Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0555

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 164, 26.6.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/03/2013; Imħassar b' 32013R0139

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/555/oj

    26.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/37


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 555/2009

    tal-25 ta’ Ġunju 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

    (2)

    L-Anness V ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett.

    (3)

    Il-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka rrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, jitneħħa dan li ġej:

    “DE IL

    ĠERMANJA

    NW-2”

    (2)

    Wara l-parti li tikkonċerna lill-Portugall, jiżdied dan li ġej għar-Repubblika Slovakka:

    “SK IR

    REPUBBLIKA SLOVAKKA

    SK-PO-101”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


    Top