Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0194

    2010/194/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500 - 2690  MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)

    ĠU L 86, 1.4.2010, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/194/oj

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/48


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-31 ta’ Marzu 2010

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)

    (It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

    (2010/194/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(5) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/1/KE (3), ir-Repubblika tal-Bulgarija kienet awtorizzata li tippostponi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/477/KE fit-tramuntana tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2009 u fin-nofsinhar tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li minħabba tnaqqis mhux previst fid-dħul baġitarju fl-2009 b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika, ir-riżorsi finanzjarji neċessarji ma kinux disponibbli għar-rilaxx sad-data tal-iskadenza stipulata mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE, tal-medda ta’ frekwenza bejn 2 500-2 690 MHz, sabiex din tkun allokata u disponibbli fuq bażi mhux esklussiva, għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk, din il-medda ta’ frekwenza għadha okkupata fuq bażi esklussiva minn tagħmir mobbli tal-komunikazzjoni elettronika użat għal bżonnijiet ta’ sigurtà nazzjonali fil-Bulgarija.

    (3)

    Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Novembru 2009, ir-Repubblika tal-Bulgarija għalhekk talbet estensjoni ta’ sena rad-deroga tranżitorja mogħtija mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE. Il-Bulgarija pprovdiet ukoll rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru: 2008/477/KE.

    (4)

    Il-Bulgarija pprovdiet biżżejjed ġustifikazzjoni għat-talba tagħha għal estensjoni tad-deroga tranżizzjonali. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li fl-2009, hija kienet ħadet il-miżuri preparatorji mhux finanzjarji neċessarji biex talloka frekwenzi ġodda għas-sigurtà nazzjonali sabiex tkun sostitwita l-medda tal-frekwenza 2 500-2 690 MHz u li r-riżorsi finanzjarji neċessarji se jkunu disponibbli fl-2010 biex jintużaw għal sistema mobbli u ġdida ta’ komunikazzjoni bir-radju li għandha tintuża għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

    (5)

    Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju indikaw, fil-laqgħa tal-Kumitat tal-10-11 ta’ Diċembru 2009, li huma ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni tad-deroga tranżizzjonali.

    (6)

    L-estensjoni mitluba la għandha tiddeferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE u lanqas toħloq differenzi għalxejn bejn l-Istati Membri rigward sitwazzjonijiet ta’ kompetittività jew ta’ regolamentazzjoni. It-talba hija ġġustifikata u estensjoni tad-deroga tranżizzjonali b’sena għandha tkun xierqa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2009/1/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, “31 ta’ Diċembru 2009” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2010” u “31 ta’ Diċembru 2010” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2011”.

    (2)

    Fl-Artikolu 3, “16 ta’ Jannar 2010” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2011” u “16 ta’ Jannar 2011” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2012”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Viċi President


    (1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37.

    (3)  ĠU L 2, 6.1.2009, p. 6.


    Top