EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0183

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 183/2009 tas- 6 ta’ Marzu 2009 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-aġġustament tal-kwoti għas-sena tas-suq 2009/2010 fis-settur taz-zokkor

ĠU L 63, 7.3.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/183/oj

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 183/2009

tas-6 ta’ Marzu 2009

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-aġġustament tal-kwoti għas-sena tas-suq 2009/2010 fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 59(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-kwoti nazzjonali u reġjonali għall-produzzjoni taz-zokkor, l-iżoglukożju u x-xropp tal-inulina. Għas-sena tas-suq 2009/2010 dawk il-kwoti għandhom jiġu aġġustati billi jitqies ir-riżultat mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għall-istrutturar mill-ġdid tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità [titlu mhux uffiċjali] u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titlu mhux uffiċjali] (2).

(2)

Il-kwoti supplimentari possibbli tal-iżoglukożju li jistgħu jiġu allokati f’data iktar tard għas-sena tas-suq 2009/2010 fuq talbiet minn impriżi approvati fl-Italja, il-Litwanja u l-Iżvezja, għandhom jitqiesu fl-aġġustament li jmiss tal-kwoti stabbiliti fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel tmiem Frar tal-2010.

(3)

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.


ANNESS

“ANNESS VI

KWOTI NAZZJONALI U REĠJONALI

mis-sena tas-suq 2009/2010 'l quddiem

(f'tunnellati)

L-Istati Membri jew reġjuni

(1)

Zokkor

(2)

Iżoglukożju

(3)

Xropp tal-inulina

(4)

Il-Belġju

676 235,0

114 580,2

0

Il-Bulgarija

0

89 198,0

 

Ir-Repubblika Ċeka

372 459,3

 

 

Id-Danimarka

372 383,0

 

 

Il-Ġermanja

2 898 255,7

56 638,2

 

L-Irlanda

0

 

 

Il-Greċja

158 702,0

0

 

Spanja

498 480,2

53 810,2

 

Franza (kontinentali)

2 956 786,7

 

0

Id-Dipartimenti Franċiżi extra-kontinentali

480 244,5

 

 

L-Italja

508 379,0

32 492,5

 

Il-Latvja

0

 

 

Il-Litwanja

90 252,0

 

 

L-Ungerija

105 420,0

220 265,8

 

L-Olanda

804 888,0

0

0

L-Awstrija

351 027,4

 

 

Il-Polonja

1 405 608,1

42 861,4

 

Il-Portugall (kontinentali)

0

12 500,0

 

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Ażores

9 953,0

 

 

Ir-Rumanija

104 688,8

0

 

Is-Slovenja

0

 

 

Is-Slovakkja

112 319,5

68 094,5

 

Il-Finlandja

80 999,0

0

 

L-Iżvezja

293 186,0

 

 

Ir-Renju Unit

1 056 474,0

0

 

TOTAL

13 336 741,2

690 440,8

0 ”


Top