EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0797

2009/797/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Ottubru 2009 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 285, 31.10.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/797/oj

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ottubru 2009

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/797/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1) u 2006/651/KE, Euratom (2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Susanna FLORIO, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur is-Sur Stefano PALMIERI, responsabile dell'area di ricerca Sviluppo locale e politica industriale dell'IRES CGIL — Istituto di ricerche economiche e sociali Confederazione generale italiana del lavoro (Group II — Employees Group) bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

(2)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


Top