Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0228

    2010/228/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ April 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa u konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2397)

    ĠU L 102, 23.4.2010, p. 49–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/228/oj

    23.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ April 2010

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa u konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2397)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2010/228/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ April 2006 Tahitian Noni International Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-polpa u l-konċentrat tal-frott tal-Morinda citrifolia fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

    (2)

    Fit-28 ta’ Frar 2007, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport dan wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent alimentari kien aċċettabbli.

    (3)

    Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar it-28 ta’ Marzu 2007.

    (4)

    Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni.

    (5)

    Għalhekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fis-7 ta’ Novembru 2007.

    (6)

    Fit-13 ta’ Marzu 2009, l-EFSA fl-“Opinjoni Xjentifika tal-Bord fuq in-Nutriment u l-Allerġiji tal-Prodotti tad-Dieta fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-polpa u l-konċentrat tal-frott ‘Morinda citrifolia (Noni)’ ” bħala ingredjent tal-ikel ġdid waslet għall-konklużjoni li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Noni kien sigur għall-popolazzjoni ġenerali.

    (7)

    Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) kif speċifikat fl-Anness I jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.

    Artikolu 2

    L-isem tal-polpa tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom din il-polpa għandu jkun “polpa tal-frott Morinda citrifolia” jew “polpa tal-frott Noni”.

    L-isem tal-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan il-konċentrat għandu jkun “konċentrat tal-frott Morinda citrifolia” jew “konċentrat tal-frott Noni”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Tahitian Noni International Inc., 333 West River Park Drive, Provo, Utah 84604, l-Istati Uniti tal-Amerika.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


    ANNESS I

    Speċifikazzjonijiet tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

    Deskrizzjoni:

    Il-frott Morinda citrifolia nħasad bl-idejn. Iż-żerriegħa u l-qoxra jinfirdu b’mod mekkaniku mill-frott f’polpa. Wara l-pasturizzazzjoni, il-polpa tiġi ppakkjata f’kontenituri li mhumiex settiċi u maħżuna f’kundizzjonijiet kesħin.

    Il-konċentrat tal-Morinda citrifolia jitħejja mill-polpa tal-M. citrifolia permezz ta’ trattament b’enżimi pektinolitiċi (50-60 °Ċ għal siegħa-sagħtejn). Imbagħad il-polpa tissaħħan biex tmewwet il-pectinases imbagħad titkessaħ mill-ewwel. Il-meraq jinfired f’karaffa ċentrifuga. Wara, il-meraq jinġabar u jiġi pasturizzat, qabel ma jiġi kkonċentrat f’evaporatur vakwu minn brix ta’ 6 sa 8 għal brix ta’ 49 sa 51 fil-konċentrat finali.

    Kompożizzjoni tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

    Indewwa

    89 – 93 %

    48 – 53 %

    Proteina

    < 0,6 g/100 g

    3 – 3,5 g/100 g

    Xaħam

    < 0,2 g/100 g

    < 0,04 g/100 g

    Irmied

    < 1 g/100 g

    4,5 – 5 g/100 g

    Karboidrati totali

    5 – 10 g/100 g

    37 – 45 g/100 g

    Fruttosi

    0,5 – 2 g/100 g

    9 – 11 g/100 g

    Glukożju

    0,5 – 2 g/100 g

    9 – 11 g/100 g

    Fibra tad-dieta

    1,5 – 3 g/100 g

    1,5 – 5 g/100 g

    5,15-dimethylmorindol (*)

    0,19 – 0,20 μg/mL

    0,11 – 0,77 μg/mL

    Lucidin (*)

    Ma jistax jinstab

    Ma jistax jinstab

    Alizarin (*)

    Ma jistax jinstab

    Ma jistax jinstab

    Rubiadin (*)

    Ma jistax jinstab

    Ma jistax jinstab


    (*)  Permezz ta’ metodu HPLC-UV żviluppat u vvalidat mill-applikant għall-analiżi ta’ antrakinoni fil-polpa u l-konċentrat tal-Morinda citrifolia

    Il-limiti ta’ detezzjoni: 2,5 ng/mL (5,15 dimethylmorindol); 50,0 ng/mL (lucidin); 6,3 ng/mL (alizarin) u 62,5 ng/mL (rubiadin).


    ANNESS II

    Użi tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

    Grupp ta’ Użu

    Livell ta’ użu massimu tal-frott Morinda citrifolia

    polpa

    konċentrat

    Ħelu

    45 g/100 g

    10 g/100 g

    Bars taċ-ċereali

    53 g/100 g

    12 g/100 g

    Taħlitiet tax-xorb nutrittiv bi trab (piż xott)

    53 g/100 g

    12 g/100 g

    Xorb bil-karbonat

    11 g/100 g

    3 g/100 g

    Ġelat u sorbet

    31 g/100 g

    7 g/100 g

    Jogurt

    12 g/100 g

    3 g/100 g

    Biskuttini

    53 g/100 g

    12 g/100 g

    Pannozzi, kejkijiet u pastini

    53 g/100 g

    12 g/100 g

    Ċereali għall-fatra (qamħ sħiħ)

    88 g/100 g

    20 g/100 g

    Ġammijiet u ġelijiet (preżervati tal-frott)

     (*) 133 g/100 g

    30 g/100 g

    Pejst tal-ħelu, mili u ġelu

    31 g/100 g

    7 g/100 g

    Zlazi mħawwra, pikles, grejvi u kondimenti

    88 g/100 g

    20 g/100 g

    Supplimenti tal-ikel (skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1))

    26 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur

    6 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur


    (*)  Imsejjes fuq il-kwantità ta’ qabel l-ipproċessar biex jiġi magħmul prodott finali ta’ 100 g.

    (1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.


    Top