This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0165
Commission Regulation (EU) No 165/2010 of 26 February 2010 amending Regulation (EC) No 1881/2006 setting maximum levels for certain contaminants in foodstuffs as regards aflatoxins (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas- 26 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas- 26 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 09/03/2010 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 09/03/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010R0165R(01) | (NL) | |||
Corrected by | 32010R0165R(02) | (PT) | |||
Corrected by | 32010R0165R(03) | (CS) | |||
Corrected by | 32010R0165R(04) | (RO) | |||
Corrected by | 32010R0165R(05) | (HU) | |||
Corrected by | 32010R0165R(06) | (HU) | |||
Implicitly repealed by | 32023R0915 | 25/05/2023 |
27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 165/2010
tas-26 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2), jiffissal-livelli massimi għall-aflatossina B1 u t-totali tal-aflatossini (l-aflatossini B1 + G1 + B2 + G2) f’medda ta’ oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Tinħtieġ l-emenda ta’ ċerti livelli massimi tal-aflatossini f’ċerti oġġetti tal-ikel minħabba żviluppi li saru fil-Codex Alimentarius u informazzjoni ġdida li ħarġet minn pariri xjentifiċi riċenti. |
(3) |
Il-Codex Alimentarius stabbilixxa livell ta’ 15 μg/kg total ta’ aflatossini fil-lewż, fil-ġellewż u fil-pistaċċi li huma maħsubin għal iżjed ipproċessar, u livell ta’ 10 μg/kg total ta’ aflatossini fil-lewż, fil-ġellewż u fil-pistaċċi li huma lesti biex jittieklu “ready-to-eat” (3). |
(4) |
Il-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari (il-Bord tal-CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) fil-25 ta’ Jannar 2007 adotta opinjoni dwar iż-żieda potenzjali tar-riskju għas-saħħa tal-konsumatur minn possibbiltà ta’ żieda tal-livelli massimi għall-aflatossini fil-lewż, fil-ġellewż u fil-pistaċċi u f’prodotti derivattivi tagħhom (4). Il-Bord tal-CONTAM ikkonkluda li bidla fil-livelli massimi għat-totali tal-aflatossini minn 4 sa 8 jew 10 μg/kg fil-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi jkollha effetti minimi fuq l-estimi tal-esponiment mill-ikel, tar-riskju ta’ kanser u fuq il-Marġini kkalkolati tal-Esponiment (Margins of Exposure - MOEs). Il-Bord ikkonkluda wkoll li l-esponiment għall-aflatossini minn kwalunkwe sors għandu jkun baxx kemm jista’ jkun, għaliex l-aflatossini huma ġenotossiċi u karċinoġeniċi. Id-dejta turi li jista’ jinkiseb tnaqqis fl-esponiment totali għall-aflatossini mid-dieta jekk jitnaqqas mis-suq in-numru ta’ oġġetti tal-ikel b’ kontaminazzjoni għolja, permezz ta’ infurzar iżjed effikaċi u billi jitnaqqas l-esponiment minn sorsi ta’ ikel oħra minbarra l-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi. |
(5) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2009 il-Bord tal-CONTAM adotta stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa pubblika ta’ żieda fil-livelli totali ta’ aflatossini minn 4 μg/kg għal 10 μg/kg fil-ġewż tas-siġar minbarra l-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi (5). Il-Bord ikkonkluda li fuq l-informazzjoni disponibbli fl-2007, is-saħħa pubblika ma tkunx affettwata ħażin jekk il-livelli totali għall-aflatossini jiżdiedu minn 4 μg/kg għal 10 μg/kg għal ġewż oħra tas-siġar, inklużi l-ġewż tal-Brażil. Fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin fil-Codex Alimentarius dwar il-livelli massimi għall-aflatossini fil-ġewż tal-Brażil, huwa xieraq li l-livell għall-aflatossini fil-ġewż tal-Brazil ikun allinjat mal-livell tal-Codex għal-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi. |
(6) |
Il-Codex Alimentarius stabbilixxa biss livell massimu għat-total tal-aflatossini. Il-livell korrispondenti għall-aflatossina B1 ġie stabbilit permezz tal-bank tad-dejta dwar l-inċidenza tal-aflatossini fl-ikel li ntuża mill-EFSA għall-valutazzjoni tal-esponiment. |
(7) |
Fl-opinjoni tal-EFSA dwar l-aflatossini huwa nnotat li ż-żrieragħ taż-żejt u l-prodotti derivattivi tagħhom huma kontributur importanti tal-esponiment tal-bniedem għall-aflatossini. L-EFSA kkonkludiet li l-esponiment għall-aflatossini minn kull sors għandu jkun baxx kemm hu raġonevolment possibbli. Barra minn hekk, notifiki fis-Sistema tat-Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF) jindikaw livelli għoljin ta’ aflatossini fiż-żrieragħ taż-żejt bħaż-żerriegħa tal-ġirasol, iż-żerriegħa tal-bettiegħ, eċċ. Għaldaqstant ġie propost li għandu jkun iffissat livell massimu għaż-żrieragħ taż-żejt barra l-ġewż tal-art (il-karawett), korrispondenti għal-livelli massimi li hemm għall-ġewż tal-art (il-karawett). Iżda, billi l-aflatossini jitneħħew kważi kompletament bil-proċess li biħ isiru ż-żjut veġetali rfinuti, huwa xieraq li jitħallew barra ż-żrieragħ taż-żejt, inklużi l-ġewż tal-art (il-karawett), li jkunu maħsubin biex jitfarrku għall-produzzjoni taż-żejt veġetali rfinut u mhux irfinut. |
(8) |
Ġie ffissat livell massimu ta’ 2 μg/kg għall-aflatossina B1 u 4 μg/kg għat-total tal-aflatossini fiċ-ċereali u l-prodotti derivattivi tagħhom kollha, minbarra l-qamħirrum, li jrid jiġi magħżul jew ittrattat b’xi mod fiżiku ieħor qabel ma jkun rilaxxat għall-konsum mil-bniedem u li għalih ġie ffissat livell massimu ta’ 5 μg/kg għall-aflatoxina B1 u 10 μg/kg għat-total ta’ afflatossini. Ir-ross bil-ħliefa dejjem ikun fih livelli ta’ aflatossini daqsxejn ogħla mil-livelli massimi. Wara t-tneħħija tal-ħliefa, il-livelli tal-aflatossini fir-ross abjad ikunu inqas mil-livelli massimi. Għalhekk jixraq li r-ross jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-qamħirrum, u li jiġi ffissat livell massimu ogħla għall-aflatossina B1 u għat-total tal-aflatossini għar-ross li jkun maħsub biex jintagħżel, jew isirlu xi trattament fiżiku ieħor, qabel ma jiġi kkunsmat mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel. |
(9) |
Il-livelli massimi jirriferu għall-parti li tittiekel tal-ġewż tas-siġar. Iżda hemm evidenza xjentifika riċenti li turi li parti mill-kontaminazzjoni bl-aflatossini qiegħda fuq il-qoxra tal-ġewż tal-Brażil. Għalhekk jixraq li tkun emendata n-nota ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness, biex turi l-proċedura li għandha ssir jekk ikunu analizzati l-ġewż tas-siġar “fil-qoxra”, biex tkun meqjusa din l-informazzjoni xjentifika riċenti. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġewż tal-art, iż-żrieragħ taż-żejt, il-frott imnixxef u l-qamħirrum Il-ġewż tal-art (il-karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, il-ġewż tas-siġar, il-frott imnixxef, ir-ross u l-qamħirrum li ma jikkonformawx mal-livelli massimi relevanti tal-alfatossini stipulati fil-punti 2.1.5, 2.1.6, 2.1.7, 2.1.8, 2.1.10 u 2.1.11 tal-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li dawn l-oġġetti tal-ikel:
|
(2) |
L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġewż tal-art(il-karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, il-prodotti dderivati minnhom u ċ-ċereali Indikazzjoni ċara dwar l-użu maħsub għandha tidher fuq it-tikketta ta’ kull pakkett individwali, kaxxa, eċċ. jew fuq id-dokument oriġinali li jintbagħat mal-konsenja. Dan id-dokument għandu jkollu konnessjoni ċara mal-konsenja permezz tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-konsenja, li tinsab fuq kull pakkett individwali, fuq kull kaxxa, eċċ. tal-konsenja. Barra minn hekk l-attività kummerċjali tad-destinatarju tal-konsenja li tkun indikata fid-dokument ta’ mal-konsenja, għandha tkun waħda kompatibbli mal-użu maħsub. Fl-assenza ta’ indikazzjoni ċara li l-użu maħsub tagħhom mhux għall-konsum mill-bniedem, il-livelli massimi stipulati fil-punti 2.1.5 u 2.1.11 tal-Anness għandhom japplikaw għall-ġewż tal-art (il-karawett) kollu, għaż-żrieragħ taż-żejt u l-prodotti dderivati minnhom u ċ-ċereali li jinsabu fis-suq. Fir-rigward tal-eċċezzjoni tal-ġewż tal-art (il-karawett) u żrieragħ oħra taż-żejt li jkunu maħsuba għat-tifrik u l-applikazzjoni tal-livelli massimi stipulati fil-punt 2.1.1 tal-Anness, l-eċċezzjoni tapplika biss għal konsenji li jkollhom tikketta ċara li tindika l-użu li huma maħsuba għalih u li jkun fiha l-kliem “dan il-prodott maħsub għat-tifrik għall-produzzjoni taż-żejt veġetali rfinut”. Din l-indikazzjoni għandha tidher fuq it-tikketta ta’ kull pakkett, kaxxa eċċ individwali u fuq id-dokument(i) oriġinali li jasal/jaslu mal-konsenja. Id-destinazzjoni finali trid tkun impjant tat-tħin.” |
(3) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għadma tal-berquqa, għaż-żrieragħ taż-żejt minbarra l-ġewż tal-art (il-karawett) u l-prodotti tagħhom ipproċessati, li tqiegħdu fis-suq qabel id-data ta’ applikazzjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’din id-data.
Il-piż tal-prova dwar meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju tal-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) L-Istandard Ġenerali tal-Codex għas-sustanzi Kontaminanti u t-tossini fl-ikel (CODEX STAN 193-1995) http://www.codexalimentarius.net/download/standards/17/CXS_193e.pdf
(4) The EFSA Journal (2007) 446, 1-127. http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/CONTAM%20_op_ej446_aflatoxins_en.pdf?ssbinary = true
(5) Stqarrija tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-effetti fuq is-saħħa pubblika ta’ żieda fil-livelli tal-aflatossini totali minn 4 μg/kg għal 10 μg/kg fil-ġewż tas-siġar minbarra l-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi. The EFSA Journal (2009) 1168, 1-11. http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Statement/contam_statement_ej1168_aflatoxin_other_treenuts_en,0.pdf?ssbinary = true
ANNESS
Oġġetti tal-ikel (1) |
Livelli massimi (μg/kg) |
|||||||||||||
“2.1. |
Aflatossini |
B1 |
Is-somma ta’ B1, B2, G1 u G2 |
M1 |
||||||||||
2.1.1. |
Ġewż tal-art (il-karawett) u żrieragħ oħra taż-żejt (40) li għandhom jiġu magħżulin, jew jingħataw xi trattament fiżiku ieħor, qabel ma jiġu kkunsmati mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel minbarra:
|
8,0 (5) |
15,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.2. |
Il-lewż, il-pistaċċi u l-għadma tal-berquqa li se jiġu magħżulin jew jingħataw xi trattament fiżiku ieħor, qabel ma jiġu kkunsmati mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
12,0 (5) |
15,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.3. |
Il-ġellewż u l-ġewż tal-Brażil li se jiġu magħżulin, jew jingħataw xi trattament fiżiku ieħor qabel ma jiġu kkunsmati mill-bniedem jew jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
8,0 (5) |
15,0 (5) |
|
||||||||||
2.1.4. |
Il-ġewż tas-siġar, minbarra dawk elenkati fi 2.1.2 u 2.1.3, li għandhom jiġu magħżulin, jew jingħataw xi trattament fiżiku ieħor, qabel ma jiġu kkunsmati mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
5,0 (5) |
10,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.5. |
Il-ġewż tal-art (il-karawett) u żrieragħ taż-żejt oħra (40) u l-prodotti pproċessati tagħhom, maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew biex jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel, minbarra:
|
2,0 (5) |
4,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.6. |
Il-lewż, il-pistaċċi u l-għadam tal-berquq li huma maħsubin biex jiġu kkunsmati direttament mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel (41) |
8,0 (5) |
10,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.7. |
Il-ġellewż u l-ġewż tal-Brażil li huma maħsubin biex jiġu kkunsmati direttament mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel (41) |
5,0 (5) |
10,0 (5) |
|
||||||||||
2.1.8. |
Il-ġewż tas-siġar, minbarra dawk elenkati fit-2.1.6 u t-2.1.7, u l-prodotti pproċessati tagħhom, li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati mill-bniedem jew jintużaw bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
2,0 (5) |
4,0 (5) |
— |
||||||||||
2.1.9. |
Il-frott imnixxef li hu maħsub biex jintgħażel, jew isirlu xi trattament fiżiku ieħor, qabel ma jiġi kkunsmat mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
5,0 |
10,0 |
— |
||||||||||
2.1.10. |
Il-frott imnixxef u l-prodotti pproċessati tiegħu, maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew biex jintuża bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
2,0 |
4,0 |
— |
||||||||||
2.1.11. |
Iċ-ċereali kollha u l-prodotti kollha li huma dderivati miċ-ċereali, inklużi l-prodotti taċ-ċereali pproċessati, ħlief l-oġġetti tal-ikel elenkati fit-2.1.12, it-2.1.15 u t-2.1.17 |
2,0 |
4,0 |
— |
||||||||||
2.1.12. |
Il-qamħirrum u r-ross li huwa maħsub biex jiġi magħżul jew jingħata xi trattament fiżiku ieħor qabel ma jiġi kkunsmat mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel |
5,0 |
10,0 |
— |
||||||||||
2.1.13. |
Il-ħalib nej (6), il-ħalib ittrattat bis-sħana u l-ħalib għall-manifattura tal-prodotti bbażati fuq ħalib |
— |
— |
0,050 |
||||||||||
2.1.14. |
L-ispeċi ta’ ħwawar li ġejjin:
Taħlitiet ta’ ħwawar li fihom waħda jew aktar mill-ħwawar imsemmija hawn fuq |
5,0 |
10,0 |
— |
||||||||||
2.1.15. |
Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3), (7) |
0,10 |
— |
— |
||||||||||
2.1.16. |
Formula għat-trabi u formula għal dawk it-trabi li qabżu s-sitt xhur, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (4), (8) |
— |
— |
0,025 |
||||||||||
2.1.17. |
Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9), (10) maħsub speċifikament għat-trabi |
0,10 |
— |
0,025 ” |