This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0793
Commission Regulation (EC) No 793/2009 of 31 August 2009 amending Regulation (EC) No 595/2004 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1788/2003 establishing a levy in the milk and milk products sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2009 tal- 31 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2009 tal- 31 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
ĠU L 228, 1.9.2009, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0595 | Żieda | anness 2BI | 04/09/2009 | |
Modifies | 32004R0595 | Żieda | artikolu 27.6 | 04/09/2009 | |
Modifies | 32004R0595 | Sostituzzjoni | artikolu 27.4 | 04/09/2009 | |
Modifies | 32004R0595 | Żieda | artikolu 27.5 | 04/09/2009 |
1.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 793/2009
tal-31 ta’ Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 85 u 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 258/2009 (3), jipprovdi miżura biex l-Istati Membri jirrapportaw annwalment dwar kemm ġiet użata l-kwota, id-distribuzzjoni tal-kwota mhux użata lill-produtturi, u fejn rilevanti, dwar il-ġbir tal-imposta dovuta mill-produtturi bl-iskop li jappoġġjaw is-superviżjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kwota u partikolarment fil-kuntest tar-rapporti li se jiġu provduti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-tmiem tal-2010 u l-2012. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (4), li r-regoli tiegħu ġew sostitwiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bidlu r-rwol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-imposta għaż-żejjed u b’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni mhijiex kompletament konxja tal-kwistjonijiet li jirriżultaw fil-ġbir tal-imposta. Peress li tagħrif bħal dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żviluppata evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema u tal-implimentazzjoni tagħha, huwa xieraq li l-Istati Membri jipprovdu tagħrif rilevanti għal kull perjodu mill-2003/2004. |
(3) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti b’mod uniformi, jeħtieġ li tiġi stabbilita formola li tagħti l-ispeċifikazzjoni dettaljata għad-dejta. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 4 huwa sostitwit bil-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin: “4. Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-użu tal-kwota u l-ġbir tal-imposta fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu tal-istess sena kalendarja. Qabel l-1 ta’ Diċembru, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw aġġornament tar-rapport lill-Kummissjoni biex ikun jinkludi kull tagħrif ġdid disponibbli u rilevanti. 5. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jinkludi t-tagħrif dwar ir-riallokazzjoni ta’ kwota mhux użata inkluż l-għadd ta’ produtturi li saru allokazzjonijiet għalihom u l-bażi għall-allokazzjonijiet. Fir-rapport, l-Istati Membri għandhom jinkludu tal-inqas it-tagħrif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness IIa. Fil-każ tar-rapport li għandu jiġi kkomunikat qabel l-1 ta’ Ottubru 2009, dan għandu jipprovdi t-tagħrif rilevanti fir-rigward tal-perjodi ta’ 12-il xahar kemm tal-2008/2009 kif ukoll tal-2007/2008. 6. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jistipula l-ammont ta’ imposta għaż-żejjed imħallsa sa dik id-data lill-awtorità kompetenti, l-għadd ta’ produtturi li qed jagħtu kontribut għall-ħlas ta’ imposta għaż-żejjed imħallsa sa dik id-data, l-ammont u l-għadd ta’ każijiet fejn l-imposta għad trid titħallas, u l-ammont u l-għadd ta’ każijiet fejn l-imposta għaż-żejjed ġiet meqjusa impossibli li tinġabar minħabba każ ta’ falliment jew in-nuqqas konfermat fil-kapaċità tal-produtturi li jħallsu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti fil-format stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IIa. Ir-rapport li għandu jiġi kkomunikat qabel l-1 ta’ Ottubru 2009 għandu jinkludi d-dettalji fir-rigward tal-ġbir tal-imposta għal kull perjodu ta’ 12-il xahar mill-2003/2004 ‘l quddiem, jew dettalji fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 12-il xahar fil-każ tal-Istati Membri li implimentaw r-Regolament għall-ewwel darba wara l-2003/2004. Kull rapport sussegwenti għandu jaġġorna l-pożizzjoni fir-rigward tal-ġbir ta’ kwalunkwe imposta għaż-żejjed li qabel kienet ġiet irrappurtata bħala mhux imħallsa”. |
(2) |
Wara l-Anness II għandu jiddaħħal l-Anness IIa, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.
(3) ĠU L 81, 27.3.2009, p. 19.
(4) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.
ANNESS
“ANNESS IIa
Rapport imsemmi fl-Artikolu 27(4)
PARTI 1
Tagħrif fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu 20… li jinkludi kemm il-bejgħ bil-kunsinna kif ukoll il-bejgħ dirett
(1) |
L-għadd ta’ produtturi li jaqbżu l-kwota disponibbli tagħhom qabel ir-riallokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(2) |
L-ammont ta’ għotjiet eċċessivi u ta’ bejgħ dirett minn produtturi inklużi fil-punt (1) (kg) qabel ir-riallokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-għadd ta’ produtturi li jkunu użaw inqas mill-kwota disponibbli tagħhom. |
(4) |
L-ammont tal-kwota mhux użata mill-produtturi inklużi fil-punt (3) (kg). |
(5) |
L-għadd totali ta’ produtturi meħtieġa biex jikkontribwixxu għal ħlas ta’ imposta għaż-żejjed wara r-riallokazzjoni tal-kwota mhux użata skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
PARTI 2
A. INKLUDI BEJGĦ BIL-KUNSINNA + BEJGĦ DIRETT
Perjodu |
Għadd totali ta’ produtturi meħtieġa biex jikkontribwixxu għall-imposta |
Għadd ta’ produtturi li fir-rigward tagħhom l-imposta dovuta tħallset lill-awtorità kompetenti |
Għadd ta’ produtturi li fir-rigward tagħhom l-imposta dovuta ma tħallsitx lill-awtorità kompetenti |
Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) fejn l-imposta dovuta qed titfittex bi proċess amministrattiv |
Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) fejn l-imposta dovuta qed titfittex bi proċess legali |
Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) li fir-rigward tagħhom l-imposta li għandha titħallas hija soġġetta għal kontestazzjoni permezz ta’ proċess legali |
Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) li fir-rigward tagħhom l-imposta tqieset impossibli li tinġabar |
Oħrajn (żid kumment) |
(a) |
(b) |
(ċ) |
(d) |
(e) |
(f) |
(g) |
(h) |
(i) |
2003/2004 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2004/2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2005/2006 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2006/2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2007/2008 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2008/2009 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2009/2010 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2010/2011 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2011/2012 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2012/2013 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2013/2014 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2014/2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
NB: Il-kolonni minn (e) sa (i) huma subtotali tal-kolonna (d). |
B. INKLUDI BEJGĦ BIL-KUNSINNA + BEJGĦ DIRETT
Perjodu |
Ammont totali tal-imposta dovuta għall-perjodu |
Ammont tal-imposta mħallsa lill-awtorità kompetenti |
Ammont tal-imposta dovuta li għadha ma tħallsitx lill-awtorità kompetenti |
Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li qed titfittex bi proċess amministrattiv |
Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li qed titfittex bi proċess legali |
Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li hija soġġetta li tiġi soġġetta għal kontestazzjoni permezz ta’ proċess legali |
Ammont ta’ imposta inkluża f’(d) li hi meqjusa impossibli li tinġabar |
Oħrajn (żid kumment) |
(a) |
(b) |
(ċ) |
(d) |
(e) |
(f) |
(g) |
(h) |
(i) |
2003/2004 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2004/2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2005/2006 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2006/2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2007/2008 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2008/2009 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2009/2010 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2010/2011 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2011/2012 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2012/2013 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2013/2014 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2014/2015 |
|
|
|
|
|
|
|
|
NB: Il-kolonni minn (e) sa (i) huma subtotali tal-kolonna (d).” |