EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0678

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2009 tas- 27 ta’ Lulju 2009 li jemenda għall-110 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 196, 28.7.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/678/oj

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 678/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

li jemenda għall-110 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:

(1)

Nabil Abdul Salam Sayadi (sive Abu Zeinab); Indirizz: Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju, Post tat-twelid: 1.1.1966. Post tat-twelid: El Hadid, Tripoli, il-Libanu. Ċittadinanza: Belġjana mit-18.9.2001; Tagħrif ieħor: raġel ta' Patricia Vinck; iżżewġu fid-29.5.1992 f'Peschawar, il-Pakistan.

(2)

Patricia Rosa Vinck, (sive Souraya P. Vinck). Indirizz: Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju. Post tat-twelid: 4.1.1965. Post tat-twelid: Berchem (Antwerp), il-Belġju. Ċittadinanza: Belġjana. Tagħrif ieħor: mart Nabil Sayadi.


Top