This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D1017
Council Decision of 22 December 2009 on the granting of State aid by the authorities of the Republic of Hungary for the purchase of agricultural land between 1 January 2010 and 31 December 2013
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l- 1 ta’ Jannar 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2013
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l- 1 ta’ Jannar 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2013
ĠU L 348, 29.12.2009, pp. 55–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
29/12/2009
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32009D1017R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
|
29.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Diċembru 2009
dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013
(2009/1017/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija fis-27 ta’ Novembru 2009,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Novembru 2009, ir-Repubblika tal-Ungerija (minn issa “l-Ungerija”) ppreżentat lill-Kunsill talba għal deċiżjoni f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, rigward il-pjan tal-Ungerija li tagħti għajnuna mill-Istat lill-bdiewa Ungeriżi għax-xiri ta’ art agrikola. |
|
(2) |
Il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-art li l-Ungerija kienet qed twettaq sa mill-bidu tas-snin disgħin wassal f’ħafna każijiet għal komproprjetà indiviża jew proprjetà frammentata ta’ art agrikola, u dan rriżulta fi struttura mhux favorevoli tal-użu tal-art u vijabbiltà ekonomika dgħajfa ta’ azjendi agrikoli. |
|
(3) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kapital tal-bdiewa, ir-rati għoljin ta’ interess fuq self kummerċjali għax-xiri ta’ art agrikola u l-issikkar tal-kriterji tal-banek għas-self lill-bdiewa fil-kriżi attwali, il-bdiewa, speċjalment dawk b’azjendi żgħar, għandhom ftit li xejn prospetti li jakkwistaw self kummerċjali għal investimenti bħax-xiri ta’ art. Fil-fatt, bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-rati annwali ta’ interess fuq self kummerċjali għax-xiri ta’ art agrikola żdiedu minn rata medja ta’ 9,5 % f’Lulju tal-2008 għal 15,5 % f’Mejju tal-2009, u l-valur medju ta’ garanzija meħtieġa għal tali self kważi rdoppja fl-istess perijodu. |
|
(4) |
F’din is-sitwazzjoni, ix-xiri spekulattiv tal-art minn operaturi ekonomiċi mhux involuti f’attività agrikola li għandhom aċċess eħfef għal kapital għandu mnejn jiżdied. |
|
(5) |
L-għajnuna mill-Istat għax-xiri ta’ art agrikola għandha tgħin biex ikun salvat l-għajxien ta’ għadd kbir ta’ familji tal-bdiewa fil-kriżi attwali billi jinħolqu l-kondizzjonijiet li jippermettu t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u t-titjib tal-profitabbiltà tal-produzzjoni agrikola, u b’hekk titwaqqaf iż-żieda fil-faqar u l-qgħad f’żoni rurali. B’riżultat tal-kriżi, il-qgħad fl-Ungerija żdied minn 7,7 % fil-perijodu minn Awissu 2008 sa Ottubru 2008 għal 10,4 % fl-istess perijodu fl-2009, filwaqt li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Ungerija naqas bejn it-tielet kwart tal-2008 u t-tielet kwart tal-2009 b’7,2 %. Barra minn hekk, il-PDG tal-Ungerija fi prezzijiet kurrenti fis-settur tal-agrikoltura, forestrija u sajd waqa’ b’approssimattivament 33 % bejn l-ewwel nofs tal-2008 u t-tieni nofs tal-2009 (minn Forint Ungeriż (HUF) 410 828 miljun għal HUF 275 079 miljun). |
|
(6) |
L-għajnuna mill-Istat li għandha tingħata tammonta għal total ta’ HUF 4 000 miljun u minnha għandhom jibbenefikaw madwar 5 000 produttur agrikolu. Hija għandha tieħu l-forma ta’:
|
|
(7) |
Mhux permess il-kombinazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidju fuq l-interessi u għotja diretta għax-xiri tal-istess żona ta’ art agrikola. |
|
(8) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ma bdiet l-ebda proċedura jew ħadet xi pożizzjoni dwar in-natura u l-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
|
(9) |
Għalhekk jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, li b’riżultat tagħhom huwa possibbli li din l-għajnuna titqies, bħala deroga u safejn ikun strettament meħtieġ sabiex ikun limitat il-faqar rurali fl-Ungerija, li hi kompatibbli mas-suq intern, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għajnuna mill-Istat eċċezzjonali mill-awtoritajiet Ungeriżi fil-forma ta’ sussidji fuq l-interessi u għotjiet diretti għax-xiri ta’ art agrikola, li tammonta għal massimu ta’ HUF 4 000 miljun u li tiġi allokata bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) Unità ta’ qies tal-kwalità ta’ art agrikola fl-Ungerija.