This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0093
Commission Directive 2009/93/EC of 31 July 2009 amending Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council to include alphachloralose as an active substance in Annex I thereto (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/93/KE tal- 31 ta' Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-alphachloralose bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/93/KE tal- 31 ta' Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-alphachloralose bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 201, 1.8.2009, p. 46–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2013; Imħassar b' 32012R0528
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998L0008 | Emenda | anness 1 | 21/08/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009L0093R(01) | (DA) | |||
Repealed by | 32012R0528 |
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/46 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/93/KE
tal-31 ta' Lulju 2009
li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-alphachloralose bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi l-alphachloralose. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-alphachloralose ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE. |
(3) |
Il-Portugall inħatar bħala l-Istat Membru Referent u ressaq ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru 2006 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-30 ta’ Mejju 2008, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
(5) |
Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidali li jintużaw bħala rodentiċidi u li jkun fihom l-alphachloralose jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-alphachloralose jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi u li fihom l-alphachloralose jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttivi 98/8/KE. |
(6) |
Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fuq il-livell Komunitarju. Għaldaqstant huwa f’loku li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ir-riskji għall-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju Komunitarja, u li, meta jkunu qed jagħtu awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri adegwati jew jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi biex itaffu r-riskji identifikati għal livelli aċċettabbli. |
(7) |
Fid-dawl tar-riżultati tar-rapport ta’ valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskju fuq prodotti li jkun fihom l-alphachloralose u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri tali għandhom jiġu mmirati biex ikun limitat ir-riskju primarju u sekondarju tal-esponiment tal-bnedmin u annimali li mhumiex fil-mira kif ukoll l-effetti għal tul ta’ żmien fuq l-ambjent. |
(8) |
Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva alphachloralose u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali ġenerali. |
(9) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni. |
(10) |
Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 14 li fihom l-alphachloralose biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE. |
(11) |
Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali ġie kkonsultat fit-30 ta’ Mejju 2008 dwar l-abbozz ta’ Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-alphachloralose bħala sustanza attiva. Fil-11 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz imsemmi għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Parlament ma opponiex l-abbozz ta’ miżuri fl-iskadenza stabbilita. Il-Kunsill oppona l-adozzjoni mill-Kummissjoni, bl-indikazzjoni li l-miżuri proposti kienu jmorru lil hinn mill-poteri ta’ implimentazzjoni pprovduti fid-Direttiva 98/8/KE. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kunsill ma adottax il-miżuri abbozzati u ressaq abbozz emendat tad-Direttiva kkonċernata quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali. Il-Kumitat Permanenti ġie kkonsultat fuq l-abbozz imsemmi fl-20 ta’ Frar 2009. |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
ANNESS
L-entrata li ġejja “Nru 15” għandha tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:
Nru |
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif imqiegħed fis-suq |
Data tal-inklużjoni |
Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom) |
Data ta’ skadenza tal-inklużjoni |
Tip ta’ prodott |
Dispożizzjonijiet speċifiċi (*) |
||||||
“15 |
alphachloralose |
(R)-1,2-O-(2,2,2-Trichloroethylidene)-α-D-glucofuranose Nru tal-KE: 240-016-7 Nru tal-CAS: 15879-93-3 |
825 g/kg |
fl-1 ta’ Lulju 2011. |
fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
fit-30 ta’ Ġunju 2021. |
14 |
Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tiġi evalwata skont l-Artikolu 5 u l-Annes VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, il-popolazzjonijiet li jistgħu jkunu esposti għall-prodott u l-użu jew ix-xenarji ta’ esponiment li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell Komunitarju. Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għal prodott, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw ir-riskji u sussegwentement jiżguraw li jittieħdu miżuri adegwati jew jiġu imposti kundizzjonijet speċifiċi biex itaffu r-riskji identifikati. L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti jistgħu jingħataw biss meta l-applikant juri lir-riskji jistgħu jittaffew għal livelli aċċettabbli. B’mod partikolari, il-prosotti ma jistgħux ikunu awtorizzati għall-użu barra sakemm ma titressaqx dejta biex turi li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u l-Anness VI, jekk ikun meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati tat-taffja tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(*) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm