Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1283

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1283/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 346, 23.12.2009, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1283/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1283/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/573/PESK tas-27 ta’ Lulju 2009 (1) u d-Deċiżjoni 2009/1002/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2009 (2) li jemendaw il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK (3) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Korea ta’ Fuq ”) u li timplimenta r-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

F’konformità mar-Riżoluzzjoni 1874 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ġew imposti miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Korea ta’ Fuq permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK, inkluża partikolarment projbizzjoni fuq il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi. Id-Deċiżjoni 2009/1002/PESK tispeċifika li din il-projbizzjoni għandha tinkludi kull merkanzija u teknoloġija ta’ użu doppju elenkata fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid) (4).

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK tipprevedi wkoll l-ispezzjoni ta’ ċerta merkanzija destinata għal jew provenjenti mill-Korea ta’ Fuq u, fil-każ tal-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, għall-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali qabel il-wasla jew it-tluq fir-rigward ta’ merkanzija li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ minnha. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’konformità mad-dispożizzjonijiet għad-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u tal-ħruġ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (6).

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK tipprevedi wkoll projbizzjoni fuq is-servizzi ta’ bunkering jew kwalunkwe servizz ieħor lill-bastimenti tal-Korea ta’ Fuq sabiex jiġi impedit it-trasport ta’ oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom hija projbita skont ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (7).

(5)

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK testendi wkoll il-miżuri għall-iffriżar ta’ fondi għal kategoriji oħrajn ta’ persuni u tintroduċi miżuri ta’ viġilanza finanzjarja fir-rigward tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.

(6)

Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, notevolment bil-ħsieb li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija għalhekk meħtieġa leġislazzjoni tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati safejn hija kkonċernata l-Unjoni.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi taħt dan ir-Regolament għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (8), u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9).

(9)

Bil-għan li jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   ‘territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.”;

2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, tal-merkanzija u t-teknoloġija, inkluż is-software, elenkati fl-Annessi I u Ia, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;

(b)

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a).

2.   L-Anness I għandu jinkludi kull oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, inkluż is-software, li huma oġġetti jew teknoloġiji b’użu doppju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 428/2009 (10).

L-Anness Ia għandyu jinkludi oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.

3.   Għandu jkun ipprojbit li jinxtraw, jiġu importati jew trasportati mill-Korea ta’ Fuq il-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I u Ia, kemm jekk l-oġġett kkonċernat joriġina mill-Korea ta’ Fuq u kemm jekk le.

(10)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.”;"

3)

L-Artikolu 3(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia, u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ merkanzija elenkata fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq, jew għall-użu f’dan il-pajjiż;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia, inklużi b’mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;

(c)

li tinkiseb, b’mod dirett jew indirett, assistenza teknika relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia, u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;

(d)

li jinkiseb, b’mod dirett jew indirett, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I u Ia, inklużi b’mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;

(e)

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d).”;

4)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Bil-għan li jiġi impedit it-trasferiment ta’ merkanzija u teknoloġija elenkati fl-Anness I u Ia li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, jew tal-oġġetti ta’ lussu elenkati fl-Anness III, l-inġenji tal-ajru li jġorru l-merkanzija u l-bastimenti merkantili destinati għal u provenjenti mill-Korea ta’ Fuq u l-bastimenti tal-Korea ta’ Fuq għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ minnha.

Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu ta’ forniment ta’ informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq, b’mod partikolari l-perijodi ta’ żmien li għandhom jiġu rrispettati u d-data li għandha tinħtieġ, għandhom ikunu kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet applikabbli dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (11), u r-Regolament tal–Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (12)

Barra minn hekk, l-inġenji tal-ajru li jġorru l-merkanzija u l-bastimenti merkantili destinati jew provenjenti mill-Korea ta’ Fuq, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jiddikjaraw jekk il-merkanzija hijiex koperta minn dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hi soġġetta għall-awtorizzazzjoni, jispeċifikaw id-dettalji tal-liċenzja għall-esportazzjoni li tkun ngħatat.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u ta’ ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub, bl-użu ta’ informazzjoni kummerċjali, tal-port jew tat-trasport, bil-kondizzjoni li jkun fiha d-dettalji meħtieġa.

Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u ta’ ħruġ skont il-każ.

2.   Il-forniment minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering jew ta’ forniment lill-bastimenti, jew kwalunkwe manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tal-Korea ta’ Fuq hu pprojbit jekk min jipprovdi s-servizz ikollu informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet tad-dwana kompetenti abbażi tal-informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq imsemmija fil-paragrafu 1, li tipprovdi bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti jkunu qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta’ dawn is-servizzi ma jkunx meħtieġ għal finijiet umanitarji.

(11)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13."

(12)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.”;"

5)

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Għandhom jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fil-lista fl-Anness IV, kif ukoll dawk li huma l-proprjetà tagħhom, jew miżmuma jew kkontrollati minnhom. L-Anness IV għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi maħtura mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti f’konformità mal-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU.

2.   Għandhom jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fil-lista fl-Anness V, kif ukoll dawk li huma l-proprjetà tagħhom, jew miżmuma jew kkontrollati minnhom. L-Anness V għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi li mhumiex elenkati fl-Anness IV, li, f’konformità mal-Artikolu 4 (1) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill:

(a)

bħala responsabbli għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi, kif ukoll persuni jew korpi li jaġixxu f’isimhom jew fuq l-istruzzjonijiet tagħhom jew l-entitajiet li huma prorpjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; jew

(b)

li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment għat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddi minnu, jew li jsir minnu, jew li jinvolvi ċ-ċittadini ta’ Stati Membri jew entitajiet skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, ta’ kwalunkwe attiv jew riżors finanzjarju jew ta’ xort’oħra li jista’ jikkontribwixxi għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, kif ukoll persuni jew korpi li jaġixxu f’isimhom jew taħt istruzzjonijiet tagħhom u l-entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.

L-Anness V għandu jiġi rivedut regolarment u mill-inqas kull 12-il xahar.

3.   L-Annessi IV u V għandhom jinkludu, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi elenkati għall-fini ta’ identifikazzjoni suffiċjenti tal-persuni kkonċernati.

Din l-informazzjoni tista’ tinkludi:

a)

il-kunjom u ismijiet mogħtija, inklużi psewdonimi u titoli, fejn ikun hemm;

b)

id-data u l-post tat-twelid;

c)

iċ-ċittadinanza;

d)

in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità;

e)

in-numri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali;

f)

is-sess;

g)

l-indirizz jew informazzjoni oħra dwar fejn tinsab il-persuna;

h)

il-funzjoni jew il-professjoni;

i)

id-data tal-ħatra.

L-Annessi IV u V għandu jkun fihom ukoll ir-raġunijiet għall-elenkar, bħall-impjieg.

L-Annessi IV u V jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni għall-finijiet tal-identifikazzjoni kif msemmi hawn fuq, dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, dment li din l-informazzjoni hi meħtieġa f’każ speċifiku għall-fini ewlieni li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika elenkata inkwistjoni.

4.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi IV u V jew għall-benefiċċju tagħhom.

5.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jaħarbu mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.”;

6)

L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk jintlaħqu l-kondizzjonjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(i)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi IV jew V u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(ii)

maħsuba esklusivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali; jew

(iii)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; u

(b)

meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’dik id-determinazzjoni u l-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma oġġezzjonax għal dik l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma min-notifika.

2.   B’deroga mill-Artikolu 6 l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkun stabbilit li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li

(a)

meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet kien nnotifikat b’din id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni ġiet approvata minn dak il-Kumitat, u

(b)

meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness V, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li fuqhom huwa jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun ingħatat taħt il-paragrafi 1 u 2. ”;

7)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

B’deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li huma indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw l-iżblukkar ta’ ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li huma s-soġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data tal-ħatra tal-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati minn dan ir-rahan jew rikkonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

ir-rahan jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness IV jew V;

(d)

ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza mhuwiex kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

ir-rahan jew is-sentenza fir-rigward ta’l-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IV ikunu ġew innotifikati mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet.”;

8)

L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   L-Artikolu 6(4) m’għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti minn terzi persuni fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda f’tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.

2.   L-Artikolu 6(4) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

interessi jew rikavati oħrajn fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha tkun nħatret il-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe mgħax, rikavat u ħlas ieħor ta’ dan it-tip ikun ġie ffriżat f’konformità mal-Artikolu 6(1) jew 6(2).”

9)

L-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew li jinċaħad li dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-disponibbiltà, li jitwettqu f’bona fede abbażi tal-fatt li din l-azzjoni tkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ma għandhom iwasslu għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità jew korp li qiegħda timplimentahom, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, dment li ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.

2.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(4), m’għandhom iwasslu għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”;

10)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 għandhom, fl-attivitajiet tagħhom ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2, u bil-għan li jevitaw li dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, b’mod partikolari permezz tal-programmi tagħhom dwar il-viġilanza dovuta tal-klijenti u l-obbligi tagħhom marbutin mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jeħtieġu li fl-istruzzjonijiet dwar il-ħlasijiet, l-entrati ta’ informazzjoni kollha li huma marbutin mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni jimtlew u, jekk dik l-informazzjonijiet ma tkunx ipprovduta, jirrifjutaw it-transazzjoni;

(c)

iżommu r-rekords kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u fuq talba, ipoġġuhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali; u

(d)

jekk jiġihom suspett jew ikollhom raġunijiet raġonevoli ta’ suspett li l-fondi huma marbutin mal-finanzjament tal-proliferazzjoni, minnufih jagħmlu rapport dwar is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew xi awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 6. L-UIF jew awtorità kompetenti oħra għandha sservi ta’ ċentru nazzjonali li jirċievi u janalizza r-rapporti dwar it-transazzjonijiet li jnisslu suspett dwar il-finanzjament potenzjali tal-proliferazzjoni. L-UIF jew xi awtorità kompetenti oħra għandu jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi f’waqtha, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ sabiex twettaq din il-funzjoni b’mod adatt, inkluża l-analiżi ta’ rapporti dwar transazzjonijiet li jnisslu suspett.

2.   Il-miżuri mniżżlin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji fl-attivitajiet tagħhom ma’:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq;

(b)

il-fergħat u s-sussidjarji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI;

(c)

il-fergħat u s-sussidjarji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI; u

(d)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li la huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq u lanqas ma jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li madankollu huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet iddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI.”;

11)

L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:

(a)

temenda l-Anness Ia abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u, fejn adatt, li żżid in-numri ta’ referenza meħudin min-Nomenklatura Magħquda kif imniżżel fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

(b)

temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;

(c)

temenda l-Anness III sabiex tirfina jew tadatta l-lista tal-oġġetti inkluża fih, skont kwalunkwe definizzjoni jew linja gwida li tista’ tiġi ppromulgata mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew li żżid in-numri ta’ referenza tan-Nomenklatura Magħquda kif imniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jekk meħtieġ jew adatt;

(d)

temenda l-Anness IV abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; u

(e)

temenda l-Annessi V u VI f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-Annessi II, III, IV u V għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (13).

(13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.”;"

12)

L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir b’mod sħiħ jew parzjali fl-Unjoni.”;

13)

L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

14)

L-Anness IV għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

15)

It-test fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness V;

16)

It-test fl-Anness IV għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 197, 29.07.2009, p. 111.

(2)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 47.

(3)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

(4)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS I

ANNESS I

MERKANZIJA U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3

Il-merkanzija u t-teknoloġija kollha elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

ANNESS Ia

MERKANZIJA U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3

Oġġetti, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġija oħrajn li jistgħu jikkontribwixxi għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.

1.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, in-numri ta’ referenza użati fil-kolonna bit-titlu ‘Deskrizzjoni’ jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġiji b’użu doppju li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

2.

Numru ta’ referenza li jidher fil-kolonna bit-titolu ‘Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009’ ifisser li l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’ huma barra mill-parametri li jinsabu fid-deskrizzjoni tal-punt dwar użu doppju li għalih qed issir referenza.

3.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ jinsabu fin-nota teknika għall-oġġett rilevanti.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti doppji’ jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

NOTI ĠENERALI

1.

L-iskop tal-projbizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Anness m’għandhomx jingħelbu mill-esportazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett mhux ipprojbit (inklużi pjanti) li fihom wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti meta l-komponent jew komponenti pprojbiti huma l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B. Biex jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-oġġetti pprovduti.

2.

L-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness jinkludu kemm oġġetti ġodda kif ukoll użati.

NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)

(Li għandha tinqara flimkien mal-Parti C.)

1.

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat- ‘teknoloġija’ li hija ‘meħtieġa’ għall- ‘iżvilupp’, il- ‘produzzjoni’ jew l- ‘użu’ ta’ oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti B.

2.

It- ‘teknoloġija’‘meħtieġa’ għall- ‘iżvilupp’, il- ‘produzzjoni’ jew l- ‘użu’ ta’ oġġetti pprojbiti tibqa’ pprojbita anke meta applikabbli għal oġġetti mhux pprojbiti.

3.

Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it- ‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t- tiswija ta’ dawk l-oġġetti li m’humiex ipprojbiti.

4.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta’ ‘teknoloġija’ ma japplikawx għal informazzjoni ‘fid-dominju pubbliku’, għal ‘riċerka xjentifika bażika’ jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta’ privattivi.

A.   OĠĠETTI

MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI

I.A0.   Merkanzija

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A0.001

Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej:

a.

Lampi tal-katodju tal-jodju, vojta minn ġewwa, bit-twieqi tas-silikon jew tal-kwarz;

b.

Lampi tal-katodju tal-uranju, vojta minn ġewwa

 

I.A0.002

Iżolaturi Faraday li jaqgħu fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm

 

I.A0.003

Retikoli ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm

 

I.A0.004

Fibbri ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm - 650 nm miksijin b’saffi mhux riflettenti fil-medda ta’ tul ta’ mewġ

ta’ bejn 500 nm - 650 nm u li jkollhom dijametru ċentrali akbar minn 0.4 mm iżda ma jeċċedix 2 mm.

 

I.A0.005

Komponenti ta’ kontenituri ta’ reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, minbarra dawk speċifikati f’0A001, kif ġej:

a.

Siġilli;

b.

Komponenti interni;

c.

Apparat ta’ ssiġillar, ittestjar u kejl.

0A001

I.A0.006

Sistemi ta’ sejba nukleari, minbarra dawk speċifikati f’0A001.j. jew

1A004.c., għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ materjali radjuttivi jew radjazzjoni ta’ oriġini nukleari u komponenti ddisnjati apposta għal dan.

N.B.: Għal tagħmir personali rreferi għal I.A1.004 hawn taħt.

0A001.j.

1A004.c.

I.A0.007

Valvi ssiġillati bil-minfaħ minbarra dawk speċifikati f’0B001.c.6, 2A226 jew 2B350, magħmulin minn lega tal-aluminju jew stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L.

0B001.c.6.2A226

2B350

I.A0.008

Mirja tal-lejżer, minbarra dawk speċifikati f’6A005.e., li jikkonsistu minn substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta’ 10-6K-1 jew inqas għal 20 °C (eż. silika fuża jew żaffir).

Nota: Dan l-oġġett ma jkoprix sistemi ottiċi ddisinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, ħlief jekk il-mirja jkun fihom silika fuża.

0B001.g.5.

6A005.e.

I.A0.009

Mirja tal-lejżer, minbarra dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu minn substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta’ 10-6K-1 jew inqas għal 20 °C (eż. silika fuża).

0B001.g.

6A005.e.2.

I.A0.010

Pajpijiet, sistemi ta’ pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikil, jew lega tan-nikil, li jkun fiha minn 40 % nikil bil-piż, minbarra dawk speċifikati f’2B350.h.1.

2B350

I.A0.011

Pompi tal-vakum minbarra dawk speċifikati f’0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej:

a.

Pompi turbo molekulari b’rata ta’ fluss daqs jew ikbar minn 400 l/s;

b.

Pompi tal-vakum tat-tip Roots b’rata ta’ fluss ta’ aspirazzjoni volumetrika ta’ aktar minn 200 m3/h;

c.

Kumpressuri tax-xott f’forma ta’ spiral bil-minfaħ u pompi vojta minn ġewwa f’forma ta’ spiral issiġillati bil-minfaħ.

0B002.f.2.

2B231

I.A0.012

Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u l-immaniġġar ta’ sustanzi radjuattivi (ċelloli jaħarqu)

0B006

I.A0.013

‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta’ metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, minbarra dawk speċifikati f’0C001.

0C001

I.A0.014

Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta’ splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2.5 kg TNT.

 

MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

I.A1.   Merkanzija

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A1.001

Aċidu fosforiku ta’ bis(2-etileżil) (HDEHP jew D2HPA) Numru tal-Astratti Kimiċi (CAS): solvent [CAS 298-07-7] fi kwalunkwe kwantità, b’purità aktar minn 90 %.

 

I.A1.002

Gass fluworin CAS: [7782-41-4], b’purità ta’ mill-inqas 95 %.

 

I.A1.003

Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400 mm jew inqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Kopolimeri ta’ fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar struttura kristallina beta mingħajr tiġbid;

b.

Polimidi fluworinati li għandhom piż ta’ 10 % jew aktar ta’ fluworu kkombinat;

c.

Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta’ 30 % jew aktar ta’ fluworu kkombinat;

d.

Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®);

e.

Fluworoelastomeri (eż., Viton ®, Tecnoflon ®);

f.

Politetrafluworoetilen (PTFE)

1A001

I.A1.004

Tagħmir personali għas-sejba ta’ radjazzjoni ta’ oriġini nukleari, minbarra dak speċifikat f’1A004.c., inklużi dożimetri personali.

1A004.c.

I.A1.005

Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu, minbarra dawk speċifikati f’1B225, b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 100 g ta’ fluworu fis-siegħa.

1B225

I.A1.006

Katalizzaturi, minbarra dawk speċifikati f’1A225 jew 1B231, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.

1A225

1B231

I.A1.007

Aluminju u l-legi tiegħu, minbarra dawk speċifikati f’1C002.b.4 jew 1C202.a, f’forma mhux maħduma jew semifabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a.

‘Kapaċi għal’ limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 460 MPa jew iktar b’293 K (20 °C); jew

b.

B’reżistenza għat-tensjoni ta’ 415 MPa jew iktar b’293 K (25 °C).

Nota teknika:

Il-frażi tal-ligi ‘kapaċi għal’ tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C002.b.4.

1C202.a.

I.A1.008

Metalli manjetiċi, ta’ kull tip u ta’ kull forma, minbarra dawk speċifikati f’1C003.a. li jkollhom “permeabbiltà relattiva inizjali” ta’ 120 000 jew aktar u ħxuna ta’ bejn 0.05 mm u 0.1 mm.

Nota teknika:

Il-kejl tal-‘permeabilità relattiva inizjali’ għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati.

1C003.a.

I.A1.009

‘Materjali fibrużi u bil-filamenti’ jew prepregs, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., 1C010.b., 1C210.a. jew 1C210.b. kif ġej:

a.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ armidi li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.A

‘modulus speċifiku’ li jaqbeż l-10 × 106 m; jew

2.A

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ li taqbeż is-17 × 104 m;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom waħda mill- karatteristiċi li ġejjin:

1.A

‘Modulus speċifiku’ li jaqbeż it-3.18 × 106 m; jew

2.A

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ li taqbeż is-76 × 103 m;

c.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’‘ kontinwi li għandhom fihom reżina tat-termoset wiesa’ 15 mm jew inqas (prepregs), magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ minbarra dawk speċifikati f’I.A1.010.a. hawn taħt.

d.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

e.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’ kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

f.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’ kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN)

g.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ para-armidi (Kevlar ® u tipi oħrajn ta’ fibri tat-tip Kevlar ® )

1C010.a.

1C010.b.

1C210.a.

1C210.b.

I.A1.010

Fibri magħmula mir-reżina jew miż-żift/qatran (prepregs), fibri tal-metall jew miksija bil-karbonju (materja prima) jew ‘materja prima tal-fibri tal-karbonju’, kif ġej:

a.

Magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ speċifikati f’I.A1.009 hawn fuq;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju li fih ‘matriċi’ tar-reżina tal-epossi (prepregs), speċifikati f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c., għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew għal-laminati, li d-daqs tal-folji inividwali tagħhom ma jeċċedix 50 cm × 90 cm

c.

Prepegs speċifikati f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c., meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °C) u temperatura ta’ kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ.

1C010

1C210

I.A1.011

Komposti rinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta’ rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f’ ‘missili’, minbarra dawk speċifikati f’1C107.

1C107

I.A1.012

Mhux użat

 

I.A1.013

Tantalu, karbajd tat-tantalu, tungstenu, karbajd tat-tungstenu u ligi tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F’forom b’simetrija ċilindrika jew sfera vojta minn ġewwa (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b’dijametru fuq in-naħa ta’ ġewwa bejn 50 mm u 300 mm; u

b.

Toqol ta’ aktar minn 5 kg.

1C226

I.A1.014

‘Trabijiet elementali’ tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li fihom mill-inqas 20 % bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ inqas minn 200 μm.

Nota teknika:

‘Trab elementali’ tfisser trab ta’ purità għolja ta’ element wieħed.

 

I.A1.015

Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5 % bil-piż.

 

I.A1.016

Azzar maraging, minbarra dawk speċifikati f’1C116 jew 1C216.

1.

Il-frażi azzar maraging ‘kapaċi li’ tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

2.

Azzar maraging huma ligi tal-ħadid ġeneralment karatterizzati b’nikil għoli, b’kontenut ta’ karbonju baxx ħafna u l-użu ta’ elementi sostituzzjonali jew preċipitati biex jipproduċu s-saħħa tal-materjal biż-żmien tal-liga.

1C116

1C216

I.A1.017

Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej:

a.

Tangstinn u ligi tat-tangstinn, minbarra dawk speċifikati f’1C117, fil-forma ta’ partiċelli sferiċi jew atomizzati uniformi b’dijametru (mikrometru) ta’ 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ tangstinn ta’ 97 % bil-piż jew ikbar;

b.

Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk speċifikati f’1C117, fil-forma ta’ partiċelli sferiċi jew atomizzati uniformi b’dijametru ta’ 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ molibdenu ta’ 97 % bil-piż jew ikbar;

c.

Matejali tat-tangstinn fil-forma solida, minbarra dawk speċifikati f’1C226 b’kompożizzjonijiet ta’ materjal kif ġej:

1.

Tangsten u ligi li fihom 97 % bil-piż jew aktar tangstinn;

2.

Tangstinn infiltrat bir-ram li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn; jew

3.

Tangstinn infiltrat bil-fidda li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn.

1C117

1C226

I.A1.018

Ligi manjetiċi rotob, minbarra dawk speċifikati f’1C003, b’kompożizzjoni kimika kif ġej:

a

Kontenut ta’ ħadid bejn 30 % u 60 %; u

b

Kontenut ta’ kobalt bejn 40 % u 60 %.

1C003

I.A1.019

Mhux użat

 

I.A1.020

Grafit, minbarra dak speċifikat f’0C004 jew 1C107.a, iddisinjat jew speċifikat biex jintuża fil-Magni tal-Fabbriki għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machining)

0C004

1C107a

IPPROĊESSAR TAL-MATERJALI

I.A2.   Merkanzija

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A2.001

Sistemi ta’ prova ta’ vibrazzjoni, tagħmir u komponenti tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’2B116:

a.

Sistemi ta’ prova ta’ vibrazzjoni li jużaw teknika fejn frazzjoni ta’ sinjal li jkun intbagħat jerġa’ lura jew ċirkwitu magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, kapaċi jivvibra sistema ta’ aċċellerazzjoni daqs jew ikbar minn 0.1 g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jagħmel qawwa daqs jew ikbar minn 50 kN, mkejjel b’ ‘mejda vojta’;

b.

Kontrolluri diġitali, ikkombinati ma’ ‘software’ iddisinjat speċjalment għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b’ ‘faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali’ ikbar minn 5 kHz iddisinjati għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.;

Nota teknika:

‘Faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali’ hija definita bħala r-rata massima fejn kontrollur jista’ juża ċikli ta’ kampjuni, ipproċessar ta’ data u trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll.

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b’vibrazzjoni (unitajiet ta’ vibrazzjoni), b’amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta’ 50 kN jew aktar, imkejla b’ ‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.;

d.

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta’ vibrazzjoni multipli f’sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b’ ‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta’ vibrazzjoni speċifikati f’a.

Nota teknika:

‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal.

2B116

I.A2.002

Magni tal-għodda għad-dħin, minbarra dawk speċifikat f’2B001.c. or 2B201.b., ta’ preċizjoni ta’ ppożizzjonar bil- ‘kumpens kollu disponibbli’ ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari.

2B001.c.

2B201.b.

I.A2.002a

Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati speċjalment għall-magni tal-għodod speċifikati f’2B001, 2B201 jew I.A2.002 hawn fuq.

 

I.A2.003

Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni tal-ibbilanċjar, magħmula jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta’ xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrun/immuntar b’massa ta’ aktar minn 3 kg;

2.

Kapaċi jibbilanċjaw skrun/immuntar b’veloċità ta’ aktar minn 12 500 rpm;

3.

Kapaċi jikkoreġu żbilanċ f’żewġ pjani jew aktar; u

4.

Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta’ 0.2 g x mm għal kull kg ta’ massa tal-iskrun;

b.

Irjus indikaturi ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f’a. hawn fuq.

Nota teknika:

‘Irjus indikaturi’ huma xi drabi magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar.

2B119

I.A2.004

Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista’ jintuża għal azzjonijiet mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f’ċelel jaħarqu, minbarra dawk speċifikati f’2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

Kapaċi jidħol 0.3 m jew iktar f’ħajt ta’ ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew

b.

Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta’ ċella taħraq b’ħajt bi ħxuna ta’ 0.3 m jew iktar (funzjoni over-the-wall).

Nota teknika:

Apparat għall-manipulazzjoni mill-bogħod jipprovdi traduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Huma jistgħu jkunu tat-tip ‘prinċipal/sekondarju’ (master/slave) jew mħaddma b’joystick jew tastiera.

2B225

I A2.005

Fran għat-trattament bis-sħana f’atmosfera kkontrollata jew fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f’temperaturi ta’ aktar minn 400 °C

Nota Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, iddisinjati speċjalment għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali.

2B226

2B227

I.A2.006

Mhux użat

 

I.A2.007

‘Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta’ pressjoni f’sinjal ellettriku’ (pressure transducers), minbarra dak definit f’2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f’kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn ‘Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6) ’, u

b.

Li jkollu waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Skala sħiħa ta’ inqas minn 200 kPa u ‘preċiżjoni’ aħjar minn ± 1 % tal-iskala sħiħa; jew

2.

Skala sħiħa ta’ 200 kPa jew aktar u ‘preċiżjoni’ aħjar minn 2 kPa.

Nota teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 2B230, ‘preċiżjoni’ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-repetizzjoni f’temperatura ambjentali.

2B230

I.A2.008

Tagħmir ta’ kuntatt likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati u kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta’ likwidi, distributuri ta’ fwar jew oġġetti għall-ġbir ta’ likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej:

a.

Ligi b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Grafit jew ‘karbonju grafit’;

e.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

f.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

g.

Titanju jew ligi tat-titanju;

h.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew

i.

Stainless steel.

Nota teknika:

‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta’ karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta’ grafit hu ta’ 8 % jew aktar fil-piż.

2B350.e.

I.A2.009

Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej:

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b’wiċċ għat-trasferiment tas-sħana akbar minn 0.05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (qlub) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f’kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Ligi b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Grafit jew ‘karbonju grafit’;

e.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

f.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

g.

Titanju jew ligi tat-titanju;

h.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

i.

Karbur tas-silikon;

j.

Karbur tat-titanju; jew

k.

Stainless steel.

Nota: Dan il-punt ma jkoprix ir-radjaturi tal-vetturi.

Nota teknika:

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u implimentazzjoni oħra ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana.

2B350.d.

I.A2.010

Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, adatti għal fluwidi li jnawru, b’rata ta’ fluss massima indikata mill-manifattur ta’ iktar minn 0.6 m3 fis-siegħa, jew pompi tal-vakwu b’rata ta’ fluss massima indikata mill-manifattur ta’ iktar minn 5 m3/fis-siegħa [mkejla f’kondizzjonijiet standard ta’ temperatura ta’ (273 K jew 0 °C) u ta’ pressjoni ta’ (101.3 kPa)]; u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Ligi b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

b.

Ċeramiki;

c.

Ferrosilikon;

d.

Fluworopolimeri;

e.

Ħġieġ (inklużi kisjiet vitrifikati jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

f.

Grafit jew ‘karbonju grafit’;

g.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

h.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

i.

Titanju jew ligi tat-titanju;

j.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

k.

Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju;

l.

Stainless steel; jew

m.

Ligi tal-aluminju.

Nota teknika:

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u implimentazzjoni oħra ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa.

2B350.i.

I.A2.011

‘Separaturi ċentrifugi’, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.c., b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosols u manufatturati minn:

a.

Ligi b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

e.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

f.

Titanju jew ligi tat-titanju; jew

g.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

Nota teknika:

‘Separaturi ċentrifugi’ jinkludu r-reċipjenti.

2B352.c.

I.A2.012

Filtri tal-metall miksijin bil-ġir, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.d., magħmulin min-nikil ligi tan-nikil b’aktar minn 40 % ta’ nikil fil-piż.

2B352.d.

I.A2.013

Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, 2B109 jew 2B209 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom.

Nota teknika:

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, magni li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming jitqiesu bħala magni tat-tip flow-forming.

2B009

2B109

2B209

ELETTRONIKA

I.A3.   Oġġetti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A3.001

Provvisti ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5. jew 3A227, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi li kontinwament jipproduċu, għal perijodu ta’ tmien siegħat, 10 kV jew aktar, bi produzzjoni ta’ kurrent ta’ 5 kW jew aktar, bl-isweeping jew mingħajru; u

b.

Kurrent jew stabbiltà ta’ vultaġġ aħjar minn 0.1 % fuq perijodu ta’ erba’ sigħat.

0B001.j.5.

3A227

I.A3.002

Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g jew 3A233, li kapaċi jkejlu joni ta’ 200 unit ta’ massa atomika jew iktar u li għandhom riżoluzzjoni li hija aħjar minn 2 partijiet f’200, kif ġej, u sorsi ta’ joni għalihom:

a.

Spettrometri tal-massa tal-plażma akkoppjati b’mod induttiv (ICP/MS);

b.

Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS);

c.

Spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS);

d.

Spettrometri tal-massa tal-bumbardament tal-elettron li għandhom kamra sorġenti mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’ ‘materjali li jirreżistu għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju UF6’;

e.

Spettrometri tal-massa tad-dija molekulari li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’azzar li ma jsaddadx jew molibdenu u mgħammra b’sifun kiesaħ li kapaċi jkessaħ sa 193 K (-80 °) jew inqas; jew

2.

Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’materjali reżistenti għal UF6;

f.

Spettrometri tal-massa mgħammra b’sors tal-joni ta’ ħafna żidiet ta’ fluworin iddisinnjati għal aktinidi jew fluworidi aktinidi.

0B002.g

3A233

I.A3.003

Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13 jew 3A225, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software ddisinjati speċjalment għalihom:

a.

Produzzjoni tal-multiphase li kapaċi tipprovdi enerġija ta’ 40 W jew akbar;

b.

Kapaċi jaħdmu fil-marġni ta’ frekwenza bejn 600 u 2 000 Hz; u

c.

Kontroll tal-frekwenza aħjar (inqas) minn 0.1 %.

1.

Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konverturi, inverturi, ġeneraturi, tagħmir tal-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza.

2.

Il-funzjonalità speċifikata f’dan il-punt tista’ tkun sodisfatta b’ċertu tagħmir li jkun jinsab fis-suq bħala: tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-rasmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza.

0B001.b.13.

3A225

I.A3.004

Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-ligi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal.

 

SENSURI U LEJŻERS

I.A6.   Oġġetti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A6.001

Vireg ta’ granat tal-ittriju aluminju (YAG)

 

I.A6.002

Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002 jew 6A004.b kif ġej:

Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta’ mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe).

6A002

6A004.b.

I.A6.003

Sistemi ta’ korretturi tal-fronti tal-mewġ, minbarra l-mirja speċifikati f’6A004.a, 6A005.e jew 6A005.f., biex jintużaw f’raġġ tal-lejżer b’dijametru ta’ aktar minn 4mm, u elementi magħmula speċifikament għalihom, inkluż sistemi ta’ kontroll, sensuri ta’ fronti tal-fażi u ‘mirja diformabbli’ inkuż mirja bimorf.

6A004.a.

6A005.e.

6A005.f.

I.A6.004

‘Lejżers’ tal-joni Argon, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5, 6A005 u jew 6A205.a., li għandhom saħħa tal-ħruġ medja daqs jew ikbar minn 5 W.

0B001.g.5.

6A005.a.6.

6A205.a.

I.A6.005

‘Lejżers’ semikondutturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.b., u komponenti tagħhom, kif ġej:

a.

‘Lejżers’ individwali semikondutturi li jipproduċu saħħa tal-ħruġ ta’ aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta’ aktar minn 100;

b.

Armaturi tal- ‘lejżer’ semikondutturi li jipproduċu saħħa tal-ħruġ ta’ aktar minn 20 W.

1.

‘Lejżers’ semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- ‘lejżer’.

2.

Dan il-punt ma jkoprix dijodi tal- ‘lejżer’ b’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1.2 μm - 2.0 μm.

0B001.g.5.

0B001.h.6.

6A005.b.

I.A6.006

‘Lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli, ta’ tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta’ armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi li fihom mill-anqas armatura ‘lejżer’ waħda b’semikondutturi sintonizzabbli ta’ dak it-tul ta’ mewġ.

Nota:

‘Lejżers’ semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- ‘lejżer’.

0B001.h.6.

6A005.b.

I.A6.007

‘Lejżers’‘sinkronizzabbli’ fi stat solidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.c.1., u komponenti ddisinjati speċifikament għalihom, kif ġej:

a.

Lejżers taż-żaffir-titanju,

b.

Lejżers bl-alessandrite.

0B001.g.5.

0B001.h.6.

6A005.c.1.

I.A6.008

‘Lejżers’ (minbarra dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, minbarra dawk speċifikati f’6A005.c.2.b., li għandhom wavelength tal-ħruġ aktar minn 1.0 μm iżda li ma jaqbiżx 1.1 μm u enerġija tal-ħruġ li taqbeż 10 J kull polz.

6A005.c.2.b.

I.A6.009

Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:

a.

Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li jkollhom frekwenza ta’ rikorrenza ta’ 1kHz jew aktar;

b.

Forniment għal frekwenza ta’ rikorrenza;

c.

Ċelluli pockels.

6A203.b.4.

I.A6.010

Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, barra minn dawk speċifikati f’6A203.c., iddisinjati speċjalment, jew previsti bħala reżistenti għal doża ta’ radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy(silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva.

Nota teknika:

It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon meta tkun esposta għar-radjazzjoni ionizzanti.

6A203.c.

I.A6.011

Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5, 6A005 u jew 6A205.c., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

b.

Jipproduċu qawwa medja ta’ aktar minn 10 W iżda mhux aktar minn 30 W;

c.

Rata ta’ ripetizzjoni li taqbeż 1 kHz; u

d.

Wisa’ ta’ impuls ta’ inqas minn 100 ns.

Nota:

Dan il-punt ma jkoprix oxxillaturi monomodi.

0B001.g.5.

6A005

6A205.c.

I.A6.012

‘Lejżers’ bl-impulsi tad-dijossidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.h.6., 6A005.d. jew 6A205.d., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 11 μm;

b.

Rata ta’ ripetizzjoni li taqbeż 250 kHz;

c.

Jipproduċu saħħa tal-ħruġ medja ta’ aktar minn 100 W iżda mhux aktar minn 500 W; u

d.

Wisa’ ta’ impuls ta’ inqas minn 200 ns.

0B001.h.6.

6A005.d.

6A205.d.

NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI

I.A7.   Oġġetti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A7.001

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej:

a.

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq ‘inġenji tal-ajru ċivili’ mill-awtoritajiet ċivili ta’ Stat parteċipant fil-Ftehim ta’ Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall- ‘inġenji tal-ajru’, vetturi tal-art, bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ qiegħ il-baħar) jew ‘vetturi tal-ispazju’ għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom:

a.

Żball ta’ navigazzjoni (inerzjali liberu) sussegwenti għall-alinjament normali ta’ 0.8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP) jew anqas (aħjar); jew

b.

Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta’ aċċelerazzjoni lineari li taqbeż 10 g;

2.

Sistemi ta’ Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f’Sistema/i ta’ Satellita Globali ta’ Navigazzjoni (GNSS) jew ma’ Sistema/i ta’ ‘Navigazzjoni b’Referenzi f’Bażi tad-Data’ (Data-Based Referenced Navigation - ‘DBRN’) għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollhom eżattezza ta’ pożizzjoni ta’ navigazzjoni INS wara t-telf ta’ GNSS jew ‘DBRN’ għall-perijodu sa erbà minuti, ta’ inqas minn (aħjar) 10 metri, ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (Circular Error Probable- CEP);

3.

Tagħmir Inerzjali għall-Indikar tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana, b’waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati speċjalment għalih:

a.

Iddisinjat għal preċiżjoni ta’ indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad; jew

b.

Iddisisinjat li jkollu livell ta’ skoss mhux operattiv ta’ mill-inqas 900 g għal tul ta’ mill-inqas millisekonda waħda.

b.

Sistemi ta’ teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali iddisinjat speċjalment għal sondaġġi ta’ użu ċivili u maħsub li jkollu preċiżjoni ta’ Direzzjoni Azimuth, Rotta jew Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad, flimkien mal-komponenti ddisinjati speċjalment għalih.

c.

Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f’7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri jkunu ddisinjati speċjalment u żviluppati bħala sensuri MWD (Measurement While Drilling – Kejl Waqt it-Tħaffir) għal użu f’operazzjonijiet ta’ servizzi tal-bjar.

Nota: Il-parametri ta’ a.1. u a.2. huma applikabbli għall-kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

1.

Vibrazzjoni każwali tad-dħul b’kobor globali ta’ 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta’ siegħa u nofs għal kull assi f’kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq dan li ġej:

a.

Densità ta’ qawwa kostanti spektrali (PSD) valur ta’ 0.04 g2/Hz fuq intervall ta’ frekwenza ta’ 15 sa 1 000 Hz; u

b.

L-attenwati tal-PSD bi frekwenza minn 0.04 g2/Hz sa 0.01 g2/Hz, fuq intervall ta’ frekwenza minn 1 000 sa 2 000 Hz;

2.

Rata ta’ roll u yaw ugwali daqs jew aktar minn +2.62 radian/s (150 grad/s); jew

3.

Skont l-istandards nazzjonali ekwivalenti għal 1. jew 2. hawn fuq.

1.

a.2.. tirreferi għal sistemi fejn l-INS u għajnuniet ta’ navigazzjoni indipendenti oħrajn jinbnew f’unit uniku (ġo fih) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba.

2.

‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (Circular Error Probable – CEP) - F’distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-radju taċ-ċirku li jkun ta’ 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkun ittieħed, jew ir-radju taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta’ probabbiltà li jiġi lokalizzat.

7A001

7A003

7A101

7A103

AJRUSPAZJU U PROPULSJONI

I.A9.   Oġġetti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A9.001

Skorfini splussivi.

 

B.   SOFTWER

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.B.001

Softwer meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Merkanzija).

 

C.   TEKNOLOĠIJA

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.C.001

Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Merkanzija).

 


(1)  Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni ta’ ppożizzjonar f’konformità ma’ ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma qegħdin stabbiliti.


ANNESS II

“ANNESS IV

Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)

A.

Persuni fiżiċi:

(1)

Han Yu-ro. Kariga: Direttur ta’ Korea Ryongaksan General Trading Corporation. Informazzjoni oħra: involut fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Korea ta’ Fuq. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(2)

Hwang Sok-hwa. Kariga: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Informazzjoni oħra: involut fil-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq bħala Kap tal-Uffiċċju ta' Gwida Xjentifika fil-GBAE; kien membru fil-Kumitat Xjentifiku fl-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(3)

Ri Hong-sop. Data tat-twelid: 1940. Kariga: Ex-Direttur, Yongbyon Nuclear Research Centre. Informazzjoni oħra: issorvelja tliet impjanti ewlenin li jassistu fil-produzzjoni tal-plutonju ta’ livell militari: l-Impjant tal-Produzzjoni ta’ Kombustibbli, ir-Reattur Nukleari u l-Fabbrika ta’ Trattament tal-Kombustibbli Użat. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(4)

Ri Je-son (magħruf ukoll bħala Ri Che-son). Data tat-twelid: 1938. Kariga: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq. Informazzjoni oħra: jiffaċilita diversi proġetti nukleari inkluża l-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(5)

Yun Ho-jin (magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin). Data tat-twelid: 13.10.1944. Kariga: Direttur tan-Namchongang Trading Corporation. Informazzjoni oħra: jissorvelja l-importazzjoni tal-oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:

(1)

Korea Mining Development Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; (b) EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; (c) DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; (d) “KOMID”). Indirizz: Central District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Negozjant primarju tal-armi u esportatur ewlieni ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Data tal-ħatra: 24.4.2009.

(2)

Korea Ryonbong General Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; (b) LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION). Indirizz: Pot’onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Konglomerat tad-difiża speċjalizzat fix-xiri għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ ta’ materjal militari ta' dak il-pajjiż. Data tal-ħatra: 24.4.2009.

(3)

Tanchon Commercial Bank (magħruf wkoll bħala (a) CHANGGWANG CREDIT BANK; (b) KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK). Indirizz: Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u merkanzija marbuta mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ dawn l-armi. Data tal-ħatra: 24.4.2009.

(4)

General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)). Indirizz: Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: il-GBAE hija responsabbli għall-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq, li jinkludi l-Yongbyon Nuclear Research Centre u r-reattur ta’ riċerka tiegħu għall-produzzjoni tal-plutonju ta’ 5 megawatt elettriċi (25 megawatt termiċi), kif ukoll l-impjanti ta’ produzzjoni ta’ kombustibbli u ta’ trattament tal-kombustibbli użat. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet marbutin mal-attivitajiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Nukleari. Il-GBAE hi l-aġenzija primarja tal-Gvern tal-Korea ta’ Fuq għas-superviżjoni tal-programmi nukleari, inkluż l-operat tal-Yongbyon Nuclear Research Centre. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(5)

Hong Kong Electronics (magħruf ukoll bħala Hong Kong Electronics Kish Co.). Indirizz: Sanaee St., Kish Island, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetà ta' Tanchon Commercial Bank u KOMID jew ikkontrollata minnhom, jew li taġixxi jew li għandha l-intenzjoni li taġixxi għalihom jew f'isimhom; (b) Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn maħturin mill-Kumitat tan-NU dwar is-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Il-Hong Kong Electronics iffaċilitat il-movimenti ta’ flejjes mill-Iran għall-Korea ta’ Fuq f'isem il-KOMID. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(6)

Korea Hyoksin Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala Korea Hyoksin Export And Import Corporation). Indirizz: Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation (maħtura mill-Kumitat tan-NU dwar is-Sanzjonijiet f’April 2009) u involuta fl-iżvilupp ta' armi ta’ qerda tal-massa. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(7)

Korean Tangun Trading Corporation. Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) Korea Tangun Trading Corporation hi subordinata tat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għax-xiri ta’ prodotti prinċipali u teknoloġiji għall-appoġġ tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp tal-Korea ta' Fuq għad-difiża, inkluż, iżda mhux limitata għal, programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist marbutin mal-armi tal-qerda tal-massa, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti skont sistemi rilevanti ta' kontroll multilaterali. Data tal-ħatra: 16.7.2009.

(8)

Namchongang Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation). Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) Namchongang hija kumpannija kummerċjali tal-Korea ta' Fuq li hi subordinata tal-GBAE. Namchongang diġà kienet involuta fix-xiri ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’impjant nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll fix-xiri marbut mal-attivitajiet nukleari b'assoċjazzjoni ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattati għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li kien ir-rappreżentant tal-Korea ta’ Fuq għall-ispezzjoni tal-impjanti nukleari ta’ Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir meta wieħed iqis l-attivitajiet ta' proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq fil-passat. Data tal-ħatra: 16.7.2009.”


ANNESS III

“ANNESS V

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   Persuni

#

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

Data tat-twelid: 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (provinċja ta' Hamgyong Nord)

Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon

3.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l- 1928 u l-1933

Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża.

4.

HYON Chol-hae

Data tat-twelid: 1934 (Mandchourie, Ċina)

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

5.

JON Pyong-ho

Data tat-twelid: 1926

Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

6.

KIM Tong-un

Data tat-twelid: 1936

Numru tal-passaport: 554410660

Direttur tal-‘Uffiċċju 39’ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

7.

KIM Yong-chun (magħruf bħala Young-chun)

Data tat-twelid: 04.3.1935

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, Konsulent Speċjali ta' Kim Jong II għall-Istrateġija Nukleari

8.

O Kuk-Ryol

Data tat-twelid: 1931 (provinċja ta' Jilin, Ċina)

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku.

9.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid: 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

10.

PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong)

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-passaport: 554410661

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

11.

PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

Data tat-twelid: 20.9.1929

Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM

12.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali

13.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


B.   Entitajiet u korpi

#

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

 

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

2.

Korea Pugang mining and machinery corporation ltd

 

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009), li tamministra fabbriki għall-produzzjoni ta' trab tal-alluminju li jista' jintuża fil-qasam tal-missili.

3.

Korean Ryengwang trading corporation

 

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

4.

Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp)

 

Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.”


ANNESS IV

“ANNESS VI

LISTA TAL-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU U FINANZJARJI, TAL-FERGĦAT U TAS-SUSSIDJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11A


Top