This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0107
Commission Regulation (EC) No 107/2009 of 4 February 2009 implementing Directive 2005/32/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for simple set-top boxes (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal- 4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal- 4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 36, 5.2.2009, p. 8–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009R0107R(01) | (ET) | |||
Modified by | 32016R2282 | Tħassir | anness I punt 5 paragrafu 2 | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness II | 09/01/2017 | |
Repealed by | 32023R0826 | 09/05/2025 |
5.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 36/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 107/2009
tal-4 ta' Frar 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b′mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għat-titjib f’termini tal-impatt ambjentali mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda. |
(2) |
L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi immirati lejn prodotti elettroniċi għall-konsumaturi. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kaxxi set-top sempliċi (minn issa ′l quddiem SSTBs). L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn partijiet terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
Fl-istudju ntqal li l-għadd ta’ SSTBs imqiegħda fis-suq tal-Komunità se jikber minn 28 miljun fl-2008 għal 56 miljun fl-2014, u l-konsum annwali tal-elettriku tal-SSTBs se jiżdied minn 6 TWh fl-2010 għal 14 TWh fl-2014, iżda li l-konsum tal-elettriku tal-SSTBs jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti b’mod finanzjarjament effikaċi. |
(5) |
Il-konsum tal-elettriku mill-SSTBs jista’ jitnaqqas bl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ disinn eżistenti bla sjieda, li minkejja li huma finanzjarjament effikaċi, mhumiex introdotti fis-suq b’mod sodisfaċenti għaliex l-utenti aħħarin mhumiex konxji mill-ispejjeż tal-operat tal-SSTBs, u għalhekk ma jagħtu l-ebda inċentiv lill-manifatturi biex jintegraw soluzzjonijiet bħal dawn biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija waqt l-użu. |
(6) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija tal-SSTBs għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dan l-apparat fil-Komunità kollha kemm hi, u jagħtu kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tar-rendiment ambjentali ta' dak l-apparat. |
(7) |
Dan ir-Regolament għandu jtejjeb il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jagħtu effiċjenza mtejba tal-enerġija għall-SSTBs, u jwasslu għal frankar stmat tal-enerġija ta’ 9 TWh fis-sena fl-2014, meta mqabbel max-xenarju ta’ status quo. |
(8) |
Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn m’għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-prodott u m’għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent. |
(9) |
Dħul fis-seħħ gradwali tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandu jipprovdi qafas ta’ żmien xieraq biex il-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti mill-ġdid. It-tqassim tal-istadji f’termini ta’ żmien għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi marbuta mal-funzjonalità tal-apparat fis-suq jiġu evitati, u l-impatti tal-ispejjeż għall-manifatturi, partikolarment l-SMEs, jiġu meqjusa, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f′waqtha tal-għanijiet tal-politika. |
(10) |
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir b’konsiderazzjoni għall-aħħar teknoloġija disponibbli ġeneralment rikonoxxuta; il-manifatturi jistgħu japplikaw standards armonizzati stabbiliti skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/32/KE. |
(11) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija waqt li apparat elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju jkunu fuq standby inkella mitfija (2). |
(12) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika li l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità huma l-kontroll tad-disinn intern stipulat fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE u s-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE |
(13) |
Sabiex jiġu ffaċilitati kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom ikunu mitluba jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE sa fejn tirrigwarda r-rekwiżiti stabbiliti f’din il-miżura ta’ implimentazzjoni. |
(14) |
Il-punti ta’ riferiment għall-SSTBs b’konsum baxx tal-enerġija, u li huma disponibbli attwalment għandhom jiġu identifikati. Id-disponibbiltà tal-′mod 0 W’ fuq l-SSTBs tista’ tagħti appoġġ lill-imġiba tal-konsumaturi u d-deċiżjonijiet tagħhom li jnaqqsu it-telf mhux meħtieġ tal-enerġija. Il-punti ta’ riferiment jgħinu biex tiġi żgurata d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċess faċli għall-informazzjoni, partikolarment għall-SMEs u kumpaniji żgħar ħafna, li jkompli jiffaċilita l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' disinn biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mill-SSTBs. |
(15) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kaxxi set-top sempliċi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2005/32/KE japplikaw. Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Kaxxa set-top sempliċi” (SSTB) tfisser apparat awtonomu li, irrispettivament mill-interfaces użati,
SSTB jista’ jkun mgħammar bil-funzjonijiet u/jew komponenti addizzjonali li ġejjin li ma jikkostitwux speċifikazzjoni minima ta’ SSTB:
|
(2) |
“Standby” tfisser kundizzjoni li fih l-apparat ikun imqabbad mas-sors ta’ elettriku tal-mains, li jiddependi fuq dan is-sors biex jaħdem kif suppost, u meta l-apparat jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:
|
(3) |
“Funzjoni ta” rijattivazzjoni′ tfisser funzjoni li tippermetti l-attivazzjoni ta’ modi oħra, fosthom dak attiv, permezz ta’ swiċċ remot, li jinkludi l-apparat tal-kontroll remot, sonda interna, timer li jippermetti l-użu ta’ funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija; |
(4) |
“Displej ta” informazzjoni inkella status′ tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni nkella li tindika l-istatus tal-apparat f′displej, inklużi arloġġi; |
(5) |
“Mod(i) attiv(i)” tfisser kundizzjoni li fiha l-apparat ikun imqabbad mas-sors ta’ elettriku tal-mains, u li fiha tkun ġiet attività għallinqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li jipprovdu s-servizz maħsub mill-apparat; |
(6) |
“Tifi awtomatiku” tfisser funzjoni li titfi l-SSTB minn mod attiv għal standby wara perjodu fil-mod attiv wara l-aħħar interazzjoni tal-utent u/jew bidla fil-kanal; |
(7) |
“It-tieni tuner” tfisser parti mill-SSTB li tkun disponibbli għal reġistrar indipendenti filwaqt li tippermetti li l-utent jara programm differenti; |
(8) |
“Aċċess kondizzjonali” (CA) tfisser servizz ta’ xandir ikkontrollat mill-fornitur li jirrikjedi abbonament għal servizz televiżiv fis-suq. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ta' ekodisinn
Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-SSTBs huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 4
Relazzjoni mar — Regolament (KE) Nru 1275/2008
Ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008.
Artikolu 5
Evalwazzjoni tal-konformità
Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema għall-kontroll tad-disinn intern stipulata fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE jew is-sistema ta′ ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE
Artikolu 6
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Għandhom isiru kontrolli ta’ sorveljanza skont il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 7
Punti ta’ riferiment
Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa rendiment, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness III.
Artikolu 8
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwah fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f′Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 1 tal-Anness I għandu jibda japplika sena wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.
Il-punt 2 tal-Anness I għandu jibda japplika tliet snin wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(2) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
ANNESS I
Rekwiżiti ta' ekodisinn
1. Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-SSTBs imqiegħda fis-suq m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konsum ta’ enerġija li ġejjin; L-SSTBs b’ħard disk integrat u/jew li jkollhom it-tieni tuner huma eżentati minn dak ir-rekwiżit:
|
Mod standby |
Mod attiv |
STB sempliċi |
1,00 W |
5,00 W |
Tolleranza għall funzjoni tad-displej waqt standby |
+1,00 W |
— |
Tolleranza għad-dekodaġġ ta’ sinjali HD |
— |
+3,00 W |
2. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-SSTBs imqiegħda fis-suq m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konsum ta’ enerġija li ġejjin:
|
Mod standby |
Mod attiv |
STB sempliċi |
0,50 W |
5,00 W |
Tolleranza għall funzjoni tad-displej waqt standby |
+0,50 W |
— |
Tolleranza għal ħard disk |
— |
+6,00 W |
Tolleranza għat-tieni tuner |
— |
+1,00 W |
Tolleranza għad-dekodaġġ ta’ sinjali HD |
— |
+1,00 W |
3. Disponibbiltà tal-mod standby
Sena wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ, l-SSTBs għandhom jipprovdu mod standby.
4. Tifi awtomatiku
Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-miżura ta' implimentazzjoni, l-SSTBs għandhom ikunu mgħammra b’funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” jew funzjoni simili bil-karatteristiċi li ġejjin:
— |
l-SSTB għandu jintefa awtomatikament mill-mod attiv għal standby wara inqas minn 3 sigħat fil-mod attiv wara l-aħħar interazzjoni mal-utent u/jew bidla fil-kanal - b'messaġġ ta' twissija żewġ minuti qabel ma jaqleb għall-mod standby. |
— |
il-funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” għandha tkun issetjata bħala n-norma. |
5. Kejl
Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-Punti 1 u 2 għandu jiġi stabbilit permezz ta’ proċedura affidabbli, preċiża u riproduċibbli ta’ kejl, li tqis l-aħħar teknoloġiji disponibbli ġeneralment rikonoxxuti.
Kejlijiet ta’ enerġija ta’ 0,50 W jew aktar għandhom isiru b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0,50 W għandhom isiru b’inċertezza ta’ 0,01 W jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.
6. Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Artikolu 5, id-dokumentazzjoni teknika għandha jkun fiha l-elementi li ġejjin:
a) |
Għall-mod standby u l-mod attiv
|
b) |
Parametri ta’ testjar għall-kejl
|
Ir-rekwiżiti tal-enerġija ta’ apparat periferali alimentat mill-STB għar-riċezzjoni tax-xandiriet, bħal pereżempju antenna terrestri attiva, LNB satellitari jew kwalunkwe modem tal-cable jew tat-telekomunikazzjoni m’hemmx għalfejn jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
7. Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-konsumaturi tal-SSTBs jingħataw il-konsum tal-enerġija f’Watts, approssimat għall-ewwel punt deċimali tal-modi standby u attivi tal-SSTB.
ANNESS II
Proċedura ta’ verifikazzjoni
Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, Punti 1, 2 u 4, kif applikabbli.
Għal konsum ta’ enerġija ta' aktar minn 1,00 W:
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.
Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Punti 1 u 2 kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet tal-mod attiv u dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 10 %.
Inkella, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati tal-aħħar tliet testijiet tal-mod attiv u dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 10 %.
Għal konsum ta’ enerġija ta' 1,00 W jew inqas:
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.
Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Punti 1 u 2 kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet tal-mod attiv u/jew dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 0,10 W.
Inkella, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati tal-aħħar tliet testijiet tal-kundizzjonijiet attivi u/jew dawk standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 0,10 W.
Inkella, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.
ANNESS III
Punti ta’ riferiment
Il-punti ta’ riferiment li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-Anness I, parti 3, punt 2, tad-Direttiva 2005/32/KE. Jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli fid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament:
|
SSTB mingħajr karatteristiċi addizjonali:
|
|
SSTB b’ħard drajv integrat:
|
Il-punti ta’ riferiment imsemmija hawn fuq huma stabbiliti fuq il-bażi ta’ SSTB b’konfigurazzjoni bażika u funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” u swiċċ għat-tifi totali.