Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1217

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (Verżjoni kkodifikata)

ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1217/oj

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/27


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

(verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 79/65 tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-iżvilupp tal-politika agrikola komuni jitlob li jkun hemm disponibbli informazzjoni oġġettiva u rilevanti dwar id-dħul fid-diversi kategorji ta’ azjendi agrikoli u dwar l-operazzjonijiet kummerċjali ta’ azjendi li jaqgħu f’kategoriji li jeħtieġu attenzjoni speċjali fuq livell Komunitarju.

(3)

Il-kontijiet ta’ azjendi agrikoli jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ l-informazzjoni essenzjali għal kull valutazzjoni tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli u għall-istudju dwar l-operazzjoni kummerċjali tagħhom.

(4)

L-informazzjoni miġbura għandha tiġi miksuba minn azjendi agrikoli magħżula b’mod speċjali u adatt skond regoli komuni u trid tkun ibbażata fuq fatti verifikabbli. Din l-informazzjoni għandha tirrifletti l-kondizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u soċjali ta’ l-azjendi involuti, tittieħed minn azjendi individwali, tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun, tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi, tkun preżentata b’forma komuni u tkun tista’ tiġi użata f’kull mument u bid-dettalji kollha mill-Kummissjoni.

(5)

Dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ netwerk Komunitarju għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “netwerk ta’ l-informazzjoni”), abbażi ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità agrikoli li jeżistu f’kull Stat Membru, li jgawdu l-kunfidenza tal-partijiet konċernati u li jiddependu fuq il-parteċipazzjoni volontarja tagħhom.

(6)

Sabiex jinkisbu r-riżultati tal-kontabilità li jkunu omoġenji biżżejjed fil-livell Komunitarju, l-azjendi li jibagħtu prospett għandhom ikunu mifruxa fost it-taqsimiet varji u fost il-kategoriji varji ta’ l-azjendi fuq il-bażi ta’ stratifikazzjoni fl-oqsma ta’ l-istħarriġ ibbażata fuq it-tipoloġija Komunitarja ta’ l-azjendi agrikoli kif stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (4).

(7)

It-taqsimiet tan-netwerk ta’ informazzjoni għandhom sa fejn huwa possibbli, ikunu identiċi għal dawk użati għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra reġjonali li huma essenzjali sabiex jiġu pprovduti l-linji gwida għall-politika agrikola komuni.

(8)

Għal raġunijiet maniġerjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex temenda l-lista ta’ taqsimiet ta’ Stati Membri, fuq talba minn Stat Membru.

(9)

Il-qasam ta’ l-istħarriġ tan-netwerk ta’ l-informazzjoni jrid jinkludi l-azjendi agrikoli kollha ta’ ċertu daqs ekonomiku, irrispettivament minn kull xogħol barrani li l-operatur jista’ jidħol għalih. Din il-firxa għandha terġa’ tiġi eżaminata perjodikament fid-dawl ta’ l-informazzjoni l-ġdida rigward l-Istħarriġ dwar l-Istruttura ta’ l-Azjendi Agrikoli.

(10)

L-azjendi li jibagħtu prospett iridu jiġu magħżula skond ir-regoli stabbiliti fil-kuntest ta’ pjan ta’ għażla mmirat sabiex jikseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità tal-qasam ta’ l-istħarriġ.

(11)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa mixtieq illi d-deċiżjonijiet ewlenija li jirrigwardaw l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, b’mod partikolari t-twaqqif tal-pjan ta’ l-għażla, għandhom jiġu adottati fil-livell nazzjonali. Bħala konsegwenza ta’ dan, huwa f’dan il-livell illi korp għandu jinghata r-responsabbiltà għal dan ix-xogħol. Dawk l-Istati Membri li għandhom numru ta’ taqsimiet għandhom, madankollu, jkunu ħielsa li jżommu l-kumitati reġjonali.

(12)

L-aġenzija nazzjonali tal-kollegament trid tieħu sehem qawwi fl-immaniġġar tan-netwerk ta’ informazzjoni.

(13)

Sabiex jintagħżlu l-azjendi agrikoli u sabiex tiġi analizzata u evalwata l-informazzjoni miġbura, huwa neċessarju li ssir referenza għal informazzjoni miksuba minn sorsi oħra.

(14)

Il-bdiewa għandhom jiġu assigurati illi l-kontijiet u d-dettalji individwali l-oħra kollha tagħhom miksuba f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma jkunux sejrin jintużaw għal skopijiet ta’ tassazzjoni jew għal skopijiet oħra għajr għal dawk previsti f’ dan ir-Regolament jew li ma jkunux sejrin jiġu żvelati mill-persuni li jipparteċipaw jew ikunu pparteċipaw fin-netwerk Komunitarju ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola.

(15)

Sabiex tissodisfa ruħha dwar l-oġġettività u r-rilevanza ta’ l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni għandha tkun f’posizzjoni li tikseb id-dettalji kollha meħtieġa dwar il-mod kif il-korpi li huma fdati bl-għażla ta’ l-azjendi agrikoli u ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jieħdu sehem fin-netwerk Komunitarju ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola jaqdu d-dmirijiet tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, li tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(16)

In-netwerk ta’ informazzjoni hija għodda utli li tagħmilha possibbli għall-Komunità li tiżviluppa l-politika agrikola komuni u sservi, bħala konsegwenza, lill-Istati Membri kif ukoll lill-Komunità. L-ispejjeż tas-sistemi kompjuterizzati li fuqhom toqgħod in-netwerk u ta’ studji u attivitajiet ta’ żvilupp ta’ aspetti oħra tan-netwerk, għandhom għalhekk ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju.

(17)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT TA’ NETWERK KOMUNITARJU DWAR INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ AGRIKOLA

Artikolu 1

1.   Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-politika agrikola komuni, netwerk Komunitarju għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità agrikola huwa stabbilit (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “netwerk ta’ informazzjoni”).

2.   L-iskop tan-netwerk ta’ informazzjoni għandu jkun li tinġabar l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

kalkolu annwali tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli li jaqaw fil-qasam ta’ l-istħarriġ kif imfisser fl-Artikolu 5; u

(b)

analiżi kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli.

3.   L-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ l-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul ta’ l-ażjendi agrikoli fil-Komunità. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena, speċjalment sabiex jiġu ffissati l-prezzijiet annwali tal-prodotti agrikoli.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“operatur” tfisser il-persuna fiżika responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ azjenda agrikola;

(b)

“kategorija ta’ l-azjenda” tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartjenu għall-istess kategoriji f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip tal-biedja u d-daqs ekonomiku kif definit fit-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli stabbiliti bir- Regolament (KE) Nru 1242/2008;

(c)

“azjenda li tibgħat prospett” tfisser kwalunkwe azjenda agrikola li tagħmel prospett għall-għanijiet tan-netwerk ta’ informazzjoni;

(d)

“taqsima” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu kif delimitat bl-għan tal-għażla ta’ azjendi li jibagħtu prospett; lista’ ta’ dawn it-taqsimiet tidher fl-Anness I;

(e)

“informazzjoni tal-kontabilità” tfisser kwalunkwe informazzjoni ta’ natura teknika, finanzjarja jew ekonomika dwar azjenda agrikola miksuba minn kontijiet li jikkonsistu f’entrati li jsiru regolarment u sistematikament matul is-sena tal-kontabilità.

Artikolu 3

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-lista ta’ taqsimiet għandha tkun emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), sakemm it-talba tikkonċerna t-taqsimiet ta’ l-Istat Membru.

KAPITOLU II

KALKOLU TAD-DĦUL MINN AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 4

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall- ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli.

Artikolu 5

1.   L-istħarriġ msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) għandu jkopri l-azjendi agrikoli li għandhom daqs ekonomiku ugwali għal jew ikbar minn limitu espress f’euro li jikkorrispondi għal wieħed mil-limiti l-iktar baxxi tal-klassijiet ta’ daqs ekonomiku kif mfissra fit-tipoloġija Komunitarja.

2.   Biex tikkwalifika bħala azjenda li tibgħat prospett, azjenda agrikola għandha:

(a)

jkollha daqs ekonomiku ugwali għal, jew akbar minn, limitu li jrid jiġi stabbilit skond il-paragrafu 1;

(b)

tinħadem minn bidwi li jżomm il-kontijiet jew li jkun dispost u kapaċi jżomm il-kontijiet agrikoli u li jkun dispost li jippermetti li l-informazzjoni dwar il-kontabilità mil-ażjenda tiegħu tkun disponibbli għall-Kummissjoni;

(c)

tkun rappreżentattiva, flimkien ma’ l-azjendi l-oħra u fil-livell ta’ kull taqsima, tal-qasam ta’ l-istħarriġ.

3.   In-numru massimu ta’ azjendi li jibagħtu prospett għandu jkun ta’ 105 000 għall-Komunità.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-limitu għad-daqs ekonomiku u n-numru ta’ azjendi li jibagħtu prospett għal kull taqsima skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 6

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Nazzjonali”.

2.   Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli mill-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett. Għal dan l-għan, id-dmirijiet tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni ta’:

(a)

il-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, fejn jispeċifikaw b’mod partikolari t-tqassim ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għal kull kategorija ta’ azjenda, u r-regoli dettaljati għall-għażla ta’ l-azjendi msemmija;

(b)

ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

3.   Il-president tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.

Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu. Fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.

4.   L-Istati Membri li jkollhom diversi taqsimiet jistgħu, għal kull taqsima taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Reġjonali”).

Il-Kumitat Reġjonali għandu, b’mod partikolari, ikollu d-dmir li jikkoopera ma’ l-aġenzija ta’ kollegament msemmija fl-Artikolu 7 fl-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 7

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li d-dmirijiet tagħha għandhom ikunu li:

(a)

tgħarraf lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità bir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni li jirrigwardawhom u li tassigura li dawn ir-regoli jkunu implimentati kif xieraq;

(b)

tfassal u tissottometti lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara dan tippreżenta lill-Kummissjoni:

(i)

il-pjan ta’ l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, li għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni statistika l-iktar riċenti, ippreżentata skond it-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli;

(ii)

ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

(c)

tiġbor:

(i)

il-lista ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

(ii)

il-lista ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew il-prospett ta’ l-ażjendi agrikoli skond il-klawżoli tal-kuntratti previsti fl-Artikoli 10 u 15;

(d)

tgħaqqad flimkien il-prospetti mill-azjendi agrikoli mibgħuta mill-uffiċċji tal-kontabilità u li tivverifika fuq il-bażi ta’ programm komuni ta’ spezzjoni li dawn ikunu ġew mimlija kif dovut;

(e)

tibgħat il-prospetti mill-ażjendi agrikoli mimlija kif dovut lill-Kummissjoni minnufih wara li tkun saret il-verifika;

(f)

tittrasmetti lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità t-talbiet għat-tagħrif previst fl-Artikolu 17 u twassal it-tweġibiet rilevanti lill-Kummissjoni.

2.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 8

1.   Kull azjenda li tibgħat prospett għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ ażjenda agrikola individwali u anonimu.

2.   L-informazzjoni tal-kontabilità pprovduta minn kull azjenda agrikola li tibgħat prospett għandha tkun tali li jkun possibbli li:

tiġi karatterizzata l-azjenda li tibgħat prospett b’referenza għall-elementi prinċipali tal-fatturi tal-produzzjoni tagħha,

ssir stima tad-dħul ta’ l-azjenda fid-diversi forom tagħha,

tiġi verifikata l-verità ta’ l-informazzjoni mogħtija permezz ta’ kontrolli fuq il-post.

3.   It-tip ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tingħata fi prospett ta’ ażjenda agrikola, il-forma li biha għandha tiġi preżentata din l-informazzjoni u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati magħha għandhom jingħataw skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 9

Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun magħżula bħala azjenda li tibgħat prospett għandu jagħżel, minn lista miġbura għal dan l-iskop mill-aġenzija ta’ kollegament, uffiċċju tal-kontabilità li jkun dispost li jimla l-prospett għall-azjenda tiegħu skond il-klawżoli tal-kuntratt previsti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

1.   Kull sena, għandu jiġi konkluż kuntratt fuq l-awtorità ta’ l-Istat Membru bejn l-awtorità kompetenti nominata minn dan l-Istat Membru u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul kif previst fl-Artikolu 9. Permezz ta’ dan il-kuntratt l-uffiċċju tal-kontabilità għandu jintrabat, bi ħlas ta’ miżata stabbilita, li jimla l-prospetti ta’ ażjendi agrikoli b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8.

2.   Il-klawżoli tal-kuntratt, imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

3.   Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi notifikat dwar id-dmirijiet tiegħu mill-kanali amministrattivi normali.

KAPITOLU III

ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ GĦALL-ISKOPIJIET TA’ ANALIŻI KUMMERĊJALI TA’ L-AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 11

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall- ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità għall-iskopijiet ta’ analiżi kummerċjali ta’ azjendi agrikoli.

Artikolu 12

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) għandhom jiġu determinati dawn li ġejjin:

is-suġġetti ta’ l-analiżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b);

regoli dettaljati dwar l-għażla u n-numru ta’ azjendi li jibagħtu prospett, u dawn għandhom jiġu stabbiliti skond l-objettivi ta’ kull analiżi partikolari.

Artikolu 13

1.   Kull azjenda li tibgħat prospett magħżula b’konformità mar-regoli adotatti skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 12 għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ ażjenda agrikola speċjali, li għandu jkun individwali għal dik l-azjenda u anonimu. Dan il-prospett ta’ ażjenda agrikola għandu jinkludi l-informazzjoni tal-kontabilità mitluba fl-Artikolu 8 (2) u kull punt u dettal ieħor tal-kontabilità li kull analiżi partikolari tista’ tirrikjedi.

2.   It-tip ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tingħata fil-prospett ta’ ażjenda agrikola speċjali, il-forma li fiha din l-informazzjoni għandha tiġi preżentata u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati magħhom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

3.   Prospetti speċjali ta’ l-ażjendi agrikoli għandhom jimtlew mid-diversi uffiċċji tal-kontabilità previsti fl-Artikolu 14.

Artikolu 14

Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun magħżula b’konformità mar-regoli adotatti skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 12 għandu jagħżel mil-lista miġbura għal dan l-għan mill-aġenzija ta’ kollegament, uffiċċju tal-kontabilità li huwa dispost li jimla l-prospett speċjali għall-azjenda tiegħu skond il-klawżoli tal-kuntratt stabbiliti fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

1.   Għandu jiġi konkluż kuntratt fuq l-awtorità ta’ l-Istat Membru bejn l-awtorità kompetenti nnominata minn dan ta’ l-aħħar u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul hekk kif previst mill-Artikolu 14. B’dan il-kuntratt, l-uffiċċju tal-kontabilità għandu jintrabat, bi ħlas ta’ miżata stabillita, li jimla l-prospetti speċjali ta’ l-ażjendi agrikoli b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

2.   Il-klawżoli tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-klawżoli supplimentari li jistgħu jitniżżlu f’dak il-kuntratt mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura.

3.   Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi nnotifikat dwar id-dmirijiet tiegħu mill-kanali amministrattivi normali.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 16

1.   Għandu jkun ipprojbit l-użu għal skop ta’ tassazzjoni ta’ kull informazzjoni dwar il-kontabilità individwali jew dwar dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew li tiġi żvelata jew tintuża din l-informazzjoni għal skopijiet oħra għajr dawk previsti fl-Artikolu 1.

2.   Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fin-netwerk ta’ informazzjoni li tiżvela xi informazzjoni individwali tal-kontabilità jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali għal dan l-eżerċizzju.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippenalizzaw il-ksur tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 17

1.   Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija ta’ kollegament u l-uffiċċji tal-kontabilità għandhom ikunu marbuta, fil-qofol ta’ l-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ta’ l-aħħar tista’ titlob minnhom rigward it-twettiq tad-doveri tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija ta’ kollegament.

2.   Fil-każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inadegwata jew jekk din l-informazzjoni tonqos li tasal fi żmien tajjeb, il-Kummissjoni tista’, bil-kollaborazzjoni ta’ l-aġenzija ta’ kollegament, tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post.

Artikolu 18

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Komunitarju tan-Netwerk ta’ Informazzjoni dwar il-Kontabbiltà ta’ l-ażjendi agrikoli (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Komunitarju”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.

3.   Il-Kumitat Komunitarju għandu jiġi kkonsultat għall-iskop li:

(a)

jivverifika illi l-pjanijiet għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5;

(b)

janalizza u jevalwa r-riżultati ppeżati annwali forniti min-netwerk ta’ informazzjoni, wara li titqies b’mod partikolari l-informazzjoni miksuba minn sorsi oħra, inter alia, mill-kontijiet ta’ l-ażjendi agrikoli u l-istatistika b’mod ġenerali u mill-kontijiet nazzjonali.

4.   Il-Kumitat Komunitarju jista’ jeżamina kull materja oħra li titqajjem mill-president tiegħu, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu u kemm fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

Għandu jeżamina kull sena, f’Ottubru, ix-xejra tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli Komunitarji, b’referenza b’mod partikolari għar-riżultati aġġornati tan-nework ta’ informazzjoni.

Għandu jinżamm regolarment imgħarraf dwar ix-xogħol tan-netwerk ta’ informazzjoni.

5.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Kumitat Komunitarju.

Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat Komunitarju għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

1.   Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:

(a)

dawk l-ispejjeż tan-netwerk ta’ informazzjoni li jkunu attribwiti għall-ħlasijiet ta’ miżati lill-uffiċċji tal-kontabilitià għat-twettiq minnhom tad-dmirijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 15;

(b)

l-ispejjeż kollha tas-sistemi kompjuterizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, il-verifika, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni tal-kontabilità fornita mill-Istati Membri.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tan-netwerk ta’ informazzjoni.

2.   L-ispejjeż rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali u l-aġenziji ta’ kollegamemt m’għandhomx jiġu inklużi fil-baġit Komunitarju.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KEE) Nru 79/65/KEE huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  Opinjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

Lista tat-taqsimiet imsemmija fl-Artikolu 2(d)

ll-Belġju

1.

Vlaanderen

2.

Bruxelles-Brussel

3.

Wallonie

Il-Bulgarija

1.

Северозападен (Severozapaden)

2.

Северен централен (Severen tsentralen)

3.

Североизточен (Severoiztochen)

4.

Югозападен (Yugozapaden)

5.

Южен централен (Yuzhen tsentralen)

6.

Югоизточен (Yugoiztochen)

Madankollu, il-Bulgarija tista' tikkostitwixxi taqsima waħda sal-31 Diċembru 2009

Ir-Repubblika Ċeka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Id-Danimarka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Ġermanja

1.

Schleswig-Holstein

2.

Hamburg

3.

Niedersachsen

4.

Bremen

5.

Nordrhein-Westfalen

6.

Hessen

7.

Rheinland-Pfalz

8.

Baden-Württemberg

9.

Bayern

10.

Saarland

11.

Berlin

12.

Brandenburg

13.

Mecklenburg-Vorpommern

14.

Sachsen

15.

Sachsen-Anhalt

16.

Thüringen

L-Estonja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Irlanda

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Greċja

1.

Μακεδονία–Θράκη

2.

Ήπειρος–Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου

3.

Θεσσαλία

4.

Στερεά Ελλάς–Νήσοι Αιγαίου–Κρήτη

Spanja

1.

Galicia

2.

Asturias

3.

Cantabria

4.

País Vasco

5.

Navarra

6.

La Rioja

7.

Aragón

8.

Cataluña

9.

Baleares

10.

Castilla-León

11.

Madrid

12.

Castilla-La Mancha

13.

Comunidad Valenciana

14.

Murcia

15.

Extremadura

16.

Andalucía

17.

Canarias

Franza

1.

Île de France

2.

Champagne-Ardenne

3.

Picardie

4.

Haute-Normandie

5.

Centre

6.

Basse-Normandie

7.

Bourgogne

8.

Nord-Pas de Calais

9.

Lorraine

10.

Alsace

11.

Franche-Comté

12.

Pays de la Loire

13.

Bretagne

14.

Poitou-Charentes

15.

Aquitaine

16.

Midi-Pyrénées

17.

Limousin

18.

Rhône-Alpes

19.

Auvergne

20.

Languedoc-Roussillon

21.

Provence-Alpes-Côte d'Azur

22.

Corse

L-Italja

1.

Piemonte

2.

Valle d'Aosta

3.

Lombardia

4.

Alto Adige

5.

Trentino

6.

Veneto

7.

Friuli — Venezia Giulia

8.

Liguria

9.

Emilia — Romagna

10.

Toscana

11.

Umbria

12.

Marche

13.

Lazio

14.

Abruzzi

15.

Molise

16.

Campania

17.

Puglia

18.

Basilicata

19.

Calabria

20.

Sicilia

21.

Sardegna

Ċipru

Jikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Latvja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Litwanja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Lussemburgu

Jikkostitwixxi taqsima waħda

L-Ungerija

1.

Közép-Magyarország

2.

Közép-Dunántúl

3.

Nyugat-Dunántúl

4.

Dél-Dunántúl

5.

Észak-Magyarország

6.

Észak-Alföld

7.

Dél-Alföld

Malta

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Awstrija

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Polonja

1.

Pomorze et Mazury

2.

Wielkopolska et Śląsk

3.

Mazowsze et Podlasie

4.

Małopolska et Pogórze

Il-Portugall

1.

Norte e Centro

2.

Ribatejo-Oeste

3.

Alentejo e Algarve

4.

Açores e Madeira

Ir-Rumanija

1.

Nord-Est

2.

Sud-Est

3.

Sud-Muntenia

4.

Sud-Vest-Oltenia

5.

Vest

6.

Nord-Vest

7.

Centru

8.

București-Ilfov

Is-Slovenja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Is-Slovakkja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Finlandja

1.

Etelä-Suomi

2.

Sisä-Suomi

3.

Pohjanmaa

4.

Pohjois-Suomi

L-Isvezja

1.

Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

2.

Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

3.

Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana

Ir-Renju Unit

1.

England — north region

2.

England — east region

3.

England — west region

4.

Wales

5.

Scotland

6.

Northern Ireland


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE

(ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1972, Anness I, Punt II.A.4 u l-Anness II, Punt II.D.1

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 59 u p. 125)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2835/72

(ĠU L 298, 31.12.1972, p. 47)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2910/73

(ĠU L 299, 27.10.1973, p. 1)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1979, Anness I, Punti II.A u II.G.

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 64 u p. 87)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81

(ĠU L 210, 30.7.1981, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3644/85

(ĠU L 348, 24.12.1985, p. 4)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1985, Anness I, Punt XIV.(i)

ĠU L 302, 15.11.1985, p. 235)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3768/85

(ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8)

punt (2) biss ta’ l-Anness

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/90

(ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23)

Anness XVI biss

Att ta' Adeżjoni tal-1994, Punt V.A.I

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 117)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/95

(ĠU L 291, 6.12.1995, p. 3)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97

(ĠU L 174, 2.7.1997, p. 7)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

punt (1) biss ta’ l-Anness II

Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness I, Punt 6.A.1

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 346)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003

(ĠU L 308, 25.11.2003, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004

(ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Il-punt 1 biss tat-Taqsima A tal-Kapitolu 5 tal-Anness

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1469/2007

(ĠU L 329, 14.12.2007, p. 5)

 


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament Nru 79/65/EEC

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(b)(i)

Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(b)(ii)

Artikolu 6(1)(c), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(c)(i)

Artikolu 6(1)(c), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(c)(ii)

Artikolu 6(1)(e),(f), u (g)

Artikolu 7(1)(e), (f) u (g)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 18(1), (2) u (3)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 18(4) u (5)

Artikolu 21, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 18(6)

Artikolu 21, it-tielet paragrafu

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 21

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top