This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D1013
Council Implementing Decision of 22 December 2009 authorising the Republic of Austria to continue to apply a measure derogating from Article 168 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Diċembru 2012 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Diċembru 2012 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 348, 29.12.2009, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
04/12/2024
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Derogation | 32006L0112 | Deroga | artikolu 168 | 01/01/2010 | 31/12/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32009D1013R(01) | (SL) | |||
| Validity extended by | 32012D0705 | 31/12/2015 | |||
| Modified by | 32012D0705 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2013 | |
| Modified by | 32012D0705 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2013 | |
| Validity extended by | 32015D2428 | 31/12/2018 | |||
| Modified by | 32015D2428 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | ||
| Modified by | 32015D2428 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | ||
| Modified by | 32018D1487 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2019 | |
| Modified by | 32018D1487 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2019 | |
| Validity extended by | 32018D1487 | 01/01/2019 | 31/12/2021 | ||
| Validity extended by | 32021D1779 | 08/10/2021 | 31/12/2024 | ||
| Modified by | 32021D1779 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 08/10/2021 | |
| Modified by | 32021D1779 | Sostituzzjoni | titolu | 08/10/2021 | |
| Modified by | 32021D1779 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 08/10/2021 | |
| Modified by | 32024D3013 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 02/12/2024 | |
| Validity extended by | 32024D3013 | 02/12/2024 | 31/12/2027 |
|
29.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Diċembru 2012
li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
(2009/1013/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2009, ir-Repubblika tal-Awstrija (minn hawn 'il quddiem l-Awstrija) talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt ta' tnaqqis u preċedentament mogħtija bid-Deċiżjoni 2004/866/KE (2) taħt is-Sitt Direttiva 77/388/KE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (3), li kienet applikabbli dak iż-żmien. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mill-Awstrija permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Settembru 2009. Permezz ta' ittra datata l-21 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li hi kellha l-informazzjoni kollha li kienet tqis neċessarja biex tikkunsidra t-talba. |
|
(3) |
Sabiex jiġi ssimplifikat it-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-miżura derogatorja hija maħsuba biex teskludi kompletament mid-dritt ta' tnaqqis il-VAT fuq merkanzija u servizzi meta l-merkanzija u s-servizzi inkwistjoni jintużaw f'iktar minn 90 % tal-każijiet għal raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju. |
|
(4) |
Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE li tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tad-dritt ta' tnaqqis u hija maħsuba biex tissimplifika l-proċedura biex titħallas il-VAT. L-ammont ta' taxxa dovuta fl-istadju finali tal-konsum huwa affettwat biss b’mod negliġibbli. |
|
(5) |
Is-sitwazzjoni legali u fattwali li kienet iġġustifikat l-applikazzjoni attwali tal-miżura ta’ simplifikazzjoni kkonċernata ma nbidlitx, u għadha teżisti. L-Awstrija għandha għalhekk tkun awtorizzata tapplika l-miżura ta’ simplifikazzjoni għal perijodu ieħor, iżda limitat fiż-żmien sabiex tippermetti evalwazzjoni tal-miżura. |
|
(6) |
Id-deroga mhux ser ikollha impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Unjoni derivati mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Awstrija hija awtorizzata li teskludi n-nefqa fuq merkanzija u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta f’iktar minn 90 % tal-każijiet il-merkanzija u s-servizzi inkwistjoni jintużaw għal raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN