Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0676

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 tas- 27 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

    ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2010; Imħassar b' 32010R0462

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/676/oj

    28.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 196/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2009

    tas-27 ta’ Lulju 2009

    dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta fi Spanja ċerta kwantità ta’ qamħirrum,

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti.

    (3)

    Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża għal kollox.

    (4)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Għandha ssir sejħa għal-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum importat fi Spanja.

    2.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

    Artikolu 2

    Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sas-17 ta’ Diċembru 2009. Matul il-perjodu tas-sejħa, għandhom isiru sejħiet parzjali li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti huma ffissati bl-avviż tas-sejħa.

    Artikolu 3

    Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

    (3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


    Top