Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0519

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 519/2009 tas- 17 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi li m'għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    ĠU L 155, 18.6.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/519/oj

    18.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 155/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 519/2009

    tas-17 ta’ Ġunju 2009

    li jistabbilixxi li m'għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wriet li għad hemm kwantitajiet ta' zokkor disponibbli għall-kwota pprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4337, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 (2008-2009).

    (2)

    F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tindika li l-limiti kkonċernati m'għadhomx jintlaħqu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-limiti tal-kwota previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4337, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 (2008-2009) m'għadhomx jintlaħqu.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament gћandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


    Top