Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0886

    2009/886/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9464) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 318, 4.12.2009, p. 25–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/886/oj

    4.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Novembru 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9464)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/886/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro  (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 5(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE (2).

    (2)

    Fl-interess tas-saħħa pubblika u biex jiġi rifless il-progress tekniku, inkluża l-evoluzzjoni fil-prestazzjoni u s-sensittività analitika tal-apparat, huwa xieraq li ssir reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni stipulati fid-Deċiżjoni 2002/364/KE.

    (3)

    Id-definizzjoni tat-test rapidu għandha tiġi rfinata biex tkun iktar preċiża. Għal fini taċ-ċarezza, għandhom jiġu inklużi aktar definizzjonijiet.

    (4)

    Biex l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jsiru konformi mal-prassi teknika u xjentifika attwali huwa meħtieġ li jiġu aġġornati għadd ta’ referenzi xjentifiċi u tekniċi.

    (5)

    Ir-rekwiżiti għall-analiżi ta’ skrining tal-HIV għandhom jiġu ċċarati. Biex ikun żgurat li l-kriterji ta’ prestazzjoni xierqa għat-teknoloġija tal-lum ikunu riflessi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni huwa meħtieġ li jiżdiedu r-rekwiżiti mat-testijiet kombinati tal-antikorpi/antiġeni u aktar speċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kampjuni għal ċerti analiżijiet.

    (6)

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/364/KE għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ u, għal ragunijiet ta’ ċarezza, jinbidel.

    (7)

    Minħabba żball amministrattiv, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/108/KE tat-3 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro  (3) ġiet adottata mingħajr ma l-Parlament Ewropew ingħata l-possibbiltà li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ skrutinju skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4). Id-Deċiżjoni 2009/108/KE għandha għaldaqstant tinbidel b’din id-Deċiżjoni.

    (8)

    Il-manifatturi li l-apparat tagħhom jinsab diġà fis-suq, għandhom jingħataw perjodu ta’ tranżizzjoni biex jadattaw għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni l-ġodda. Min-naħa l-oħra, fl-interess tas-saħħa pubblika, il-manifatturi li hekk jixtiequ, għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni l-ġodda qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ tranżizzjoni.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (5),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/364/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2009/108/KE hija revokata.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2010 għal dak l-apparat li jitqiegħed l-ewwel darba fis-suq qabel l-1 ta’ Diċembru 2009.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2009 għall-apparat l-ieħor kollu.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-manifatturi japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness qabel id-dati stipulati fl-ewwel u fit-tieni paragrafu.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

    (2)  ĠU L 131, 16.5.2002, p. 17.

    (3)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 34.

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (5)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.


    ANNESS

    “ANNESS

    L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI KOMUNI (CTS) STIPULATI GĦALL-APPARATI DIJANJOSTIĊI MEDIĊI IN VITRO

    1.   AMBITU

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni stipulati f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-għanijiet tal-Anness II Lista A tad-Direttiva 98/79/KE.

    2.   DEFINIZZJONIJIET U TERMINI

    Sensittività (dijanjostika)

    Il-probabbiltà li l-apparat jagħti riżultat pożittiv fil-preżenza tal-markatur fil-mira.

    Veru pożittiv

    Kampjun magħruf li huwa pożittiv għall-markatur fil-mira u klassifikat b’mod korrett mill-apparat.

    Falz negattiv

    Kampjun magħruf li huwa pożittiv għall-markatur fil-mira u klassifikat ħażin mill-apparat.

    Sensittività (dijanjostika)

    Il-probabbiltà li l-apparat jagħti riżultat negattiv fin-nuqqas tal-markatur fil-mira.

    Falz pożittiv

    Kampjun magħruf li huwa negattiv għall-markatur fil-mira u klassifikat ħażin mill-apparat.

    Veru negattiv

    Kampjun magħruf li huwa negattiv għall-markatur fil-mira u klassifikat b’mod korrett mill-apparat.

    Sensittività analitika

    Is-sensittività analitika titfisser bħala l-limitu ta’ individwazzjoni, jiġifieri, l-iżgħar ammont tal-markatur fil-mira li jista’ jiġi skopert b’mod preċiż.

    Speċifiċità analitika

    L-ispeċifiċità analitika tfisser l-abbiltà tal-metodu li jistabbilixxi biss il-markatur fil-mira.

    Tekniki ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nukleiku (TAN)

    The term ‘NAT’It-terminu ‘TAN’ jintuża għal testijiet għall-individwazzjoni u/jew għall-kwantifikazzjoni ta’ aċidi nukleiċi jew bl-amplifikazzjoni ta’ sekwenza fil-mira, jew bl-amplifikazzjoni ta’ sinjal jew bl-ibridizzazzjoni.

    ‘Test rapidu’

    ‘Test rapidu’jfisser apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kwalitattivi jew semi kwantitattivi, użati weħidhom jew f’sensiliet żgħar, li jinvolvu proċeduri mhux awtomatizzati u li tfasslu biex jagħtu riżultat malajr.

    Robustezza

    Ir-robustezza ta’ proċedura analitika tfisser il-kapaċità ta’ proċedura analitika li tibqa’ mhux effettwata minn varjazzjonijiet żgħar iżda maħsuba fil-parametri tal-metodu u li tipprovdi indikazzjoni tal-affidabilità tagħha matul użu normali.

    Rata ta’ falliment ta’ sistema sħiħa

    Ir-rata ta’ falliment ta’ sistema sħiħa tfisser il-frekwenza ta’ fallimenti meta l-proċess sħiħ jitwettaq hekk kif preskritt mill-manifattur.

    Analiżi ta’ konferma

    Analiżi ta’ konferma tfisser analiżi użata għall-konferma ta’ riżultat reattiv minn analiżi ta’ skrining

    Analiżi ta’ klassifikazzjoni virali

    Analiżi ta’ klassifikazzjoni virali tfisser l-analiżi użata għall-klassifikazzjoni b’kampjuni pożittivi diġà magħrufa, mhux użati għad-dijanjosi primarja tal-infezzjoni jew għall-iskrining.

    Kampjuni ta’ serokonverżjoni tal-HIV

    Kampjuni ta’ serokonverżjoni tal-HIV jfissru:

    antiġenu p. 24 u/jew HIV RNA pożittivi u;

    rikonoxxuti mit-testijiet kollha tal-iskrining tal-anti-korpi u;

    analiżijiet pożittivi jew konfermatorji indeterminanti.

    Kampjuni ta’ serokonverżjoni bikrija tal-HIV

    Kampjuni ta’ serokonverżjoni tal-HIV jfissru:

    antiġenu p. 24 u/jew HIV RNA pożittivi u;

    mhux rikonoxxuti mit-testijiet kollha tal-iskrining tal-antikorpi u;

    analiżijiet indeterminati jew konfermatorji negattivi.

    3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI KOMUNI (STK) GĦALL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ANNESS II, LISTA A TAD-DIRETTIVA 98/79/KE.

    3.1.   STK għal evalwazzjoni tal-prestazzjoni tar-reaġenti u prodotti tar-reaġenti għall-individwazzjoni, il-konferma u l-kwantifikazzjoni fil-kampjuni umani ta’ markaturi tal-infezzjoni bl-HIV (HIV 1 u 2), bl-HTLV I u II, u bl-epatite B, Ċ u D:

    Il-Prinċipji Ġenerali:

    3.1.1.   Apparat li jiżvela infezzjonijiet virali mqiegħed fis-suq biex jintuża jew għall-iskrining jew għat-testijiet dijanjostiċi, għandu jissodisfa l-istess ħtiġijiet għas-sensittività u għall-ispeċifiċità stipulati fit-Tabella 1. Ara wkoll il-prinċipju 3.1.11 għall-analiżi ta’ skrining.

    3.1.2.   Apparat maħsub mill-manifattur għall-ittestjar ta’ fluwidi tal-ġisem għajr is-serum jew il-plażma, eż. l-urina, il-bżieq, eċċ. għandu jissodisfa l-istess ħtiġijiet tal-STK għas-sensittività u għall-ispeċifiċità bħat-testijiet tas-serum jew tal-plażma. L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni għandha tittestja kampjuni mill-istess individwi fiż-żewġ testijiet li għandhom jiġu approvati u f’analiżi ta’ serum u ta’ plażma rispettivament.

    3.1.3.   Apparat maħsub mill-manifattur għal ittestjar mill-persuna fuqha nnifisha, jiġifieri għall-użu mid-dar, għandu jissodisfa l-istess ħtiġijiet ta’ STK għas-sensittività u għall-ispeċifiċità bħall-apparat rispettiv għal użu professjonali. Għandhom jitwettqu (jew jiġu ripetuti) partijiet rilevanti tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni minn utenti addattati biex jivvalidaw it-tħaddim tal-apparat u l-istruzzjonijiet għall-użu.

    3.1.4.   L-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni kollha għandhom isiru fi tqabbil dirett ma’ apparat stabbilit fi stat l-aktar avvanzat. L-apparat użat għat-tqabbil għandu jkollu l-marka CE fuqu, jekk ikun diġà fis-suq fiż-żmien li fih issir l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni.

    3.1.5.   Jekk jiġu identifikati riżultati tat-test diskrepanti bħala parti minn evalwazzjoni, dawn ir-riżultati għandhom jissolvew sa kemm jista’ jkun possibbli, eżempju:

    permezz ta’ evalwazzjoni tal-kampjun diskrepant f’aktar sistemi ta’ ttestjar;

    permezz ta’ metodu jew ta’ markatur alternattiv;

    permezz ta’ reviżjoni tal-istatus kliniku u d-dijanjosi tal-pazjent; kif ukoll

    permezz tal-ittestjar ta’ kampjuni ta’ segwitu.

    3.1.6.   Għandhom isiru evalwazzjonijiet ta’ rendiment fuq popolazzjoni ekwivalenti għall-popolazzjoni Ewropea.

    3.1.7.   Għandhom jintgħażlu kampjuni pożittivi użati fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni biex jirriflettu fażijiet differenti tal-mard(a) rispettiv(a), tipi ta’ antikorpi differenti, ġenotipi differenti, sottotipi differenti, mutanti eċċ.

    3.1.8.   Is-sensittività ma’ kampjuni veru pożittivi u ma’ dawk serokonverżjoni għandhom jiġu evalwati kif ġej:

    3.1.8.1.

    Is-sensittività tat-test dijanjostiku matul is-serokonverżjoni għandha tirrappreżenta l-istat l-iktar avvanzat. Kemm jekk isiru aktar testijiet tal-istess serokonverżjoni panels addizzjonali mill-korp innotifikat kif ukoll mill-manifattur, ir-riżultati għandhom jikkonfermaw id-dejta tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-bidu (ara t-Tabella I). Il-panels serokonverżjoni għandhom jibdew b’test tad-demm negattiv u l-intervalli bejn it-testijiet tad-demm għandhom ikunu qosra.

    3.1.8.2.

    Għal apparat ta’ skrining tad-demm (bl-eċċezzjoni ta’ testijiet HbsAg u anti-HBc), il-kampjuni veru pożittivi kollha għandhom jiġu identifikati bħala pożittivi mill-apparat li għandu jiġu mmarkat b’CE (Tabella 1). Għal testijiet HbsAg u anti-BHc l-apparat il-ġdid għandu jkollu rendiment ġenerali li jkun għallinqas ekwivalenti għal dak tal-apparat stabbilit (ara 3.1.4).

    3.1.8.3.

    Fir-rigward tat-testijiet tal-HIV:

    il-kampjuni kollha serokonverżjoni tal-HIV għandhom jiġu identifikati bħala pożittivi; kif ukoll

    mill-inqas 40 kampjun serokonverżjoni bikri tal-HIV għandhom jiġu ttestjati. Ir-riżultati għandhom ikunu konformi mal-istat l-iktar avvanzat.

    3.1.9.   L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-analiżijiet tal-iskrining għandha tinkludi 25 kampjun ta’ serum u/jew ta’ plażma frisk pożittiv (jekk disponibbli fil-każ ta’ infezzjonijiet rari) ‘tal-istess jum’(≤ jum wieħed wara t-teħid ta’ kampjuni).

    3.1.10.   Għandhom jiġu ddefiniti kampjuni negattivi użati f’evalwazzjoni tal-prestazzjoni biex jirriflettu l-popolazzjoni fil-mira li għalihom it-test ikun maħsub, eżempju donaturi tad-demm, pazjenti rikoverati l-isptar, nisa tqal eċċ.

    3.1.11.   Għal evalwazzjonijiet ta’ rendiment għal analiżijiet ta’ skrining (it-Tabella 1), il-popolazzjonijiet ta’ donaturi tad-demm għandhom jiġu investigati minn għallinqas żewġ ċentri ta’ donazzjoni tad-demm u għandhom ikunu magħmulin minn donazzjonijiet tad-demm konsekuttivi, li ma ntgħażlux biex jeskludu donaturi li jagħtu d-demm għall-ewwel darba

    3.1.12.   L-apparat għandu jkollu speċifiċità ta’ mill-inqas 99.5 % għal donazzjonijiet tad-demm, sakemm ma jiġix indikat b’mod ieħor fit-tabelli mehmużin. L-ispeċifiċità għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta’ frekwenza ta’ riżultati ta’ reattività ripetuta (jiġifieri pożittiv falz) f’donaturi tad-demm negattivi għall-markatur fil-mira.

    3.1.13.   L-apparat għandu jiġi vvalutat biex jistabbilixxi l-effett ta’ sustanzi li jistgħu jagħmlu interferenza, bħala parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza li għandhom jiġu valutati jiddependu sa ċertu punt mill-kompożizzjoni tar-reaġent u l-konfigurazzjoni tal-analiżi. Is-sustanzi li jistgħu jagħmlu interferenza għandhom jiġu identifikati bħal parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġa mill-ħtiġijiet essenzjali għal kull apparat ġdid iżda jistgħu jinkludu, pereżempju:

    kampjuni li jirrappreżentaw infezzjonijiet‘relatati’;

    kampjuni minn multipara, jiġifieri nisa li kellhom aktar minn tqala waħda, jew pazjenti pożittivi għall-fattur rewmatojde;

    għal antiġeni rekombinanti, antikorpi umani għal komponenti tas-sistema ta’ espressjoni, eżempju anti-E. coli, jew anti-yeast.

    3.1.14.   Għal apparat maħsub mill-manifattur biex jintuża mas-serum u mal-plażma, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni għandha turi ekwivalenza ta’ serum għal plażma. Dan għandu jintwera għal mill-anqas 50 donazzjoni (25 pożittivi u 25 negattivi).

    3.1.15.   Għal apparat maħsub biex jintuża mal-plażma, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni għandha tivverifika r-rendiment tal-apparat billi tuża l-antikoagulanti kollha li l-manifattur jindika għall-użu mal-apparat. Dan għandu jintwera għal mill-anqas 50 donazzjoni (25 pożittivi u 25 negattivi).

    3.1.16.   Bħala parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġa, ir-rata ta’ falliment tas-sistema sħiħa li twassal għal riżultati negattivi foloz għandha tiġi stabbilita f’analiżi ripetuta fuq kampjuni pożittivi baxxi.

    3.1.17.   Jekk apparat mediku ta’ dijanjosi in vitro li qiegħed fl-Anness II Lista A mhuwiex speċifikament kopert minn speċifikazzjoni teknika komuni, għandha tiġi kkunsidrata l-ispeċifikazzjoni teknika komuni għal apparat relatat. Apparat relatat jista’ jiġi identifikat minn raġunijiet differenti, eż. mill-istess użu jew minn użu maħsub simili jew minn riskji simili.

    3.2.   Ħtiġijiet addizzjonali għat-testijiet kombinati tal-antikorpi/antiġeni.

    3.2.1.   It-testijiet kombinati tal-antikorpi/antiġeni maħsuba għall-anti-HIV u għall-individwazzjoni tal-antiġenu p. 24 li tinkludi klejms għall-individwazzjoni tal-antiġenu p. 24 waħdieni għandhom isegwu t-Tabella 1 u t-Tabella 5, inklużi l-kriterji għas-sensittività analitika għall-antiġenu p. 24.

    3.2.2.   It-testijiet kombinati tal-antikorpi/antiġeni maħsuba għall-anti-HIV u għall-individwazzjoni tal-antiġenu p. 24 li ma jinkludux klejms għall-individwazzjoni tal-p24 waħdieni għandhom isegwu t-Tabella 1 u t-Tabella 5, esklużi l-kriterji għas-sensittività analitika għall-p24.

    3.3.   Ħtiġijiet addizzjonali għal tekniki ta’ Amplifikazzjoni ta’ Aċidu Nukleiku (TAN)

    Il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni għal analiżi tat-TAN jinsabu fit-Tabella 2.

    3.3.1.   Għal analiżi ta’ amplifikazzjoni ta’ sekwenza fil-mira, kontroll tal-funzjonalità għal kull kampjun tat-test (kontroll intern) għandu jirrifletti l-istat l-aktar avvanzat. Dan il-kontroll għandu jintuża kemm jista’ jkun matul il-proċess kollu, jiġifieri, l-estrazzjoni, l-amplifikazzjoni/l-ibridizzazzjoni, l-individwazzjoni.

    3.3.2.   Is-sensittività analitika jew il-limitu tal-individwazzjoni għall-analiżi tat-TAN għandha tiġi espressa permezz tal-95 % tal-valur limitu pożittiv. Din hija l-konċentrazzjoni tal-analita fejn 95 % tal-provi tat-testijiet jagħtu riżultati pożittivi wara dilwizzjonijiet serjali ta’ materjal ta’ referenza internazzjonali, eżempju Standard tad-WHO jew materjali kkalibrati ta’ referenza.

    3.3.3.   L-individwazzjoni tal-ġenotip għandha tintwera permezz ta’ validazzjoni xierqa ta’ primer jew probe design u għandha tiġi validata wkoll billi jiġu ttestjati kampjuni karatterizzati kklassifikati skont il-ġenotip.

    3.3.4.   Ir-riżultati tal-analiżijiet kwantitattiva tat-TAN għandhom ikunu jistgħu jiġu traċċati għal standards internazzjonali jew materjali ta’ referenza kkalibrati, jekk disponibbli, u għandhom jitfissru f’unitajiet internazzjonali utilizzati fil-qasam speċifiku ta’ applikazzjoni.

    3.3.5.   L-analiżijiet tat-TAN jistgħu jintużaw għas-sejbien ta’ virus fil-kampjuni ta’ antikorpi negattivi, jiġifieri kampjuni preserokonverżjoni. Il-viruses fil-kumplessi immuni jistgħu jġibu ruħhom differenti meta mqabbla mal-viruses ħielsa, pereżempju matul l-istadju taċ-ċentrifugazzjoni. Huwa għalhekk importanti li matul studji tar-robustezza, jiġu inklużi kampjuni ta’ antikorpi negattivi (preserokonverżjoni).

    3.3.6.   Għal invetigazzjoni ta’ tkomplija potenzjali, għandhom isiru għallinqas ħames provi b’kampjuni li jalternaw pożittivi ħafna u negattivi matul studji ta’ robustezza. Il-kampjuni pożittivi ħafna għandhom jinkludu kampjuni b’titri virali għoljin li jseħħu b’mod naturali.

    3.3.7.   Ir-rata ta’ falliment tas-sistema kollha li twassal għal riżultati negattivi foloz għandha tiġi stabbilita b’ittestjar ta’ kampjuni pożittivi baxxi. Kampjuni pożittivi baxxi għandu jkun fihom konċentrazzjoni virali ekwivalenti għal tliet darbiet il-linja tal-limitu ta’ 95 % tal-konċentrazzjoni virali.

    3.4.   STK għall-ittestjar tar-rilaxx tal-manifattur ta’ reaġenti u prodotti tar-reaġenti għall-individwazzjoni, għall-konferma u għall-kwantifikazzjoni fil-kampjuni umani ta’ markaturi ta’ infezzjoni bl-HIV (HIV 1 u 2), bl-HTLV I u II, u bl-epatite B, Ċ, D (analiżi Immunoloġika biss)

    3.4.1.   Il-kriterji ta’ ttestjar ta’ rilaxx tal-manifattur għandhom jiżguraw li kull lott jidentifika b’mod konsistenti l-antiġeni, l-epotipi u l-antikorpi rilevanti.

    3.4.2.   L-ittestjar ta’ rilaxx ta’ lott tal-manifattur għall-analiżijiet tal-iskrining għandu jinkludi mill-inqas 100 kampjun negattiv għall-analita relevanti.

    3.5.   STK għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ reaġenti u prodotti ta’ reaġenti għad-determinazzjoni tal-antiġeni tal-gruppi tad-demm li ġejjin: Is-sistema tal-grupp tad-demm ABO: ABO1 (A), ABO2 (B), ABO3 (A,B); Is-sistema tal-gruppi tad-demm Rh: RH1 (D), RH2 (C), RH3 (E), RH4 (c), RH5 (e); Is-sistema tal-gruppi tad-demm Kell: KEL1 (K)

    CKriterji għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ reaġenti u prodotti ta’ reaġenti għad-determinazzjoni tal-antiġeni tal-gruppi tad-demm li ġejjin: Is-sistema tal-grupp tad-demm ABO: Is-sistema tal-grupp tad-demm ABO: ABO1 (A), ABO2 (B), ABO3 (A,B); Is-sistema tal-gruppi tad-demm Rh: RH1 (D), RH2 (C), RH3 (E), RH4 (c), RH5 (e); KEL1 (K) tinsab fit-Tabella 9.

    3.5.1.   L-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni kollha għandhom isiru fi tqabbil dirett ma’ apparat stabbilit fi stat l-aktar avvanzat. L-apparat użat għat-tqabbil għandu jkollu l-marka CE fuqu, jekk ikun diġà fis-suq fiż-żmien li fih issir l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni.

    3.5.2.   Jekk jiġu identifikati riżultati tat-test diskrepanti bħala parti minn evalwazzjoni, dawn ir-riżultati għandhom jissolvew sa kemm jista’ jkun possibbli, eżempju:

    permezz ta’ evalwazzjoni tal-kampjun diskrepant f’aktar sistemi ta’ ttestjar;

    permezz ta’ metodu alternattiv.

    3.5.3.   Għandhom isiru evalwazzjonijiet ta’ rendiment fuq popolazzjoni ekwivalenti għall-popolazzjoni Ewropea.

    3.5.4.   Għandhom jintgħażlu kampjuni pożittivi użati fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni biex jirriflettu espressjoni ta’ antiġeni varjanti jew dgħajfa.

    3.5.5.   L-apparat għandu jiġi vvalutat biex jistabbilixxi l-effett ta’ sustanzi li jistgħu jagħmlu interferenza, bħala parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza li għandhom jiġu valutati jiddependu sa ċertu punt mill-kompożizzjoni tar-reaġent u l-konfigurazzjoni tal-analiżi. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza għandhom jiġu identifikati bħal parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġa mill-ħtiġijiet essenzjali għal kull apparat ġdid.

    3.5.6.   Għal apparat maħsub biex jintuża mal-plażma, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni għandha tivverifika r-rendiment tal-apparat billi tuża l-antikoagulanti kollha li l-manifattur jindika għall-użu mal-apparat. Dan għandu jintwera għal mill-anqas 50 donazzjoni.

    3.6.   STK għall-ittestjar tar-rilaxx tal-manifatturi ta’ reaġenti u prodotti ta’ reaġenti għad-determinazzjoni tal-antiġeni tal-gruppi tad-demm. Is-sistema tal-grupp tad-demm ABO: ABO1 (A), ABO2 (B), ABO3 (A,B); Is-sistema tal-gruppi tad-demm Rh: RH1 (D), RH2 (C), RH3 (E), RH4 (c), RH5 (e); Is-sistema tal-gruppi tad-demm Kell: KEL1 (K)

    3.6.1.   Il-kriterji ta’ ttestjar ta’ rilaxx tal-manifattur għandhom jiżguraw li kull lott jidentifika b’mod konsistenti l-antiġeni, l-epotipi u l-antikorpi rilevanti.

    3.6.2.   Il-ħtiġijiet għall-ittestjar ta’ rilaxx tal-lott tal-manifattur huma deskritti fit-Tabella 10.

    Tabella 1

    Analizi tal-‘iskrining:’kontra l-HIV 1 u 2, kontra l-HTLV I u II, kontra l-HCV, HBsAg, kontra l-HBc

     

     

    kontra l-HIV -1/2

    kontra l-HTLV-I/II

    kontra l-HCV

    HBsAg

    kontra l-HBc

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    400 HIV-1

    100 HIV-2

    inklużi s-sottotipi 40 non-B, is-sottotipi HIV/1 kollha disponibbli għandhom ikunu rappreżentati b’mill-inqas tliet kampjuni għal kull sottotip

    300 HTLV-I

    100 HTLV-II

    400 (kampjun pożittiv)

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni u li jirriflettu t-tipi ta’ antikorpi differenti.

    Ġenotip 1-4: > 20 kampjun għal kull ġenotip (inklużi n-non-a sottotipi tal-ġenotip 4);

    5: > 5 kampjuni;

    6: jekk disponibbli

    400

    Inkluża l-konsiderazzjoni tas-sottotip

    400

    Inkluża l-evalwazzjoni ta’ markaturi oħra HBV

    Panels tas-serokonverżjoni

    20 panel;

    10 panels oħra (għand l-Entità Notifikata jew għand il-manifattur)

    Għandha tkun definita meta disponibbli

    20 panel

    10 panels oħra (għand l-Entità Notifikata jew għand il-manifattur)

    20 panel

    10 panels oħra (għand l-Entità Notifikata jew għand il-manifattur)

    Għandha tkun definita meta disponibbli

    Sensittività analitika

    L-istandards

     

     

     

    0 130 IU/ml (it-Tieni Standard Internazzjonali għal HBsAg, is-sottotip adw2, il-ġenotip A, il-kodiċi NIBSC: 00/588)

     

    Speċifiċità

    Donaturi mhux magħżula (inklużi donaturi li jagħtu d-demm għall-ewwel darba)

    5 000

    5 000

    5 000

    5 000

    5 000

    Pazjenti miżmuma għall-kura fl-isptar

    200

    200

    200

    200

    200

    Kampjuni tad-demm li potenzjalment jirreaġixxu ma’ xulxin (RF+, viruses relatati, nisa tqal, eċċ)

    100

    100

    100

    100

    100


    Tabella 2

    Analiżijiet TAN għal HIV1, HCV, HBV, HTLV I/II (kwalitattiva u kwantitattiva; mhux ta’ klassifikazzjoni molekulari)

    HIV1

    HCV

    HBV

    HTLV I/II

    Aċċettazzjoni kriterji

    TAN

    kwalitattiv

    kwantitattiv

    kwalitattiv

    kwantitattiv

    kwalitattiv

    kwantitattiv

    kwalitattiv

    Kwantitattiv

    Għall-HIV kwantitattiv

    Għall-HIV kwantitattiv

    Għall-HIV kwantitattiv

    Sensittività

    Limitu ta’ individwazzjoni

    Individwazzjoni ta’ sensittività analitika (IU/ml; definit skont l-istandards tal-WHO jew materjali kkalibrati ta’ referenza

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1): bosta stadji ta’ dilwizzjoni għal konċentrazzjoni marġinali; analiżi statistikali (eż. analiżi Probit)fuq il-bażi ta’ mill-anqas 24 replika; kalkolu ta’ 95 % tal-valur tal-limitu

    Limitu ta’ individwazzjoni: fir-rigward tat-testijiet kwalitattivi; Limitu ta’ kwantifikazzjoni: Dilwizzjonijiet (nofs-log10 jew inqas) ta’ preparazzjonijiet ta’ referenza kalibrata, definizzjoni tal-limitu inferjuri, u tal-limitu massimu ta’ kwantifikazzjoni, preċiżjoni, eżattezza, medda ta’ kejl ‘lineari’, ‘medda dinamika’. Għandha tintwera l-riproduċibbiltà f’livelli differenti ta’ konċentrazzjoni

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1): bosta stadji ta’ dilwizzjoni għal konċentrazzjoni marġinali; analiżi statistikali (eż. analiżi Probit)fuq il-bażi ta’ mill-anqas 24 replika; kalkolu ta’ 95 % tal-valur tal-limitu

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1): bosta stadji ta’ dilwizzjoni għal konċentrazzjoni marġinali; analiżi statistikali (eż. analiżi Probit)fuq il-bażi ta’ mill-anqas 24 replika; kalkolu ta’ 95 % tal-valur tal-limitu

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1): bosta stadji ta’ dilwizzjoni għal konċentrazzjoni marġinali; analiżi statistikali (eż. analiżi Probit)fuq il-bażi ta’ mill-anqas 24 replika; kalkolu ta’ 95 % tal-valur tal-limitu

     

     

    Effiċjenza ta’ kwantifikazzjoni/individwazzjoni tal-ġenotip/sottotip

    Mill-inqas 10 kampjuni għal kull sottotip (sakemm disponibbli)

    Sensiela ta’ dilwizzjonijiet tal-ġenotipi/sottotipi rilevanti kollha, preferibbilment ta’ materjal ta’ referenza, sakemm disponibbli

    Mill-inqas 10 kampjuni għal kull ġenotip (sakemm disponibbli)

     

    Sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli

     

    Sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli

     

     

    Supernatanti ta’ kultura ċellulari (jistgħu jissostitwixxu s-sottotipi rari HIV-1)

    Jistgħu jintużaw traskrizzjonijiet jew plażmidi kwantifikati b’ metodi xierqa.

     

     

     

     

     

     

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1)sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli; traskrizzjonijiet in vitro għandhom mnejn ikunu għażla

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1)sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli; traskrizzjonijiet in vitro għandhom mnejn ikunu għażla

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1)sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli; traskrizzjonijiet in vitro għandhom mnejn ikunu għażla

     

    Skont il-linja gwida ta’ validazzjoni tal-PE (1)sakemm il-materjal ta’ referenza kalibrat għal ġenotip huwa disponibbli; traskrizzjonijiet in vitro għandhom mnejn ikunu għażla

     

     

    Kampjuni negattivi ta’ speċifiċità dijanjostika

    500 donatur tad-demm

    100 donatur tad-demm

    500 donatur tad-demm

     

    500 donatur tad-demm

     

    500 donatur tad-demm individwali

     

     

    Markaturi potenzjalment interferenti

    Permezz ta’ evidenza adegwata tal-proġett ta’ analiżi (eż. tqabbil ta’ sekwenzi) u/jew tal-ittestjar ta’ mill-inqas 10 kampjuni pożittivi għar-retrovirus uman (eż. HTLV)

    Fir-rigward tat-testijiet kwalitattivi

    Permezz ta’ proġett ta’ analiżi u/jew tal-ittestjar ta’ mill-inqas 10 kampjuni pożittivi għall-flavivirus uman (eż. HGV, YFV)

     

    Permezz ta’ proġett ta’ analiżi u/jew tal-ittestjar ta’ mill-inqas 10 kampjuni oħra pożittivi għall-virus tad-DNA

     

    Permezz ta’ proġett ta’ analiżi u/jew tal-ittestjar ta’ mill-inqas 10 kampjuni pożittivi għar-retrovirus uman (eż. HIV-)

     

     

    Robustezza

     

    Fir-rigward tat-testijiet kwalitattivi

     

     

     

     

     

     

     

    Kontaminazzjoni minn mezz għall-ieħor

    Mill-inqas ħames testijiet bl-użu ta’ kampjuni li jalternaw bejn pożittivi għolja (li jseħħu naturalment) u negattivi

     

    Mill-inqas ħames testijiet bl-użu ta’ kampjuni li jalternaw bejn pożittivi għolja (li jseħħu naturalment) u negattivi

     

    Mill-inqas ħames testijiet bl-użu ta’ kampjuni li jalternaw bejn pożittivi għolja (li jseħħu naturalment) u negattivi

     

    Mill-inqas ħames testijiet bl-użu ta’ kampjuni li jalternaw bejn pożittivi għolja (li jseħħu naturalment) u negattivi

     

     

    Inibizzjoni

    Kontroll sħiħ tat-tħaddim li preferibbilment jgħaddi mill-proċedura kollha tat-TAN

     

    Kontroll sħiħ tat-tħaddim li preferibbilment jgħaddi mill-proċedura kollha tat-TAN

     

    Kontroll sħiħ tat-tħaddim li preferibbilment jgħaddi mill-proċedura kollha tat-TAN

     

    Kontroll sħiħ tat-tħaddim li preferibbilment jgħaddi mill-proċedura kollha tat-TAN

     

     

    Ir-rata globali ta’ falliment fis-sistema li twassal għal riżultati foloz-negattivi

    Mill-inqas 100 kampjun ta’ virus fi kwantità li tilħaq tliet darbiet il-95 % tal-limitu ta’ konċentrazzjoni pożittiva

     

    Mill-inqas 100 kampjun ta’ virus fi kwantità li tilħaq tliet darbiet il-95 % tal-limitu ta’ konċentrazzjoni pożittiva

     

    Mill-inqas 100 kampjun ta’ virus fi kwantità li tilħaq tliet darbiet il-95 % tal-limitu ta’ konċentrazzjoni pożittiva

     

    Mill-inqas 100 kampjun ta’ virus fi kwantità li tilħaq tliet darbiet il-95 % tal-limitu ta’ konċentrazzjoni pożittiva

     

    99 analiżi minn 100 pożittivi


    Tabella 3

    Testijiet Rapidi: kontra l-HIV 1 u 2, kontra l-HCV, HBsAg, kontra l-HBc, anti-HTLV I u II

     

     

    kontra l-HIV 1/2

    kontra l-HCV

    HBsAg

    kontra l-HBc

    kontra l-HTLV I/II

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterja bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterja bħal tal-analiżi tal-iskrining

    Panels tas-serokonverżjoni

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    L-istess kriterji bħal tal-analiżi tal-iskrining

    Speċifiċità dijanjostika

    Kampjuni negattivi

    1 000 donazzjoni tad-demm

    1 000 donazzjoni tad-demm

    1 000 donazzjoni tad-demm

    1 000 donazzjoni tad-demm

    1 000 donazzjoni tad-demm

    ≥ 99 % (kontra l-HBc: > 96 %)

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun minn nisa tqal

    200 kampjun minn nisa tqal

    200 kampjun minn nisa tqal

     

    200 kampjun minn nisa tqal

    100 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    100 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    100 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    100 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    100 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza


    Tabella 4

    Analiżi ta’ konferma/supplementari għal kontra l-HIV 1 u 2, kontra l-HTLV I u II, kontra l-HCV, HBsAg

     

     

    Analiżi ta’ Konferma kontra l-HIV

    Analiżi ta’ Konferma kontra l-HTLV

    Analiżi Supplementari HCV

    Analiżi ta’ Konferma HBsAg

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    200 HIV-1 u 100 HIV-2

    200 HTLV-I u 100 HTLV-II

    300 HCV (kampjuni pożittivi)

    300 HBsAg

    Identifikazzjoni korretta bħala pożittiva (jew indeterminata), mhux negattiva

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni u li jirriflettu t-tipi ta’ antikorpi differenti

     

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni u li jirriflettu t-tipi ta’ antikorpi differenti.

    Ġenotipi 1 - 4: > 20 kampjun (inklużi n-non-a sottotipi tal-ġenotip 4);

    5: > 5 kampjuni;

    6: jekk disponibbli

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni

    20 kampjun ‘poż ħafna’ (> 26 IU/ml); 20 kampjun li joqorbu l-limitu

     

    Panels tas-serokonverżjoni

    15-il panel ta’ serokonverżjoni/ta’ titru baxx

     

    15-il panel ta’ serokonverżjoni/ta’ titru baxx

    15-il panel ta’ serokonverżjoni/ta’ titru baxx

     

    Sensittività analitika

    L-istandards

     

     

     

    It-Tieni Standard Internazzjonali għal HBsAg, is-sottotip adw2, il-ġenotip A, il-kodiċi NIBSC: 00/588

     

    Speċifiċità dijanjostika

    Kampjuni negattivi

    200 donazzjoni tad-demm

    200 donazzjoni tad-demm

    200 donazzjoni tad-demm

    10 pożittivi foloz kif disponibbli mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-analiżi tal-iskrining (2)

    L-ebda riżultat falz pożittiv/ (2) ebda newtralizzazzjoni

    200 kampjun kliniku inklużi n-nisa tqal

    200 kampjun kliniku inklużi n-nisa tqal

    200 kampjun kliniku inklużi n-nisa tqal

     

     

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza, inklużi kampjuni b’riżultati indeterminati f’analiżijiet oħra ta’ konferma

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza, inklużi kampjuni b’riżultati indeterminati f’analiżijiet oħra ta’ konferma

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza inklużi kampjuni b’riżultati indeterminati f’analiżijiet oħra ta’ konferma

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

     


    Tabella 5

    Antiġenu HIV 1

     

    L-Analiżi tal-Antiġenu HIV -1

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    50 HIV-1 Ag-pożittiv

    50 supernatant ta’ kultura ċellulari inklużi sottotipi HIV-1 u HIV-2 differenti

    Identifikazzjoni korretta (wara n-newtralizzazzjoni)

    Panels tas-serokonverżjoni

    20 panel ta’ serokonverżjoni/ta’ titru baxx

     

    Sensittività analitika

    L-istandards

    L-Antiġenu HIV-1 p. 24, l-Ewwel Reaġent Internazzjonali ta’ Referenza, kodiċi NIBSC: 90/636

    ≤ 2 IU/ml

    Speċifiċità dijanjostika

     

    200 donazzjoni tad-demm

    200 kampjun kliniku

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    ≥ 99,5 % wara n-newtralizzazzjoni


    Tabella 6

    L-Analiżi tas-Serotipika u l-Ġenotipika: HCV

     

    L-Analiżi tas-Serotipika u l-Ġenotipika HCV

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    200 (kampjun pożittiv)

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni u li jirriflettu t-tipi ta’ antikorpi differenti.

    Ġenotipi 1 - 4: > 20 kampjun (inklużi n-non-a sottotipi tal-ġenotip 4);

    5: > 5 kampjuni;

    6: jekk disponibbli

    ftehim ta’ ≥ 95 % bejn is-serotipika u l-ġenotipika

    ftehim ta’> 95 % bejn is-serotipika u l-ġenotipika

    Speċifiċità dijanjostika

    Kampjuni negattivi

    100

     


    Tabella 7

    Markaturi HBV: kontra l–HBs, kontra l-HBc IgM, kontra l-HBe, HBeAg

     

    kontra l-HBs

    kontra l-HBc IgM

    kontra l-HBe

    HBeAg

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    100 persuna mlaqqma

    200

    200

    200

    ≥ 98 %

    100 persuna infettata b’mod naturali

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni (akuti/kroniċi eċċ)

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni (akuti/kroniċi eċċ)

    Inklużi kampjuni minn stadji differenti ta’ infezzjoni (akuti/kroniċi eċċ)

    Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni għandhom jiġu applikati biss fuq kampjuni mill-istadju akut ta’ infezzjoni.

    Panels ta’ sero-konverzjoni

    10 azzjonijiet ta’ segwitu jew serokonverżjoni anti-HBs

    Meta disponibbli

     

     

     

    Sensittività analitika

    L-istandards

    L-ewwel Preparazzjoni Internazzjonali ta’ Referenza tad-WHO 1977; NIBSC, Ir-Renju Unit

     

     

    HBe – Referenzantigen 82; PEI il-Ġermanja

    Kontra l-HBs: < 10 mIU/ml

    Speċifiċità dijanjostika

    Kampjuni negattivi

    500

    200 donazzjoni tad-demm

    200 donazzjoni tad-demm

    200 donazzjoni tad-demm

    ≥ 98 %

    Inklużi kampjuni kliniċi

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    200 kampjun kliniku

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza


    Tabella 8

    Markaturi HDV: kontra l-HDV, kontra l-HDV IgM, Delta Antigen

     

    kontra l-HDV

    kontra l-HDV IgM

    Delta Antigen

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Sensittività dijanjostika

    Kampjuni pożittivi

    100

    50

    10

    ≥ 98 %

    Indikazzjoni tal-markaturi HBV

    Indikazzjoni tal-markaturi HBV

    Indikazzjoni tal-markaturi HBV

    Speċifiċità dijanjostika

    Kampjuni negattivi

    200

    200

    200

    ≥ 98 %

    Inklużi kampjuni kliniċi

    Inklużi kampjuni kliniċi

    Inklużi kampjuni kliniċi

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza

    50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza


    Tabella 9

    Antiġeni tal-gruppi tad-demm fis-sistemi tal-gruppi tad-demm ABO, Rh u Kell

     

    1

    2

    3

    Speċifiċità

    Għadd ta’ testijiet għal kull metodu rrakkomandat

    Għadd ta’ kampjuni li għandhom jiġu eżaminati għal prodott ta’ tnedija

    Għadd totali ta’ kampjuni li għandhom jiġu eżaminati għal formulazzjoni ġdida, jew għall-użu ta’ reaġenti kkaratterizzati ħafna

    Kontra l-ABO1 (kontra A), kontra l-ABO2 (kontra B), kontra l-ABO3 (kontra A,B)

    500

    3 000

    1 000

    Anti-RH1 (anti-D)

    500

    3 000

    1 000

    Anti-RH2 (anti-C), anti-RH4 (anti-c), anti-RH3 (anti-E)

    100

    1 000

    200

    Anti-RH5 (anti-e)

    100

    500

    200

    kontra l-KEL1 (kontra-K)

    100

    500

    200

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni:

    Ir-reaġenti kollha ta’ hawn fuq għandhom juru rizultati tat-testijiet komparabbli mar-reaġenti stabbiliti b’rendiment aċċettabbli fir-rigward tar-reattività ddikjarata tal-apparat. Għar-reaġenti stabbiliti, fejn l-applikazzjoni jew l-użu tbiddlu jew ġew estiżi, għandu jsir aktar ittestjar skont ir-rekwiżiti stipulati fil-kolonna 1 (fuq).

    L-ewalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ reaġenti anti-D ghandhom jinkludu testijiet fuq sensiela ta’ kampjuni RH1 (D) dgħajfa u RH1 (D) parzjali, skont l-użu maħsub tal-prodott.

    Kwalifiki:

    Kampjuni kliniċi

    :

    10 % tal-popolazzjoni tal-ittestjar

    Kampjuni ta’ trabi tat-twelid

    :

    > 2 % tal-popolazzjoni tal-ittestjar

    Kampjuni ABO

    :

    > 40 % A, B pożittivi

    ‘D dgħajfa’

    :

    > 2 % ta’ RH1 (D) pożittivi

    Tabella 10

    Kriterji tar-rilaxx tal-lott għar-reaġenti u għall-prodotti ta’ reaġenti biex jiġu ddeterminati l-antiġeni tal-gruppi tad-demm fis-sistemi tal-gruppi tad-demm ABO, Rh u Kell

    Rekwiżiti tal-Ispeċifiċità tal-Ittestjar dwar kull reaġent

    1.   Reġenti tat-test

    Reaġenti għall-Gruppi tad-Demm

    L-għadd minimu taċ-ċelloli ta’ kontroll li għandhom jiġu ttestjati

     

    Reazzjonijiet pożittivi

     

    Reazzjonijiet negattivi

     

    A1

    A2B

    Ax

     

     

    B

    0

     

    Kontra l-ABO1 (kontra A)

    2

    2

    2  (*)

     

    2

    2

     

     

    B

    A1B

     

     

    A1

    0

     

    Kontra l-ABO2 (kontra B)

    2

    2

     

     

    2

    2

     

     

    A1

    A2

    Ax

    B

    0

     

     

    Kontra l-ABO3 (kontra A,B)

    2

    2

    2

    2

    4

     

     

     

    R1r

    R2r

    D Dgħajjef

     

    r’r

    r’r

    rr

    Kontra l-RH1 (kontra D)

    2

    2

    2  (*)

     

    1

    1

    1

     

    R1R2

    R1r

    r’r

     

    R2R2

    r’r

    rr

    Kontra l-RH2 (anti-C)

    2

    1

    1

     

    1

    1

    1

     

    R1R2

    R1r

    r’r

     

    R1R1

     

     

    Kontra l-RH4 (kontra c)

    1

    2

    1

     

    3

     

     

     

    R1R2

    R2r

    r’r

     

    R1R1

    r’r

    rr

    Kontra l-RH3 (kontra E)

    2

    1

    1

     

    1

    1

    1

     

    R1R2

    R2r

    r’r

     

    R2R2

     

     

    Kontra l-RH5 (kontra-e)

    2

    1

    1

     

    3

     

     

     

    Kk

     

     

     

    kk

     

     

    Kontra l-KEL1 (kontra-K)

    4

     

     

     

    3

     

     

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni:

    Kull lott ta’ reaġenti għandu jkollu riżultati pożittivi jew negattivi inekwivokabbli mit-tekniki kollha rrakkomandati skont ir-riżultati miksuba mid-dejta tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni.

    2.   Materjali ta’ kontroll (ċelloli ħomor)

    Il-fenotip taċ-ċelloli ħomor użat fil-kontroll tar-reaġenti ta’ klassifikazzjoni tad-demm elenkati fuq għandhom jiġu kkonfermati billi jintuża l-apparat ix-xieraq.”


    (1)  Il-linja gwida Pharmacopoeia Ewropea

    Nota: Il-kriterjia ta’ aċċettazzjoni għar- ‘rata globali ta’falliment fis-sistema li twassal għal riżultati foloz-negattivi’ hija ta’ 99 analiżi minn 100 pożittivi.

    Għat-TAN kwantitattivi għandu jsir studju fuq mill-inqas 100 kampjun pożittiv li jirrifletti l-kundizzjonijiet ta’ rutina għall-utenti (eż. ebda għażla minn qabel ta’ kampjuni). Ir-riżultati komparattivi ma’ sistema oħra ta’ ttestjar ta’ TAN għandhom jiġu ġġenerati b’mod parallel.

    Għat-TAN kwalitattivi għandu jsir studju dwar is-sensittività dijanjostika bl-użu ta’ mill-inqas 10 panels ta’ serokonverżjoni. Ir-riżultati komparattivi ma’ sistema oħra ta’ ttestjar ta’ TAN għandhom jiġu ġġenerati b’mod parallel.

    (2)  Kriterju ta’ aċċettazzjoni: l-ebda newtralizzazzjoni għal analiżi ta’ konferma għall-HBsAg

    (*)  B’tekniki rrakkomandati biss li jaffirmaw ir-reattività kontra dawn l-antiġeni

    Nota: Ir-reaġenti poliklonali għandhom jiġu eżaminati kontra panel usa’ ta’ ċelloli biex jikkonfermaw l-ispeċifiċità u jeskludu l-preżenza ta’ antikorpi kontaminanti mhux mixtieqa.


    Top