This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0103
Commission Regulation (EU) No 103/2010 of 5 February 2010 concerning the authorisation of manganese chelate of hydroxy analogue of methionine as a feed additive for chickens for fattening (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2010 tal- 5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2010 tal- 5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 35, 6.2.2010, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2010; Imħassar b' 32010R0350
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32010R0350 |
6.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2010
tal-5 ta’ Frar 2010
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
(4) |
Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fil-15 ta’ Settembru 2009 (2) flimkien ma’ dik tal-15 ta’ April 2008 (3) jirriżulta li l-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent għat-tiġieġ għat-tismin. Skont l-opinjoni tal-15 ta’ April 2008, l-użu ta’ din il-preparazzjoni jista’ jitqies bħala sors ta’ manganiż disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta’ addittiv nutrittiv għat-tiġieġ għat-tismin. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Hi ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Il-Ġurnal EFSA (2009) 7(9): 1316.
(3) Il-Ġurnal EFSA (2008) 692, p. 1.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċijiet jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti mikroelementi |
|||||||||||||||||||||
3b5.10 |
— |
Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina |
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
|
150 (totali) |
|
26.2.2020 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives