Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0615

    2010/615/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT)

    ĠU L 271, 15.10.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/615/oj

    15.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 271/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Mejju 2010

    dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT)

    (2010/615/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    F’Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata ‘L-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE’ li għamlet appell għal miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar permezz tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dak il-Pjan ta’ Azzjoni ġew adottati f’Ottubru 2003 (1).

    (2)

    Fil-5 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-FLEGT.

    (3)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (2) li stabilixxa skema FLEGT għall-għoti ta’ liċenzji għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja.

    (4)

    In-negozjati mar-Repubblika tal-Kongo ġew konklużi, u l-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fl-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’) ġie inizjalat fid-9 ta’ Mejju 2009.

    (5)

    Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fl-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT) qiegħed b’dan jiġi awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi hawn fuq (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ESPINOSA


    (1)  ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

    (3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top