This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0068
Directive 2009/68/EC of the European Parliament and of the Council of 13 July 2009 on the component type-approval of lighting and light-signalling devices on wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (Text with EEA relevance)
Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31979L0532 | ||||
Modifies | 31982L0890 | Revoka parzjali | |||
Modifies | 31997L0054 | Revoka parzjali |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R0167 |
5.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/52 |
DIRETTIVA 2009/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Lulju 2009
dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċdura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 79/532/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Id-Direttiva 79/532/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (5), u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjaliazzazzjoni bid-dawl. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva. |
(3) |
Fid-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 relatati mal-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (6), ġew stabbiliti rekwiżiti komuni għall-tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dak it-tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawk li jitwaħħlu mal-karozzi. Għalhekk, apparat li jkun irċieva timbru ta’ approvazzjoni tal-komponenti tat-tip KE skont id-Direttivi diġà adottata dwar dan is-suġġett b’konessjoni mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi KE bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jista’ jintuża wkoll fuq tratturi. |
(4) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva “trattur” (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew b’ċineg mingħajr tarf li għandha tal-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni primarja tagħha hi fil-forza trattiva tagħha u li hija disinjata speċifikament biex tirmonka, timbotta, iġġor jew tipprovdi enerġija għal ċerti għodda makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.
Artikolu 2
L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet relatati ma' lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk dawn ikollhom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KE kif prevista fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:
(a) |
fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl; |
(b) |
fanali end-outline marker; |
(c) |
fanali ta’ quddiem (tal-ġenb); |
(d) |
fanali ta’ wara (tal-ġenb); |
(e) |
fanali tal-waqfien; |
(f) |
fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni; |
(g) |
rifletturi tar-refless; |
(h) |
fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara; |
(i) |
fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali; |
(j) |
fanali taċ-ċpar ta’ wara; |
(k) |
fanali tat-treġġiegħ lura; |
(l) |
fanali tal-parkeġġ. |
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur minħabba raġunijiet relatati mal-lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk ikollhom il-komponent ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stipulat fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:
(a) |
fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta' dawl; |
(b) |
fanali end-outline marker; |
(c) |
fanali ta’ quddiem (tal-ġenb); |
(d) |
fanali ta’ wara (tal-ġenb); |
(e) |
fanali tal-waqfien; |
(f) |
fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni; |
(g) |
rifletturi tar-refless; |
(h) |
fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara; |
(i) |
fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali; |
(j) |
fanali taċ-ċpar ta’ wara; |
(k) |
fanali tat-treġġiegħ lura; |
(l) |
fanali tal-parkeġġ. |
Artikolu 4
L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil- kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 79/532/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU C 162, 25.6.2008, p. 40.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2009.
(3) ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(6) Ata paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
1. |
Fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni:
|
2. |
Fanali end-outline marker, fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri jikkonċernaw il-fanali li jimmarkawit-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2). |
3. |
Fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3). |
4. |
Rifletturi tar-refless: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ir-rifletturi tar-refless tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4). |
5. |
Fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (5). |
6. |
Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur (6). |
7. |
Fanali taċ-ċpar ta’ wara: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (7). |
8. |
Fanali tat-treġġiegħ lura: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tat-treġġiegħ lura għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (8). |
9. |
Fanali tal-parkeġġ: Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-parkeġġ għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (9). |
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.
(2) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.
(3) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.
(5) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.
(6) [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.
(7) ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.
ANNEX II
PART A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE |
Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1(1) biss |
Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż biss |
PART B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
79/532/KEE |
21 ta’ Novembru 1980 |
— |
82/890/KEE |
21 ta’ Ġunju 1984 |
— |
97/54/KE |
22 ta’ Settembru 1998 |
23 ta’ Settembru 1998 |
ANNEX III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 79/532/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar |
Artikolu 2, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2, inċiżi |
Artikolu 2, (a)–(l) |
Artikolu 3, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar |
Artikolu 3, sentenza tal-bidu |
Artikolu 3, inċiżi |
Artikolu 3, (a)–(l) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) |
— |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |