This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0712
2009/712/EC: Commission Decision of 18 September 2009 implementing Council Directive 2008/73/EC as regards Internet-based information pages containing lists of establishments and laboratories approved by Member States in accordance with Community veterinary and zootechnical legislation (notified under document C(2009) 6950) (Text with EEA relevance)
2009/712/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta' paġni ta' tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta' stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġislazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6950) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/712/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta' paġni ta' tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta' stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġislazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6950) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 247, 19.9.2009, p. 13–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32019R2035
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007D0846 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32019R2035 | 21/04/2021 | |||
Modified by | 32020D0388 | Tħassir | titolu Test | 01/04/2020 | |
Modified by | 32020D0388 | Tħassir | artikolu 1 paragrafu 1 punt (b) | 01/04/2020 | |
Modified by | 32020D0388 | Tħassir | anness I kapitolu 2 | 01/04/2020 | |
Modified by | 32020D0388 | Tħassir | anness II kapitolu 2 | 01/04/2020 |
19.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Settembru 2009
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta' paġni ta' tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta' stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġislazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6950)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/712/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali bovini u suwini (1), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 6a, l-Artikoli 11(6) u 13(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar l-annimali bovini ta' razza pura għat-tnissil (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4a(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ u l-importazzjonijiet intra-Komunitarji tas-semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (3), b'mod partikulari l-Artikoli 5(3) u 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar il-livelli żootekniċi applikabbli għall-annimali tat-tnissil tar-razza tal-porċini (4), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 4a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 dwar in-nagħaġ u l-mogħoż ta' razza pura għat-tnissil (5), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 8(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-ekwidi (7), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-ekwidi intiżi għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-partiċipazzjoni f'dan (8) il-qasam, u b'mod partikolari fl-Artikolu 4(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju tas-semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi porċina u l-importazzjonijiet tiegħu (9), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 8(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (10), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 6a,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ Intra-Komunitarju f'annimali ovini u kaprini (11), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a (6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8b(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE (12), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi regoli u miżuri ta’ kontroll biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (13), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni li ma humiex suġġetti għal rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali kif stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (14), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(2)(d) u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' Newcastle (15), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (16), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(7),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (17), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika responsabbli li tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effikaċja tal-vaċċini kontra l-idrofobja (18), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (19), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (20), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza avjarja u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (21), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom huwa permess biss minn stabbilimenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità u huma approvati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsabu. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta' Lulju 2008 li tissemplifika l-proċeduri ta' elenkar u pubblikazzjoni ta' tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi (22) tistipula li l-Istati Membri għandhom jikkompilaw u jaġġornaw il-listi ta' stabbilimenti approvati fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku. |
(3) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2008/73/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jipprovdu lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku tagħrif aġġornat dwar il-laboratorji ta' referenza nazzjonali u ċerti laboratorji oħra li ntgħażlu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità. |
(4) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-Istati Membri l-oħra u mill-pubbliku għal-listi ta' stabbilimenti u laboratorji approvati, il-listi għandhom isiru disponibbli b'mod elettroniku mill-Istati Membri permezz ta' paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex dawn il-listi jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku billi tipprovdi l-indirizz ta' websajt fuq l-internet li turi l-ħoloq nazzjonali tal-paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet tal-Istati Membri. |
(6) |
Sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju ta' tagħrif b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri, u biex ikunu żgurati t-trasparenza u l-intelliġibilità, huwa importanti li l-listi jkunu ppreżentati b'mod uniformi mal-Komunità kollha. Mudelli li juru t-tqassim tal-paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet għandhom għaldaqstant jintbagħtu fl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Fil-każ tal-ekwidi, il-format tal-lista ta' entitajiet approvati u magħrufa li jżommu jew jistabbilixxu reġistri bir-razez taż-żwiemel li jridu jiġu kkompilati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/427/KEE għandu wkoll jipprovdi t-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jimplimenta d-Direttivi tal-Kunsill 90/426/KEE u 90/427/KEE fir-rigward ta' metodi għall-identifikazzjoni tal-ekwidi (23) u għandu jkun jista' jiġi adattat b'mod ħafif għal-listi ta' entitajiet oħra li joħorġu dokumenti ta' identifikazzjoni għal ekwidi reġistrati jew ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni. |
(8) |
B'referenza għall-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (24) jimplika l-obbligu li jiġu elenkati ċentri ta' ġbir approvati għall-kummerċ fl-ekwidi inklużi swieq jew ċentri ta' tqassim. |
(9) |
Id-Direttiva 2008/73/KE trid tiġi trasposta mill-Istati Membri mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2010. Skont dan, il-paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet għandhom ikunu disponibbli sa din id-data. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE tas-6 ta' Diċembru 2007 li tistabbilixxi mudell għal-listi tal-entitajiet approvati mill-Istati Membri bi qbil mad-dispożizzjonijiet varji tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trażmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni (25), tistabbilixxi mudell komuni għal-listi ta' ċerti entitajiet approvati mill-Istati Membri u r-regoli li japplikaw għat-trażmissjoni ta' dawn il-listi. |
(11) |
F'isem iċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2007/846/KE għandha tiġi revokata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żooteknika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-Internet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010 paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet sabiex jagħmlu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku l-listi tal-istabbilimenti u laboratorji li ġejjin li huma approvati, magħrufa jew b'mod ieħor magħżula skont id-Direttivi elenkati fl-Anness I (’approvazzjoni’):
(a) |
stabbilimenti fil-qasam veterinarju kif stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness II; |
(b) |
stabbilimenti fil-qasam żootekniku kif stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness II; kif ukoll |
(c) |
laboratorji kif stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness II. |
2. Il-paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness II u bir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet biex jinkludu kull approvazzjoni ġdida u kull sospensjoni jew revoka ta' stabbilimenti u laboratorji fejn dawn ma jkunux aktar konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizz tal-Internet tal-paġni ta' tagħrif tagħhom imqiegħda fuq l-internet.
Artikolu 2
Revoka
Id-Deċiżjoni 2007/846/KE hi revokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8.
(3) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(4) ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36.
(5) ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30.
(6) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.
(7) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.
(8) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60.
(9) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
(10) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
(11) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(12) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(13) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.
(14) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(15) ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.
(16) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(17) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(18) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(19) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(20) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(21) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(22) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.
(23) ĠU L 149, 7.6.2008, p. 3.
(24) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(25) ĠU L 333, 19.12.2007, p. 72.
ANNESS I
KAPITOLU 1
Leġislazzjoni veterinarja
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi ta' saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta' semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina u l-importazzjonijiet tiegħu
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni tal-ekwidi minn pajjiżi terzi
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina u l-importazzjonijiet tiegħu
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' tjur u bajd tat-tifqis u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali ovini u kaprini
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli u l-miżuri għall-kontroll u l-ġlieda kontra l-Marda Afrikana taż-Żwiemel
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ annimali, semen, bajd (ova) u embrijuni u l-importazzjonijiet tagħhom fil-Komunità li ma humiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' Newcastle
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u miżuri speċifiċi dwar il-marda tal-infafet tal-ħnieżer
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effikaċja tal-vaċċini kontra l-idrofobija
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KE għal dak li għandu x'jaqsam mal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE
KAPITOLU 2
Leġislazzjoni żooteknika
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar annimali puri tar-razza tal-ispeċi tal-ifrat għat-tagħmir
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar standards żootekniċi applikabbli għal annimali għat-tgħammir tal-ispeċi porċina
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 dwar nagħaġ u mogħoż ta' razza pura għat-tgħammir
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-ekwidi
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kummerċ fl-ekwidi intiżi għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fihom
ANNESS II
KAPITOLU 1
STABBILIMENTI FIL-QASAM VETERINARJU
I. Ċentri ta' ġbir
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ġbir approvati għal kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u l-ħnieżer (Direttiva 64/432/KEE), l-ekwidi (Direttiva 90/426/KEE), annimali ovini u kaprini (Direttiva 91/68/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Speċi |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
II. Konċessjonarji
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' konċessjonarji approvati u bini reġistrat użat mill-konċessjonarji fil-kuntest tan-negozju tagħhom (Direttivi 64/432/KEE u 91/68/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Speċi |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
III. Ċentri ta' ġbir u ħażna ta’ semen
(a) Ċentri ta' ġbir ta' semen bovina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (Direttiva 88/407/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(b) Ċentri ta' ħażna ta' semen bovina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ħażna ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (Direttiva 88/407/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(c) Ċentri ta' ġbir ta' semen porċina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (Direttiva 90/429/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(d) Ċentri ta' ġbir ta' semen ovina u kaprina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ovina u kaprina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(e) Ċentri ta' ħażna ta' semen ovina u kaprina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ħażna ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ovina u kaprina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(f) Ċentri ta' ġbir ta' semen ekwina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ekwina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
(g) Ċentri ta' ħażna ta' semen ekwina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ ċentri ta’ ħażna ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ekwina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
IV. Gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni
(a) Gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni bovini
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ gruppi approvati ta' ġbir u/jew produzzjoni ta' embrijuni (immarka kif xieraq) għall-kummerċ intr-Komunitarju fl-embrijuni u l-ova ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (Direttiva 89/556/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Ġbir |
… Produzzjoni |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
(b) Gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni ekwini
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ gruppi approvati ta' ġbir u/jew produzzjoni ta' embrijuni (immarka kif xieraq) għall-kummerċ intr-Komunitarju fl-embrijuni u l-ova ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ekwina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Ġbir |
… Produzzjoni |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
(c) Gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni ovini u kaprini
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ gruppi approvati ta' ġbir u/jew produzzjoni ta' embrijuni (immarka kif xieraq) għall-kummerċ intr-Komunitarju fl-embrijuni u l-ova ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi ovina u kaprina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Ġbir |
… Produzzjoni |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
(d) Gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni porċini
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ gruppi approvati ta' ġbir u/jew produzzjoni ta' embrijuni (immarka kif xieraq) għall-kummerċ intr-Komunitarju fl-embrijuni u l-ova ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (Direttiva 92/65/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Ġbir |
… Produzzjoni |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
V. Ċentri jew faċilitajiet ta’ kwarantina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta’ faċilitajiet jew ċentri approvati ta' kwarantina ghall-importazzjoni ta’ għasafar għajr tjur (Direttivi 92/65/KEE u 91/496/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem l-unità veterinarja lokali kompetenti (UVL) |
… Numru ta' traċċi UVL |
… Dettalji ta' kuntatt UVL |
… Kummenti |
|
|
|
|
@ www |
|
VI. Stabbilimenti għal tjur
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' stabbilimenti għal tjur (immarka kif xieraq) (Direttiva 90/539/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|||||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Maqfas |
… Tgħammir |
… Trobbija |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
|
VII. Entitajiet, istituti u ċentri
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet, istituti u ċentri approvati għal kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Numru ta' approvazzjoni |
… Data ta' approvazzjoni |
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
KAPITOLU 2
STABBILIMENTI FIL-QASAM ŻOOTEKNIKU
I. Entitajiet approvati u magħrufa għaż-żamma jew it-twaqqif ta' reġistri tar-razez tal-ifrat, tal-imrieħel jew taż-żwiemel.
(a) Speċi bovina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 77/504/KEE magħrufa uffiċjalment għall-fini taż-żamma jew twaqqif ta' reġistri tar-razzez tal-ifrat |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Isem tar-razza(razzez) |
… Kummenti |
|
|
@ www |
|
|
(b) Speċi porċina (ħnieżer tat-tgħammir ta' razza pura)
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 88/661/KEE magħrufa uffiċjalment għaż-żamma ta' reġistri tar-razez tal-ifrat |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Isem tar-razza(razez) |
… Kummenti |
|
|
@ www |
|
|
(c) Speċi porċina (ħnieżer tat-tgħammir ibridi)
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(d) tad-Direttiva 88/661/KEE magħrufa uffiċjalment għaż-żamma ta' reġistri |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Kummenti |
|
|
@ www |
|
(d) Speċi ovina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 89/361/KEE magħrufa uffiċjalment għall-fini taż-żamma jew twaqqif ta' reġistri tar-razez tal-imrieħel |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Isem tar-razza (razzez) |
… Kummenti |
|
|
@ www |
|
|
(e) Speċi kaprina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 89/361/KEE magħrufa uffiċjalment għall-fini taż-żamma jew twaqqif ta' reġistri tar-razez tal-imrieħel |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Isem tar-razza (razez) |
… Kummenti |
|
|
@ www |
|
|
(f) Speċi ekwina
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/427/KEE approvati jew magħrufa uffiċjalment għaż-żamma jew it-twaqqif ta' reġistri tar-razez taż-żwiemel |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
||||
… UELN b'sitt ċifri - kodiċi ta' identifikazzjoni kompatibbli tad-dejtabejż |
… Isem |
… Data ta' approvazzjoni |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Isem ir-razza |
… Reġistru tal-oriġini tar-razza taż-żiemel |
… Kummenti |
|
|
|
@ www |
|
|
|
II. Kriterji stabbiliti għat-tqassim ta' fondi għas-salvagwardja, l-iżvilupp u t-titjib tar-razza
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Kriterji stabbiliti għat-tqassim ta' fondi għas-salvagwardja, l-iżvilupp u t-titjib tar-razza (Direttiva 90/428/KEE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|
|
|
III. Kompetizzjonijiet ekwini li jaqgħu taħt id-deroga mill-prinċipju ta' ebda diskriminazzjoni
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Dixxiplina ekwestri |
… Għadd ta' kompetizzjonijiet li jaqgħu taħt id-deroga skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE |
… sena (daħħal id-data) |
|
|
|
|
KAPITOLU 3
LABORATORJI
I. Laboratorji nazzjonali ta' referenza
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza (Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u 2005/94/KE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Direttiva |
… Marda |
|
@ www |
|
|
II. Laboratorji oħra
… Stat Membru (daħħal l-isem) |
… Lista ta' laboratorji approvati biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effikaċja tal-vaċċini kontra l-idrofobija (Direttiva 2000/258/KE) |
… Verżjoni (daħħal id-data) |
|
… Isem |
… Dettalji ta' Kuntatt |
… Data ta' approvazzjoni |
… Kummenti |
|
@ www |
|
|
ANNESS III
1. |
L-intestatura ta' kull paġna ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet għandha tindika isem l-Istat Membru u d-data tal-verżjoni tal-lista bil-format li ġej jj/xx/ssss. |
2. |
L-intestatura ta' kull paġna ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet għandha ssir fil-lingwa Ingliża u fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru. |
3. |
Fejn irid jinħareġ numru ta' approvazzjoni jew reġistrazzjoni, dan għandu jkun uniku fi ħdan il-kategorija u l-entitajiet għandhom ikunu elenkati kemm jista' jkun f'ordni loġika. |
4. |
Kull tagħrif dwar stabbiliment jew laboratorju (pereżempju sospensjoni, revoka … eċċ) li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku għandu jsir taħt il-kolonna “kummenti”. |