Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0715

    2010/715/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Novembru 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8191)

    ĠU L 310, 26.11.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/715/oj

    26.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-25 ta’ Novembru 2010

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8191)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (2010/715/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Ottubru 2008, il-kumpanija Cantox Health Sciences International ressqet talba f’isem Nestec Ltd. lill-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda biex tkun tista’ tpoġġi l-Fosfat Ferruż tal-Ammonju fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

    (2)

    Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport tal-istima preliminarju tiegħu. F’dan ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa analiżi oħra.

    (3)

    Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri kollha dwar din it-talba fit-23 ta’ Diċembru 2008. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (EFSA) intalbet twettaq l-analiżi fit-28 ta’ April 2009.

    (4)

    Fl-14 ta’ April 2010, wara talba mingħand il-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni (2) dwar is-sikurezza tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala sors ta’ ħadid li jiżdied mal-ikel għall-pubbliku ġenerali għal għanijiet nutrittivi (inkluż fis-supplimenti tal-ikel) u jiżdied mal-ikel ta’ użu nutrittiv speċjalizzat. F’din l-opinjoni, l-EFSA kkonkludiet li fil-livelli proposti għall-użu tiegħu, il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju ma għandux iqajjem tħassib għas-sikurezza sakemm ma jinqabżux il-limiti massimi tas-sigurtà fil-konsum tal-ħadid.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi (3) fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (4) u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (5) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra fl-ikel. L-użu tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju għandu jkun awtorizzat mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala sors ta’ ħadid kif speċifikat fl-Anness jista’ jitpoġġa fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fl-ikel mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 953/2009, tad-Direttiva 2002/46/KE u/jew tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

    Artikolu 2

    L-indikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li se tintwera fuq l-imballaġġ tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent se tkun “Fosfat Ferruż tal-Ammonju”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Nestec Ltd. Avenue Nestlé 55, CH-1800 Vevey, l-Isvizzera.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

    (2)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010, 8(5): 1584.

    (3)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.

    (4)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

    (5)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


    ANNESS

    L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FOSFAT FERRUŻ TAL-AMMONJU

    Deskrizzjoni: Il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju huwa forma ta’ terra rqiqa griża tagħti fl-aħdar li ma tinħallx fl-ilma iżda tinħall fl-aċidi minerali miżjudin bl-ilma.

    Nru CAS: 10101-60-7

    Formula Kimika: FeNH4PO4

    Formula Strutturali:

    Image

    L-ispeċifikazzjonijiet Kimiċi tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju:

    pH ta’ 5 % suspensjoni fl-ilma

    6,8 sa 7,8

    Ħadid (total)

    Ħadid (II)

    Ħadid (III)

    mhux inqas minn 28 %

    22 % sa 30 % (w/w)

    mhux iżjed minn 7 % (w/w)

    Ammonja

    5 % sa 9 % (w/w)

    Ilma

    mhux iżjed minn 3 %


    Top