bastiment)

    IR

    m

    (l-istat tal-bandiera bħala kodiċi ISO-3 tal-pajjiż, u fejn japplika segwit bin-numru ta’ referenza uniku, jekk hemm, kif applikat mill-istat tal-bandiera)

    XR

    m

    (l-ittri esterni ta’ identifikazzjoni; in-numru tal-ġenb tal-bastiment)

    LT (4)

    f (5)

    (il-latitudini tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    LG (4)

    f (5)

    (il-lonġitudni tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    LI

    f

    (kalkolu tal-latitudni tal-pożizzjoni fejn il-kaptan biħsiebu jibda jistad, ippreżentata fi gradi jew f’deċimali)

    LN

    f

    (il-pożizzjoni lonġitudinali stmata fejn il-kaptan biħsiebu jibda jistad, ippreżentata fi gradi jew f’deċimali)

    RA

    m

    (iż-żona rilevanti tal-ICES)

    OB

    m

    (il-kwantità skont l-ispeċi abbord, fl-istiva, f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    DA

    m

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    TI

    m

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    MA

    m

    (isem il-kaptan tal-bastiment)

    ER

    m

    (= tmiem ir-reġistrazzjoni)

    1.2.

    Kull darba li bastiment itemm vjaġġ ta’ sajd (1) f’ilmijiet tal-Komunità huwa għandu jibgħat messaġġ “qabda mal-ħruġ” li fih jispeċifika dan li ġej:

    SR

    m

    (= bidu tar-reġistrazzjoni)

    AD

    m

    XEU (= lill-Kummissjoni Ewropea)

    SQ

    m

    (in-numru tas-serje tal-messaġġ għal dak il-bastiment fis-sena kurrenti)

    TM

    m

    COX (= “qabda mal-ħruġ”)

    RC

    m

    (is-sinjal internazzjonali tar-radju)

    TN

    f

    (in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd f’dik is sena)

    NA

    f

    (isem il-bastiment)

    IR

    m

    (l-istat tal-bandiera bħala kodiċi ISO-3 tal-pajjiż, u fejn japplika segwit bin-numru ta’ referenza uniku, jekk hemm, kif applikat mill-istat tal-bandiera)

    XR

    m

    (l-ittri esterni ta’ identifikazzjoni; in-numru tal-ġenb tal-bastiment)

    LT (6)

    f (7)

    (il-latitudini tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    LG (6)

    f (7)

    (il-lonġitudni tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    RA

    m

    (iż-żona tal-ICES rilevanti minn fejn ittieħdu l-qabdiet)

    CA

    m

    (il-kwantità tal-qabdiet skont l-ispeċi mill-aħħar rapport ‘il hawn f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    OB

    f

    (il-kwantità skont l-ispeċi abbord, fl-istiva, f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    DF

    f

    (il-jiem mistada mill-aħħar rapport ‘il hawn)

    DA

    m

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    TI

    m

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    MA

    m

    (isem il-kaptan tal-bastiment)

    ER

    m

    (= tmiem ir-reġistrazzjoni)

    1.3.

    F’intervalli ta’ tlett ijiem, li jibdew fit-tielet jum wara li l-bastiment jidħol għall-ewwel darba fiż-żoni msemmija f’1.1 meta jkun qed jistad għall-aringi u l-kavalli, u f’intervalli ta’ ġimgħa, li jibdew fis-seba’ jum wara li l-bastiment jidħol għall-ewwel darba fiż-żoni msemmija f’1.1 meta jkun qed jistad għal speċijiet oħra minbarra aringi u kavalli, il-messaġġ “rapport tal-qabda” għandu jintbagħat, b’dawn id-dettalji:

    SR

    m

    (= bidu tar-reġistrazzjoni)

    AD

    m

    XEU (= lill-Kummissjoni Ewropea)

    SQ

    m

    (in-numru tas-serje tal-messaġġ għal dak il-bastiment fis-sena kurrenti)

    TM

    m

    CAT (= “rapport tal-qabda”)

    RC

    m

    (is-sinjal internazzjonali tar-radju)

    TN

    f

    (in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd f’dik is sena)

    NA

    f

    (isem il-bastiment)

    IR

    m

    (l-istat tal-bandiera bħala kodiċi ISO-3 tal-pajjiż, u fejn japplika segwit bin-numru ta’ referenza uniku, jekk hemm, kif applikat mill-istat tal-bandiera)

    XR

    m

    (l-ittri esterni ta’ identifikazzjoni; in-numru tal-ġenb tal-bastiment)

    LT (8)

    f (9)

    (il-latitudini tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    LG (8)

    f (9)

    (il-lonġitudni tal-pożizzjoni tal-bastiment fil-ħin tat-trażmissjoni)

    RA

    M

    (iż-żona tal-ICES rilevanti minn fejn ittieħdu l-qabdiet)

    CA

    m

    (il-kwantità tal-qabdiet skont l-ispeċi mill-aħħar rapport ‘il hawn f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    OB

    f

    (il-kwantità skont l-ispeċi abbord, fl-istiva, f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    DF

    f

    (il-jiem mistada mill-aħħar rapport ‘il hawn)

    DA

    m

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    TI

    m

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    MA

    m

    (isem il-kaptan tal-bastiment)

    ER

    m

    (= tmiem ir-reġistrazzjoni)

    1.4.

    Kull meta jkun maħsub li jsir trażbord bejn il-messaġġ “qabda mad-dħul” u l-messaġġ “qabda mal-ħruġ” u apparti mill-messaġġi “rapport tal-qabda” messaġġ addizzjonali “trażbord” għandu jintbagħat għall-inqas 24 siegħa bil-quddiem u jispeċifika:

    SR

    m

    (= bidu tar-reġistrazzjoni)

    AD

    m

    XEU (= lill-Kummissjoni Ewropea)

    SQ

    m

    (in-numru tas-serje tal-messaġġ għal dak il-bastiment fis-sena kurrenti)

    TM

    m

    TRA (= “trażbord”)

    RC

    m

    (is-sinjal internazzjonali tar-radju)

    TN

    f

    (in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd f’dik is sena)

    NA

    f

    (isem il-bastiment)

    IR

    m

    (l-istat tal-bandiera bħala kodiċi ISO-3 tal-pajjiż, u fejn japplika segwit bin-numru ta’ referenza uniku, jekk hemm, kif applikat mill-istat tal-bandiera)

    XR

    m

    (l-ittri esterni ta’ identifikazzjoni; in-numru tal-ġenb tal-bastiment)

    KG

    m

    (il-kwantità skont l-ispeċi mgħobbija jew maħtuta f’pari kif meħtieġ: Kodiċi FAO + piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat lejn l-eqreb 100 kilogramma)

    TT

    m

    (il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment riċevitur)

    TF

    m

    (il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment donatur)

    LT (10)

    m/f (11)  (12)

    (il-pożizzjoni ta’ latitudni prevista tal-bastiment fejn ikun ippjanat it-trażbord)

    LG (10)

    m/f (11)  (12)

    (il-pożizzjoni ta’ lonġitudni prevista tal-bastiment fejn ikun ippjanat it-trażbord)

    PD

    m

    (id-data prevista għat-trażbord)

    PT

    m

    (il-ħin previst tal-pjan tat-trażbord)

    DA

    m

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    TI

    m

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    MA

    m

    (isem il-kaptan tal-bastiment)

    ER

    m

    (= tmiem ir-reġistrazzjoni)

    2.   Forma tal-komunikazzjoni

    Sakemm ma jiġix applikat il-punt 3.3 ta’ hawn taħt, l-informazzjoni speċifikata fil-punt 1 ta’ hawn fuq għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-kodiċijiet u l-ordni tad-dejta kif speċifikat hawn fuq; b’mod partikolari,

    it-test “VRONT” għandu jitqiegħed fil-linja tas-suġġett tal-messaġġ,

    kull unità ta’ dejta trid titpoġġa f’linja ġdida,

    id-dejta nnifisha għandha tkun preċeduta mill-kodiċi indikat, separata waħda mill-oħra bi spazju.

    Eżempju (b’dejta fittizja):

    SR

     

    AD

    XEU

    SQ

    1

    TM

    COE

    RC

    IRCS

    TN

    1

    NA

    ISEM IL-BASTIMENT EŻEMPJU

    IR

    NOR

    XR

    PO 12345

    LT

    +65,321

    LG

    –21,123

    RA

    04 A.

    OB

    COD 100 HAD 300

    DA

    20051004

    MA

    ISEM IL-KAPTAN EŻEMPJU

    TI

    1315

    ER

     

    3.   Skema ta’ komunikazzjoni

    3.1.

    L-informazzjoni speċifikata taħt il-punt 1 għandha tiġi trażmessa mill-bastiment lill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell bit-Telex (SAT COM C 420599543 FISH), posta elettronika (FISHERIES-telecom@ec.europa.eu) jew permezz ta’ wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju elenkati taħt il-punt 4 hawn taħt u fil-forma speċifikata taħt il-punt 2.

    3.2.

    Jekk huwa impossibbli għal raġunijiet ta’ force majeure li l-messaġġ jiġi trażmess mill-bastiment, jista’ jiġi trażmess f’isem il-bastiment minn bastiment ieħor.

    3.3.

    Fil-każ ta’ Stat tal-Bandiera li jkollu l-kapaċità teknika li jibgħat il-messaġġi u l-kontenuti kollha ta’ hawn fuq fil-forma hekk imsejħa NAF-format f’isem il-bastimenti tiegħu li jkunu jaħdmu, dak l-Istat tal-bandiera jista’ – wara ftehim bilaterali bejn l-Istat tal-Bandiera u l-Kummissjoni – jittrażmetti din l-informazzjoni permezz ta’ protokoll tat-trażmissjoni sikur lill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell. F’dak il-każ, xi informazzjoni addizzjonali għandha tiżdied – bħala tip ta’ envelopp - mat-trażmissjoni (wara l-informazzjoni AD)

    FR

    M

    (minn; il-kodiċi alfa ISO-3 tal-parti li qed tittrażmetti)

    RN

    M

    (in-numru tas-serje tas-sena rilevanti tar-reġistrazzjoni)

    RD

    M

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    RT

    M

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    Eżempju (bid-data ta’ hawn fuq):

    //SR//AD/XEU//FR/NOR//RN/5//RD/20051004//RT/1320//SQ/1//TM/COE//RC/IRCS//TN/1//NA/ISEM IL-BASTIMENT EŻEMPJU//IR/NOR//XR/PO 12345//LT/+65 321//LG/-21 123//RA/04 A.//OB/COD 100 HAD 300//DA/20051004//TI/1315//MA/ISEM IL-KAPTAN EŻEMPJU//ER//

    L-Istat tal-Bandiera jirċievi “konferma tal-wasla tal-messaġġ” li tispeċifika:

    SR

    m

    (= bidu tar-reġistrazzjoni)

    AD

    m

    (Il-kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-Bandiera)

    FR

    m

    XEU (= lill-Kummissjoni Ewropea)

    RN

    m

    (in-numru tas-serje tal-messaġġ li għalih intbagħtet il-“konferma tal-wasla tal-messaġġ” fis-sena attwali)

    TM

    m

    RET (= “tweġiba”)

    SQ

    m

    (in-numru tas-serje tas-sena kurrenti tal-messaġġ oriġinali għal dak il-bastiment)

    RC

    m

    (il-kodiċi internazzjonali tar-radju msemmi fil-messaġġ oriġinali)

    RS

    m

    (status tal-konferma – ACK jew NAK)

    RE

    m

    (il-kodiċi tal-problema [return error])

    DA

    m

    (id-data tat-trażmissjoni fil-format sena-xahar-jum, ssssxxjj)

    TI

    m

    (il-ħin tat-trażmissjoni fil-format siegħa-minuti, ssmm)

    ER

    m

    (= tmiem ir-reġistrazzjoni)

    4.   Isem l-istazzjon tar-radju.

    Isem l-istazzjon tar-radju

    II-kodiċi tar-radju tal-istazzjon tar-radju

    Lyngby

    OXZ

    Land’s End

    GLD

    Valentia

    EJK

    Malin Head

    EJM

    Torshavn

    OXJ

    Bergen

    LGN

    Farsund

    LGZ

    Florø

    LGL

    Rogaland

    LGQ

    Tjøme

    LGT

    Ålesund

    LGA

    Ørlandet

    LFO

    Bodø

    LPG

    Svalbard

    LGS

    Stockholm Radio

    STOCKHOLM RADIO

    Turku

    OFK

    5.   Kodiċi li għandu jintuża għall-indikazzjoni tal-ispeċi

    Alfonsinos (Beryx spp.)

    ALF

    Barbun tat-tbajja’ Amerikan (Hippoglossoides platessoides)

    PLA

    Inċova (Engraulis encrasicolus)

    ANE

    Petriċi (Lophius spp.)

    ANF

    Arġentina (Argentina silus)

    ARU

    Pixxiluna (Brama brama)

    POA

    Gabdoll (Cetorinhus maximus)

    BSK

    Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

    BSF

    Linarda (Molva dypterygia)

    BLI

    Stokkafixx (micromesistius poutassou)

    WHB

    Bob shrimp (Xiphopenaeus kroyeri)

    BOB

    Merluzz (Gadus morhua)

    COD

    Gamblu komuni (Crangon crangon)

    CSH

    Klamar (Loligo spp.)

    SQC

    Mazzola griża (Squalus acanthias)

    DGS

    Lipp tal-qawwi (Phycis spp.)

    FOR

    Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

    GHL

    Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

    HAD

    Marlozz (Merluccius merluccius)

    HKE

    Ħalibatt (Hippoglossus hippoglussus)

    HAL

    Aringa (Clupea harengus)

    HER

    Sawrell (Trachurus trachurus)

    HOM

    Linarda (Molva Molva)

    LIN

    Kavalli/pizzintun (Scomber Scombrus)

    MAC

    Lingwata (Lepidorhombus spp.)

    LEZ

    Gamblu tat-Tramuntana tal-baħar fond (Pandalus borealis)

    PRA

    Awwista tan-Norveġja (nephrops norvegicus)

    NEP

    Norway pout (Trisopterus esmarkii)

    NOP

    Orange roughy (Hoplostethus atlanticus)

    ORY

    Oħra

    OTH

    Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

    PLE

    Pollakkju (Pollachius pollachius)

    POL

    Pixxiplamtu (Lamma nasus)

    POR

    Redfish (Sebastes spp.)

    RED

    Bażuga (Pagellus bogaraveo)

    SBR

    Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

    RNG

    Pollakkju (Pollachius virens)

    POK

    Salamun (Salmo salar)

    SAL

    Ċiċċirell (Ammodytes spp.)

    SAN

    Sardin (Sardina pilchardus)

    PIL

    Klieb il-baħar (Selachii, Pleurotremata)

    SKH

    Gambli (Penaeidae)

    PEZ

    Laċċa kaħla (Sprattus sprattus)

    SPR

    Klamari (Illex spp.)

    SQX

    Tonn (Thunnidae)

    TUN

    Tusk (Brosme brosme)

    USK

    Merlangu (Merlangus merlangus)

    WHG

    Barbun denbu isfar (Limanda ferruginea)

    YEL

    6.   Kodiċijiet li għandhom jintużaw biex jindikaw iż-żona rilevanti

    02 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIa – Baħar Norveġiż

    02B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIb – Spitzbergen u Bear Island

    03 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIIa – Skagerrak u Kattegat

    03B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIIb – Is-Sound

    03C.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIIc – Il-Belts

    03D.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IIId – Baħar Baltiku

    04 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IVa – Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana

    04B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IVb – Baħar tat-Tramuntana Ċentrali

    04C.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IVc – Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana

    05 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES Va – iż-żoni tas-sajd tal-Iżlanda

    05B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES Vb1, Vb2 – iż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Faroe

    06 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIa – Kosta tal-Majjistral tal-Iskozja u l-Irlanda

    06B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIb – Rockall

    07 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIa – Baħar Irlandiż

    07B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIb – Fil-Punent tal-Irlanda

    07C.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIc – Porcupine Bank

    07D.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIId – Il-Lvant tal-Kanal

    07E.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIe – Il-Punent tal-Kanal Ingliż

    07F.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIf – Kanal ta’ Bristol

    07G.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIg – Tramuntana tal-Baħar Ċeltiku

    07H.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIh – Nofsinhar tal-Baħar Ċeltiku

    07J.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIj – Lbiċ tal-Irlanda – Lvant

    07K.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIk – Lbiċ tal-Irlanda – Punent

    08 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIIa – Bajja ta’ Biscay – Tramuntana

    08B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIIb – Bajja ta’ Biscay – Ċentrali

    08C.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIIc – Bajja ta’ Biscay – Nofsinhar

    08D.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIId – Bajja ta’ Biscay – ‘il barra mill-kosta

    08E.

    Id-Diviżjoni tal-ICES VIIIe – Bajja ta’ Biscay – Bajja tal-Punent

    09 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IXa – Ilmijiet Portugiżi – Lvant

    09B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES IXb – Ilmijiet Portugiżi – Punent

    14 A.

    Id-Diviżjoni tal-ICES XIVa – Grigal ta’ Greenland

    14B.

    Id-Diviżjoni tal-ICES XIVb – Xlokk ta’ Greenland


    (1)  Vjaġġ ta’ sajd ifisser vjaġġ li jibda meta l-bastiment li biħsiebu jistad jidħol fiż-żona ta’ 200 mil nawtiku mix-xtut tal-Istati Membri tal-Komunità li hija koperta mir-regoli tas-sajd tal-Komunità u jispiċċa meta l-bastiment iħalli dik iż-żona.

    (2)  m = mandatorju.

    (3)  o = fakultattiv.

    (4)  LT, LG: iridu jingħataw bħala ċifra deċimali, 3 ċifri wara l-punt deċimali.

    (5)  Fakultattiv jekk il-bastiment huwa suġġett għal sistema ta’ sorveljanza bis-satellita.

    (6)  LT, LG: iridu jingħataw bħala ċifra deċimali, 3 ċifri wara l-punt deċimali;

    (7)  Fakultattiv jekk il-bastiment huwa suġġett għal sistema ta’ sorveljanza bis-satellita.

    (8)  LT, LG: iridu jingħataw bħala ċifra deċimali, 3 ċifri wara l-punt deċimali;

    (9)  Fakultattiv jekk il-bastiment huwa suġġett għal sistema ta’ sorveljanza bis-satellita.

    (10)  LT, LG: iridu jingħataw bħala ċifra deċimali, 3 ċifri wara l-punt deċimali;

    (11)  Fakultattiv jekk il-bastiment huwa suġġett għal sistema ta’ sorveljanza bis-satellita.

    (12)  Fakultattiva għall-bastiment riċevitur.


    ANNESS IV

    DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL BASTIMENTI TA’ PAJJIŻI TERZI LI BIĦSIEBHOM JISTADU GĦALL-ISTOKKAFIXX JEW IL-KAVALLI FL-ILMIJIET TAL-UE

    PARTI I

    Dispożizzjonijiet għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jkunu beħsiebhom jistadu għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE

    (a)

    Bastimenti li diġà għandhom xi qabda abbord jistgħu jibdew il-vjaġġ tas-sajd tagħhom biss wara li jkunu rċevew awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali kkonċernat. Mill-inqas erba’ sigħat qabel ma jidħol f’ilmijiet tal-UE, il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika kif adegwat wieħed minn dawn iċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd:

    (i)

    Ir-Renju Unit (Edinburgh) b’e-mail, f’dan l-indirizz: ukfcc@scotland.gsi.gov.uk jew bit-telefown (+ 44 1312719700); jew

    (ii)

    L-Irlanda (Haulbowline) b’e-mail, f’dan l-indirizz: nscstaff@eircom.net jew bit-telefown (+ 353 872365998).

    In-notifika għandha tispeċifika, l-isem, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u l-ismijiet u n-numru tal-port (PLN) tal-bastiment, il-kwantità totali skont l-ispeċi abbord u l-pożizzjoni (lonġitudni/latitudni) fejn il-kaptan jipprevedi li l-bastiment ikun se jidħol f’ilmijiet tal-UE kif ukoll iż-żona fejn ikun biħsiebu jibda jistad. Il-bastiment ma għandux jibda s-sajd sakemm ma jkunx irċieva rikonoxximent tan-notifika kif ukoll struzzjonijiet dwar jekk il-kaptan hux meħtieġ jippreżenta l-bastiment għall-ispezzjoni jew le. Kull rikonoxximent għandu jkollu numru uniku tal-awtorizzazzjoni li l-kaptan għandu jżomm sakemm jintemm il-vjaġġ tas-sajd.

    Minkejja kwalunkwe spezzjonijiet li jistgħu jsiru fuq il-baħar l-awtoritajiet kompetenti, f’ċirkostanzi ġġustifikati, kif jixraq jistgħu jesiġu li kaptan jippreżenta l-bastiment tiegħu għall-ispezzjoni fil-port.

    (b)

    Bastimenti li jidħlu f’ilmijiet tal-UE bl-ebda qabda abbord għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a).

    (c)

    Il-vjaġġ tas-sajd għandu jitqies bħala mitmum meta l-bastiment jitlaq mill-ilmijiet tal-UE inkella jidħol f’port tal-UE li fih il-qabda tiġi rilaxxata kompletament.

    Il-bastimenti għandhom biss iħallu l-ilmijiet tal-UE wara li jkunu għaddew minn waħda minn dawn ir-rotot ta’ kontroll li ġejjin:

    A.

    Ir-Rettangolu tal-ICES 48 E2 fiż-żona VIa;

    B.

    Ir-Rettangolu tal-ICES 46 E6 fiż-żona IVa;

    C.

    Ir-Rettangoli tal-ICES 48 E8, 49 E8 jew 50 E8 fiż-żona IVa.

    Il-kaptan tal-bastiment għandu jagħti n-notifika għallinqas erba’ sigħat qabel id-dħul f’waħda minn dawn ir-rotot ta’ kontroll imsemmija liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd f’Edinburgh bil-posta elettronika jew telefown kif provdut fil-punt (a)(i). In-notifika għandha tispeċifika, l-isem, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u l-ismijiet u n-numru tal-port (PLN) tal-bastiment, il-kwantità totali skont l-ispeċi abbord u r-rotta ta’ kontroll li minnha jkun ser jgħaddi l-bastiment.

    Il-bastiment ma għandux jitlaq miż-żona sakemm ma jkunx irċieva rikonoxximent tan-notifika kif ukoll struzzjonijiet dwar jekk il-kaptan hux meħtieġ jippreżenta l-bastiment għall-ispezzjoni jew le. Kull rikonoxximent għandu jkollu numru uniku tal-awtorizzazzjoni li l-kaptan għandu jżomm sakemm il-bastiment jitlaq mill-ilmijiet tal-UE.

    Minkejja kwalunkwe spezzjonijiet li jistgħu jsiru fuq il-baħar l-awtoritajiet kompetenti, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif jixraq jistgħu jesiġu li kaptan jippreżenta l-bastiment tiegħu għall-ispezzjoni fil-portijiet ta’ Lerwick jew Scrabster.

    PARTI II

    Dispożizzjonijiet għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jkunu beħsiebhom jistadu għall-kavalli fl-ilmijiet tal-UE

    (a)

    Il-bastimenti jistgħu jibdew il-vjaġġ tas-sajd tagħhom biss wara li jkunu rċevew awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali kkonċernat. Dawn il-bastimenti għandhom iħallu l-ilmijiet tal-UE biss wara li jkunu għaddew minn waħda minn dawn iż-żoni ta’ kontroll li ġejjin:

     

    Ir-Rettangolu tal-ICES 48 E2 fid-Diviżjoni VIa;

     

    Ir-Rettangolu tal-ICES 50 F1 fiż-żona IVa;

     

    Ir-Rettangolu tal-ICES 46 F1 fiż-żona IVa.

    Għallinqas erba’ sigħat qabel id-dħul f’waħda miż-żoni ta’ kontroll, mad-dħul fl-ilmijiet tal-UE, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkuntattja liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tar-Renju Unit (Edinburgh) permezz ta’ e-mail, f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin: ukfcc@scotland.gsi.gov.uk jew bit-telefown (+ 44 1312719700);

    In-notifika għandha tispeċifika l-isem, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u l-ismijiet u n-numru tal-port (PLN) tal-bastiment, il-kwantità totali skont l-ispeċi abbord u r-rotta ta’ kontroll li minnha l-bastiment ikun se jidħol fl-ilmijiet tal-UE. Il-bastiment ma għandux jibda s-sajd sakemm ma jkunx irċieva rikonoxximent tan-notifika kif ukoll struzzjonijiet dwar jekk il-kaptan hux meħtieġ jippreżenta l-bastiment għall-ispezzjoni jew le. Kull rikonoxximent għandu jkollu numru uniku tal-awtorizzazzjoni li l-kaptan għandu jżomm sakemm jintemm il-vjaġġ tas-sajd.

    (b)

    Bastimenti li jidħlu fl-ilmijiet tal-UE bl-ebda qabda abbord għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a).

    (c)

    Il-vjaġġ tas-sajd għandu jitqies bħala mitmum meta l-bastiment jitlaq mill-ilmijiet tal-UE inkella jidħol f’port tal-UE li fih il-qabda tiġi rilaxxata kompletament.

    Il-bastimenti għandhom iħallu l-ilmijiet tal-UE biss wara li jkunu għaddew minn waħda miż-żoni ta’ kontroll.

    Malli jitlaq mill-ilmijiet tal-UE, il-kaptan tal-bastiment għandu javża għallinqas minn sagħtejn qabel dwar id-dħul f’waħda minn dawn iż-żoni ta’ kontroll, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd f’Edinburgh bl-e-Mail jew telefown kif provdut fil-punt (a).

    In-notifika għandha tispeċifika, l-isem, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u l-ismijiet u n-numru tal-port (PLN) tal-bastiment, il-kwantità totali skont l-ispeċi abbord u ż-żona ta’ kontroll li minnha jkun biħsiebu jgħaddi l-bastiment. Il-bastiment m’għandux jitlaq miż-żona ta’ kontroll sakemm ma jkunx irċieva rikonoxximent tan-notifika kif ukoll struzzjonijiet dwar jekk il-kaptan hux meħtieġ jippreżenta l-bastiment għall-ispezzjoni jew le. Kull rikonoxximent għandu jkollu numru uniku tal-awtorizzazzjoni li l-kaptan għandu jżomm sakemm il-bastiment jitlaq mill-ilmijiet tal-UE.


    Top