Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0610

    2009/610/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 225, 27.8.2009, p. 104–179 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/610/oj

    27.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 225/104


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-2 ta’ Lulju 2008

    dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi

    (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118)

    (Il-verżjoni Griega biss hija awtentika)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/610/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    B’ittra datata d-9 ta’ Settembru 2003, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew lill-Kummissjoni applikazzjoni minn Hellenic Shipyards S.A. (minn hawn ‘il quddiem “HSY”) għal emendi fil-pjan ta’ investiment għar-ristrutturazzjoni tagħha, li għajnuna favur tagħha ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 fil-Każ N 401/1997 (2) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni N 401/1997”). Skont il-pjan emendat, datat Novembru 2002, HSY applikat għal, u eventwalment irċeviet, l-approvazzjoni tal-awtoritajiet Griegi biex tlesti l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment tat-30 ta’ Ġunju 2004. Barra minn hekk, skont il-pjan emendat, l-għajnuna approvata mill-Kummissjoni fl-1997 għadha ma tħallsitx lil HSY.

    (2)

    B’ittra datata l-31 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Griegi spjegaw li l-pjan emendat ġie kkomunikat lill-Komunikazzjoni “għall-informazzjoni tagħha”, u ma kienx intenzjonat li jkun notifika.

    (3)

    B’ittra datata t-18 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Griegi biex jispjegaw jekk kienx beħsiebhom jagħtu jew iqassmu għajnuna lil HSY għall-finijiet tal-pjan ta’ investiment emendat. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Griegi li f’dak il-każ, u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 659/1999”), din l-għajnuna għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ma għandhiex tiġi implimentata qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni formali f’dak ir-rigward.

    (4)

    B’ittra datata s-16 ta’ Jannar 2004 l-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li l-għajnuna li kien beħsiebhom jagħtu kienet “għajnuna eżistenti”, koperta bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-1997, u li l-awtoritajiet Griegi kellhom il-ġuriżdizzjoni li japprovaw emendi għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni, fosthom il-prolungament tal-iskeda għall-implimentazzjoni tal-pjan.

    (5)

    B’ittra datata l-20 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni kkomunikat lill-awtoritajiet Griegi d-dubji tagħha dwar il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq.

    (6)

    B’ittra datata is-27 ta’ Frar 2004, l-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li ma kienet ingħatat l-ebda għajnuna lil HSY sa dakinhar.

    (7)

    Bid-deċiżjoni C(2004)1359 tal-20 ta’ April 2004 (4) (minn hawn ’il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-emendi magħmula fil-pjan ta’ investiment li huwa parzjalment iffinanzjat mill-għajnuna għall-investiment awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997. Id-deċiżjoni tal-ftuħ tindika wkoll li l-Bank Elleniku tal-Iżvilupp Industrijali (minn hawn ’il quddiem “ETVA”) li huwa proprjetà tal-Istat ta bosta self u garanziji lil HSY u li l-awtoritajiet Griegi ma kinux ipprovdew rapporti annwali kif suppost kellhom jagħmlu.

    (8)

    Wara li talbet u rċeviet estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex tissottometti kummenti, il-Greċja ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ b’ittra tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (9)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottometu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

    (10)

    Wara li talbet u rċeviet estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex tissottometti kummenti, HSY għamlet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ b’ittra tat-18 ta’ Ottubru 2004. Dawn il-kummenti huma l-istess bħal dawk sottomessi mill-Greċja fl-20 ta’ Ottubru 2004. Elefsis, kompetitur Grieg ta’ HSY, issottometta kummenti b’ittra tal-10 ta’ Settembru 2004. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Greċja b’ittri tas-16 ta’ Diċembru 2004 u tat-23 ta’ Diċembru 2004; il-Greċja wieġbet b’ittri tal-20 ta’ Jannar 2005 u tas-26 ta’ Jannar 2005, rispettivament. B’ittra tad-29 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti addizzjonali ta’ Elefsis lill-Greċja, li wieġbet b’ittra tat-23 ta’ Mejju 2005.

    (11)

    Mill-2002, il-Kummissjoni bdiet tirċievi ittri ta’ lment minn Elefsis li jsostnu li HSY ibbenefikat minn diversi miżuri illegali u inkumpatibbli u kienet użat ħażin l-għajnuna awtorizzata mill-Kummissjoni. Dawn l-ittri kienu datati t-23 ta’ Mejju 2002, it-28 ta’ Mejju 2002, l-14 ta’ Awwissu 2002, l-24 ta’ April 2003, it-3 ta’ Frar 2004, l-4 ta’ Marzu 2004, it-30 ta’ Ġunju 2004, it-8 ta’ April 2005, is-27 ta’ April 2005, l-24 ta’ Mejju 2005, l-10 ta’ Ġunju 2005, il-15 ta’ Lulju 2005, it-28 ta’ Lulju 2005, it-13 ta’ Settembru 2005, is-16 ta’ Settembru 2005, il-21 ta’ Ottubru 2005, it-12 ta’ Diċembru 2005, it-23 ta’ Diċembru 2005, is-6 ta’ Jannar 2006, l-10 ta’ Jannar 2006, it-12 ta’ Jannar 2006, it-18 ta’ Jannar 2006, it-23 ta’ Jannar 2006, it-3 ta’ Frar 2006, id-9 ta’ Frar 2006, it-23 ta’ Marzu 2006, it-28 ta’ Marzu 2006, is-6 ta’ April 2006, l-20 ta’ April 2006, l-24 ta’ Mejju 2006 u t-2 ta’ Ġunju 2006. Il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-ilmentatur fis-27 ta’ Ġunju 2002, fit-22 ta’ Lulju 2004 u fit-12 ta’ Awwissu 2005.

    (12)

    Dawn l-ilmenti ġew irreġistrati taħt in-numri CP 71/2002 u CP 133/2005.

    (13)

    Il-Kummissjoni talbet lill-Greċja għall-informazzjoni b’ittri datati it-30 ta’ Jannar 2003, it-30 ta’ Lulju 2004, it-2 ta’ Mejju 2005, l-24 ta’ Mejju 2005, l-24 ta’ Marzu 2006, l-24 ta’ Mejju 2006 u d-29 ta’ Mejju 2006. Il-Greċja wieġbet b’ittri datati il-31 ta’ Marzu 2003, il-21 ta’ Ottubru 2004, is-17 ta’ Diċembru 2004, l-20 ta’ Ġunju 2005, il-25 ta’ April 2006, it-30 ta’ Mejju 2006 u l-1 ta’ Ġunju 2006.

    (14)

    Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet Griegi fit-22 ta’ Marzu 2006 (f’din l-okkażjoni l-awtoritajiet Griegi kienu akkumpanjati minn rappreżentanti ta’ HSY kif ukoll ta’ Piraeus Bank u pprovdew lill-Kummissjoni b’xi dokumenti addizzjonali), mal-ilmentatur fl-10 ta’ Jannar 2003, l-14 ta’ Jannar 2005, l-10 ta’ Marzu 2005, l-20 ta’ Mejju 2005, id-19 ta’ Ottubru 2005, it-8 ta’ Novembru 2005 u t-23 ta’ Marzu 2006, u ma’ Thyssen Krupp Marine Systems AG (minn hawn ’il quddiem “TKMS”) fil-21 ta’ Marzu 2006.

    (15)

    Bid-deċiżjoni C (2006)2983 tal-4 ta’ Lulju 2006 (6) (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni ta’ estensjoni”), il-Kummissjoni estendiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat sabiex tinkludi diversi miżuri addizzjonali favur HSY. Din id-deċiżjoni ta’ estensjoni tikkonkludi wkoll li diversi miżuri mhux notifikati jew jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat jew ma jirrappreżentawx għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

    (16)

    Din l-estensjoni tal-proċedura fil-Kawża C 16/2004 saret mingħajr preġudizzju għal kull proċedura eżistenti jew imminenti ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-HSY, b’mod partikolari l-proċedura C 40/2002.

    (17)

    Wara li talbet u rċeviet estensjoni tad-data tal-għeluq biex twieġeb, il-Greċja wieġbet għad-deċiżjoni ta’ estensjoni b’ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006.

    (18)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

    (19)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati li ġejjin. HSY bagħtet kummenti b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Greek Naval Shipyard Holding (minn hawn ‘il quddiem “GNSH”) u TKMS għamlu sottomissjoni konġunta b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Piraeus Bank issottometta kummenti b’ittra tas-27 ta’ Ottubru 2006 u – wara laqgħa mal-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2007 – b’ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006. Wara li talab u rċieva estensjoni tad-data tal-għeluq biex iwieġeb, Elefsis issottometta kummenti b’ittra tas-17 ta’ Novembru 2006.

    (20)

    B’ittra tat-22 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-Greċja, li kkummentat dwarhom b’ittra tas-7 ta’ Marzu 2007 u tad-19 ta’ Marzu 2007. B’ittra tas-27 ta’ April 2007, il-Kummissjoni bagħtet lill-Greċja annessi għall-kummenti ta’ partijiet terzi li kienet ħalliet barra fl-ittra tat-22 ta’ Frar. Fl-ittra datata s-27 ta’ April 2007, il-Kummissjoni għamlet ukoll diversi mistoqsijiet lill-Greċja, li wieġbet b’ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007. B’ittra tat-23 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet lill-HSY, li wieġbet b’ittra tad-9 ta’ Ottubru 2007. B’ittra tat-13 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni mill-Greċja u bagħtet ir-risposti tal-HSY tad-9 ta’ Ottubru 2007. Il-Greċja wieġbet b’ittri tal-4 ta’ Diċembru 2007 u l-14 ta’ Diċembru 2007. Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet Griegi fis-16 ta’ Ottubru 2007 u fil-21 ta’ Jannar 2008. Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet addizzjonali lill-Greċja fit-12 ta’ Frar 2008; il-Greċja wieġbet b’ittra tat-3 ta’ Marzu 2008.

    (21)

    Fit-8 ta’ Mejju 2007 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, TKMS/GNSH u l-avukat ta’ HSY. TKMS/GNSH ippreżentaw kummenti addizzjonali b’ittra tal-21 ta’ Ġunju 2007. Fil-11 ta’ Settembru 2007 il-Kummissjoni bagħtet din l-ittra lill-Greċja, li ssottomettiet kummenti b’ittra tal-11 ta’ Ottubru 2007. Wara laqgħa oħra li saret fid-9 ta’ Jannar 2008 bejn il-Kummissjoni u l-istess persuni, TKMS/GNSH għamlu sottomissjoni addizzjonali b’ittra tat-18 ta’ Jannar 2008, li ntbagħtet lill-awtoritajiet Griegi b’ittra tat-12 ta’ Frar 2008.

    (22)

    Il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ Elefsis fil-15 ta’ Marzu 2007 u fis-7 ta’ Awwissu 2007. Wara l-laqgħa tal-aħħar, Elefsis għamlet kummenti addizzjonali b’ittra tat-8 ta’ Novembru 2007, li kienu sottomessi lill-Greċja b’ittra tas-17 ta’ Jannar 2008. Il-Greċja kkummentat b’ittra tal-15 ta’ Frar 2008.

    (23)

    Piraeus Bank issottometta kummenti addizzjonali b’ittra tat-22 ta’ Ottubru 2007, li ntbagħtu lill-Greċja b’ittra tat-13 ta’ Novembru 2007. Fit-12 ta’ Frar 2008, Piraeus Bank talab li għal darba oħra jiltaqa’ mal-Kummissjoni. Il-laqgħa saret fil-5 ta’ Marzu 2008.

    (24)

    L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 jindika li l-Istat Membru u l-partijiet interessati l-oħra għandhom perjodu ta’ xahar biex jissottomettu kummenti u li, “f’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu preskritt”. F’dan il-każ, il-partijiet komplew jagħmlu sottomissjonijiet (u jitolbu laqgħat mal-Kummissjoni) wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Għall-ewwel, il-Kummissjoni bagħtet dawn is-sottomissjonijiet lill-Greċja għall-kummenti, li bihom bagħtet sinjal lill-Greċja li l-Kummissjoni kienet aċċettat dawn is-sottomissjonijiet li saru wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ xahar. Il-Kummissjoni għall-ewwel aċċettat it-talbiet għal laqgħa mill-partijiet interessati u, matul dawn il-laqgħat, aċċettat it-talbiet tal-partijiet interessati sabiex jitħallew jagħmlu sottomissjoni biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-kwistjonijiet diskussi waqt il-laqgħa. Madankollu, il-Kummissjoni qatt ma indikat lill-partijiet interessati li xi sottomissjonijiet oħra tagħhom li jsiru wara li jgħaddi l-perjodu ta’ xahar kienu ser jiġu aċċettati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qatt ma indikat lill-partijiet interessati li huma setgħu jissottomettu kummenti b’mod indefinit jew li l-Kummissjoni kienet se tinfurmahom meta ma kinitx se taċċetta aktar sottomissjonijiet.

    (25)

    Il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni tal-perjodu preskritt lil hinn minn xahar ma kienx iġġustifikat f’dan il-każ billi d-deċiżjoni ta’ estensjoni tkopri numru kbir ta’ miżuri. Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ ħafna minn dawn il-miżuri teħtieġ analiżi legali kumplessa u l-kjarifika ta’ fatti li jmorru lura anki sa għaxar snin.

    (26)

    Madankollu, xi partijiet interessati komplew jagħmlu sottomissjonijiet lill-Kummissjoni iżjed minn sena wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ estensjoni. Kieku l-Kummissjoni ma kinitx iddeċidiet li tinjora l-kummenti ppreżentati wara ċerta data, din is-sottomissjoni kontinwa ta’ kummenti kienet timpedixxi lill-Kummissjoni milli tasal għal deċiżjoni finali fi żmien raġonevoli (8). Barra minn hekk, f’xi sottomissjonijiet, xi partijiet ikkummentaw mill-ġdid dwar kwistjonijiet li kienu diġà kkummentaw dwarhom fis-sottomissjonijiet tagħhom preċedenti, mingħajr ressqu elementi fattwali ġodda. Dan ma jistax ikun il-għan sabiex jittawwal il-perjodu għas-sottomissjoni ta’ kummenti.

    (27)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li kwalunkwe sottomissjoni riċevuta mill-5 ta’ Marzu ‘l quddiem (jiġifieri d-data meta l-Kummissjoni rċeviet l-ittra ta’ erba’ paġni datata 3 ta’ Marzu 2008 li biha l-Greċja wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2008) kienet se titqies bħala li ġiet ippreżentata wara l-iskadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti. Dan jirrigwarda s-sottomissjoni ta’ Elefsis datata 7 ta’ Marżu 2008, 24 ta’ April 2008, u 2 ta’ Ġunju 2008 (9), u s-sottomissjoni ta’ GHNS/TKMS tat-2 ta’ April 2008. Dan ifisser li dawn is-sottomissjonijiet ma ntbagħtux lill-Greċja għall-kummenti u ma kinux ikkunsidrati f’din id-deċiżjoni.

    2.   DEĊIŻJONIJIET PREĊEDENTI TAL-KUMMISSJONI U TAL-KUNSILL

    (28)

    Il-faċilitajiet ta’ HSY huma fost l-akbar fil-Lvant tal-Mediterran. It-tarzna tinsab f’Skaramanga, fil-Punent ta’ Ateni, Attica. HSY ġiet stabbilita fl-1939 mill-Flotta Ellenika u fl-1957 inxtrat mill-grupp Niarchos. Il-kriżi estiża fis-settur tat-tbaħħir, li segwiet l-ewwel kriżi taż-żejt, kellha effett negattiv fuq il-livell ta’ attività ta’ HSY. F’April 1985, is-sitwazzjoni kienet tant kritika li l-kumpanija waqqfet l-operazzjonijiet tagħha u daħlet fi proċess ta’ likwidazzjoni. F’Settembru 1985, il-bank proprjetà tal-Istat ETVA xtara l-kumpanija. L-attivitajiet reġgħu bdew wara l-bejgħ. Madankollu, l-attivitajiet tal-kumpanija ma kinux suffiċjenti fid-dawl tal-faċilitajiet kbar u n-numru kbir ta’ impjegati (10).

    (29)

    Fl-1990, il-Greċja kisbet mill-Kunsill dispożizzjoni speċjali fid-Direttiva 90/684/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1990 dwar għajnuna għall-bini tal-bastimenti (minn hawn ‘il quddiem id-“Direttiva 90/684/KEE”) (11) li tippermetti għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ diversi tarzni.

    (30)

    Fl-1992, minħabba l-obbligi finanzjarji u t-telf akkumulat tagħha, HSY tpoġġiet f’likwidazzjoni. F’Novembru 1993, wara żewġ sforzi mingħajr suċċess sabiex tinbiegħ HSY, il-proċess ta’ likwidazzjoni ġie revokat. Fuq il-bażi tal-wegħdi mogħtija mill-Gvern Grieg li t-tarzni pubbliċi tiegħu kellhom jiġu privatizzati sal-31 ta’ Marzu 1993, fit-23 ta’ Diċembru 1992 (12) il-Kummissjoni awtorizzat il-ħfir tad-djun favur HSY. Billi l-Gvern Grieg naqas li jirrispetta l-iskadenza ta’ Marzu 1993, fl-10 ta’ Marzu 1994 (C 10/1994) il-Kummissjoni bdiet proċedura għall-użu ħażin tal-għajnuna awtorizzata (13). Fis-26 ta’ Lulju 1995, il-Kummissjoni ddeċidiet (14) li twaqqaf il-proċedura b’deċiżjoni negattiva dwar l-għajnuna favur HSY. Madankollu, fuq talba tal-Gvern Grieg, li sostna li l-bejgħ tat-tarzna kien imminenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissospendi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. Finalment, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni li 49 % tal-ishma ta’ HSY kienu nbiegħu lill-impjegati tagħha, bil-Greċja tuża l-opportunità sabiex iżżomm sehem maġġoritarju f’waħda mit-tarzni tagħha, iġġustifikat minn raġunijiet ta’ difiża kif ipprovdut fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 90/684/KEE. Fil-31 ta’ Ottubru 1995, il-Kummissjoni rrevokat id-deċiżjoni negattiva finali għal HSY (15). Sadanittant, l-ammont ta’ dejn kien qiegħed jikber u ma kinitx saret ir-ristrutturazzjoni. Għaldaqstant, fit-8 ta’ Jannar 1997, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura mibdija fil-kawża C 10/1994 (16). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97 tat-2 ta’ Ġunju 1997 dwar għajnuna lil ċerti tarzni taħt ristrutturazzjoni (17) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97”), fosthom HSY, imbagħad ġie adottat.

    (31)

    Fil-15 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni approvat għajnuna għal HSY f’żewġ deċiżjonijiet separati:

    Fl-ewwel deċiżjoni (18) (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni C 10/1994”), il-Kummissjoni temmet il-proċedura C 10/1994 mibdija fl-1994 billi approvat ħfir tad-dejn li kien jammonta għal GRD 54.5 biljun (EUR 160 miljun) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97.

    Fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni, b’referenza għal notifika tal-awtoritajiet Griegi tal-20 ta’ Ġunju 1997, approvat għotja ta’ GRD 7.8 biljun (EUR 22.9 miljun) għal programm ta’ investiment ta’ GRD 15.6 biljuni (EUR 45.9 miljun) mmirat sabiex it-tarzna tiġi rristrutturata.

    (32)

    Fl-2001, il-gvern iddeċieda li jipprivatizza kompletament il-HSY. L-Istat Grieg beda kompetizzjoni miftuħa ta’ sejħa għall-offerti, li għaliha ġie stabbilit dokument tal-offerti. Fil-31 ta’ Mejju 2002, l-impjegati ta’ ETVA u HSY biegħu l-ishma tagħhom fl-HSY lil konsorzju ffurmat minn HDW u Ferrostaal (19) (minn hawn ‘il quddiem “HDW/Ferrostaal”). Dan il-konsorzju waqqaf il-GNSH biex iżomm is-sehem fil-HSY. HDW u Ferrostaal kellhom interessi ugwali fil-GNSH. ThyssenKrupp ħa l-HDW f’Jannar 2005 (20) u akkwista l-ishma ta’ Ferrostaal fil-GNSH f’Novembru 2005 (21). Mill-aħħar tal-2005 ‘il quddiem, ThyssenKrupp għalhekk kellu 100 % sjieda u kontroll ta’ HSY. GNSH u ΕΝΑΕ huma mdaħħla fit-TKMS, it-taqsima ta’ ThyssenKrupp speċjalizzata f’sistemi għall-bastimenti navali u bastimenti kummerċjali speċjalizzati.

    (33)

    F’Awwissu 2001, waqt il-proċess tal-offerti għall-bejgħ ta’ HSY, l-Istat Grieg adotta l-Liġi 2941/2001, li tinkludi diversi miżuri mmirati sabiex jiffaċilitaw il-bejgħ ta’ HSY. L-ewwel nett, il-Liġi tagħti inċentivi lill-ħaddiema sabiex dawn jitilqu mill-kumpanija b’mod volontarju. It-tieni, l-Istat Grieg se jassumi xi ftit mill-ispejjeż ta’ darba tal-pensjoni ta’ HSY. It-tielet, il-Liġi tagħmilha possibbli għal HSY li tibbenefika minn numru ta’ riżervi eżentati mit-taxxa jekk dawn jiġu bbilanċjati mat-telf mis-snin ta’ qabel. Ir-raba’, il-Liġi tinkludi provvediment għall-kumpens ta’ ħaddiema li kienu azzjonisti fil-HSY qabel il-privatizzazzjoni. B’mod aktar preċiż, l-Istat Grieg se jirrimborża lill-ħaddiema għall-ammonti li kienu investew fil-HSY fil-qafas taż-żidiet kapitali li twettqu fis-snin preċedenti. Fil-5 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni doppja (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni N 513/2001”) (22) dwar diversi miżuri inklużi fil-Liġi 2941/2001 u li l-Greċja kienet innotifikat fl-2001 (notifika rreġistrata taħt in-numru N 513/2001). Il-Kummissjoni ddeċidiet li tapprova għajnuna għall-għeluq ta’ EUR 29,5 miljun favur HSY u li tiftaħ (taħt il-Kawża C 40/2002) il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE rigward: (1) il-ħlas mill-Istat ta’ parti mill-ispejjeż ta’ darba tal-irtirar tal-impjegati tal-HSY; (2) it-trasferiment ta’ numru ta’ riżervi tal-karta tal-bilanċ mingħajr ma titħallas it-taxxa statutorja ta’ 10 %. Id-deċiżjoni finali meħuda fl-20 ta’ Ottubru 2004 (23) (minn hawn ‘il quddiem id-“deċiżjoni C 40/2002”) ikkonkludiet li dawn iż-żewġ miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli mill-Istat li trid tiġi rkuprata.

    3.   VALUTAZZJONI TA’ KWISTJONIJIET ORIZZONTALI

    (34)

    Din id-deċiżjoni tirrigwarda sittax-il miżura. Qabel ma tivvalutahom waħda waħda, il-Kummissjoni trid tikkjarifika xi kwistjonijiet prinċipali li huma rilevanti għall-valutazzjoni ta’ bosta minn dawn il-miżuri.

    3.1.   Kwistjoni orizzontali 1: L-affidabbiltà tal-kreditu u l-aċċess għas-suq finanzjarju bejn l-1997 u l-2002

    (35)

    Għall-valutazzjoni ta’ ħafna mill-miżuri soġġetti għad-deċiżjoni preżenti, huwa neċessarju li tiġi stabbilita x’kienet is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-HSY matul is-snin 1997-2002 u jekk wieħed setax raġonevolment jistenna li l-kumpanija terġa’ lura għal vijabilità fuq perjodu fit-tul. Barra minn hekk, irid jiġi stabbilit jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi, investitur f’ekonomija tas-suq kienx jaċċetta li jagħti lil HSY self u garanziji simili għal dawk li ngħataw mill-Istat u l-bank proprjetà tal-Istat ETVA. Dawn tal-aħħar kienu l-uniċi istituzzjonijiet li pprovdew fondi lil HSY matul dak il-perjodu.

    (36)

    Il-Kummissjoni se tibda billi tanalizza s-sitwazzjoni fl-1997 u tkompli biex tanalizza l-iżviluppi sal-2002.

    3.1.1.   Is-sitwazzjoni fl-1997

    (37)

    Biex tinbeda din l-analiżi, huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni esprimietx ruħha diġà dwar din il-kwistjoni f’deċiżjonijiet preċedenti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni N 401/1997 u d-Deċiżjoni C 10/1994, it-tnejn adottati mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni ma ddubitatx il-validità tal-pjan tan-negozju li ssottomettiet il-Greċja. Għalhekk, il-Kummissjoni b’mod impliċitu rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan setgħet tirrestawra l-vijabilità ta’ HSY. It-tieni, il-parti deskrittiva tad-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li t-tarzna se tiffinanzja parti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni permezz ta’ self bankarju li jammonta għal GRD 4,67 biljuni, missellfa bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Billi ma qajmitx dubji dwar il-vijabilità ta’ dan il-finanzjament, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kumpanija għandha tkun f’pożizzjoni li jkollha aċċess għas-suq tas-self, tal-anqas għall-ammont inkwistjoni. Fil-fatt, kieku l-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li t-tarzna ma setgħetx tikseb self li jammonta għal tal-anqas GRD 4,67 biljuni, hija kien imissha indikat li l-pjan tar-ristrutturazzjoni ma kienx vijabbli u kien imissha pprojbiet l-ammonti kbar ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni (fosthom l-għajnuna għall-investiment). Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni ma tistax tikkontradixxi dawn iż-żewġ valutazzjonijiet preċedenti f’din id-deċiżjoni.

    (38)

    Mingħajr ma tikkontradixxi l-valutazzjonijiet imsemmija, il-Kummissjoni xorta tfakkar kemm kienet dgħajfa s-sitwazzjoni tat-tarzna fl-1996-1997.

    (39)

    L-ewwel nett, fir-rigward tal-infrastruttura fiżika, id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li t-tagħmir użat fit-tarzna kien antik u antikwat u li l-pjan ta’ investiment kien l-ewwel pjan ta’ investiment mill-bini tat-tarzna ‘l quddiem (24). Id-Deċiżjoni C 10/1994 tindika wkoll li din il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura kienet meħtieġa sabiex tirrestawra l-kompetittività u l-vijabilità. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li r-ritorn għall-vijabità kien jiddependi fuq l-implimentazzjoni rapida tal-pjan ta’ investiment.

    (40)

    It-tieni, rigward l-attivitajiet kummerċjali ta’ HSY u d-daqs tal-ktieb tal-ordnijiet tagħha, l-awtoritajiet Griegi nfushom irrikonoxxew li “fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-kumpanija ma kinitx iffirmat kuntratti għall-bini ta’ bastimenti, billi l-attività tat-tarzna kienet ikkaratterizzata minn inċertezza kbira dwar il-futur tagħha, nuqqas ta’ strateġija kummerċjali ċara u nuqqas ta’ investiment. L-unika attività serja kienet it-terminazzjoni tal-frejgati tat-tip MEKO għall-Flotta Griega.” (25) Billi l-ktieb tal-ordnijiet għall-bini tal-bastimenti kien vojt u billi t-tarzna kienet teħtieġ livell suffiċjenti ta’ attività ta’ bini tal-bastimenti biex tkun vijabbli fis-snin ta’ wara, il-Kummissjoni qieset li r-ritorn għall-vijabilità kien jiddependi fuq l-iffirmar malajr (jiġifieri l-konklużjoni) ta’ kuntratti profittabbli għall-bini ta’ bastimenti ċivili jew militari.

    (41)

    It-tielet, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ HSY, Tabella 1 tipprovdi l-figuri prinċipali tal-kontabilità. Rigward is-solvibbiltà tal-kumpanija fl-1997, wieħed josserva li l-kumpanija kellha ammont kbir ta’ ekwità (26). Madankollu, din is-sitwazzjoni pożittiva kienet għal kollox il-konsegwenza tal-ħafra massiva tad-djun li ġiet implimentata mill-Istat fl-1996. L-Istat ħafer GRD 54,52 biljun (EUR 160 miljun) ta’ djun marbuta ma’ attivitajiet ċivili – din ir-rinunzja ġiet approvata bid-Deċiżjoni C K 10/1994 – u GRD 46,35 biljun (EUR 136 miljun) ta’ djun marbuta ma’ attivitajiet militari. Din il-karta tal-bilanċ apparentement b’saħħitha osservata fil-31 ta’ Diċembru 1996 kienet kemxejn “artifiċjali” u b’mod partikolari ma kinitx assolutament prova li t-tarzna kienet irrestawrat il-kompetittività tagħha u li l-kawżi tad-diffikultajiet serji li kienet ħabbtet wiċċha magħhom matul l-aħħar għoxrin sena kienu ġew indirizzati. Mingħajr l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, it-tarzna kienet wisq probabbli tirreġistra telf li kien malajr jiekol ir-riżorsi tagħha stess (jiġifieri l-ekwità netta). Wieħed irid iżomm f’moħħu li HSY kienet tpoġġiet f’likwidazzjoni darbtejn fit-tnax-il sena preċedenti. Fl-aħħar nett, din l-ekwità pożittiva ma kinitx tkun biżżejjed biex tikkonvinċi bank isellef lil HSY b’rata tal-imgħax normali, jiġifieri bir-rata tal-imgħax iċċarġjata meta jsellef lil kumpaniji b’saħħithom.

    Tabella 1

    Figuri għall-fatturat, profitt u ekwità netta ta’ HSY mill-1997 sal-2005

    (f’miljun EUR)

     

    1997

    1998

    1999

    2000

    2001

    2002

    2003 (27)

    2004

    2005

    Kapital tal-ishma

    86

    91

    92

    95

    65

    106

    106

    121

    121

    Ekwità Netta

    82

    88

    54

    17

    –4

    –78

    –83

    – 111

    – 182

    Fatturat

    74

    83

    30

    59

    55

    89

    112

    130

    198

    Profitt

    7

    1

    –36

    –42

    –21

    – 115

    –1

    –45

    –71

    (42)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li fl-1997 it-tarzna kienet għadha f’diffikultà u kienet għadha mhix kompetittiva, iżda li seta’ jkun mistenni ritorn għall-vijabilità jekk il-pjan ta’ investiment jiġi implimentat b’mod sħiħ u fil-ħin u jekk it-tarzna jirnexxilha tikkonkludi kuntratti profittabbli għall-bini ta’ bastimenti. Billi r-ritorn għall-vijabilità kien jiddependi fuq dawn iż-żewġ żviluppi inċerti, is-self lil HSY fl-1997 u fis-snin ta’ wara kien jippreżenta “riskju partikolari”. Bank privat kien jaċċetta li jagħti self jew garanziji lil HSY, iżda bi prezz li jirrifletti r-riskju sinifikanti. F’sitwazzjoni li kienet tippreżenta “riskju partikolari” l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-iffissar tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (28) jindika li punt ta’ referenza adegwat biex jiġu stabbiliti l-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna mill-istat huwa r-rata ta’ referenza għall-Greċja (jiġifieri ATHIBOR flimkien ma’ 300 punt bażi sal-31 ta’ Diċembru 2000 u rata ta’ tpartit tal-EUR għal ħames snin flimkien ma’ 75 punt bażi mill-1 ta’ Jannar 2001) miżjuda bi primjum għar-riskju ta’ mill-anqas 400 punt bażi (jiġifieri ATHIBOR u mill-anqas 700 bps sal-31 ta’ Diċembru 2000 u rata ta’ tpartit tal-EUR għal ħames snin u mill-anqas 475 bps mill-1 ta’ Jannar 2001). Rigward il-garanziji fuq is-self, il-Kummissjoni se tevalwa l-eżistenza ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-istess metodu, jiġifieri billi tqabbel il-prezz totali tas-self assigurat (jiġifieri r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY lill-bank flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY lill-garanziji) mal-prezz li HSY kien ikollha tħallas kieku kkonkludiet dan is-self fis-suq (jiġifieri r-rata ta’ referenza għall-Greċja u mill-anqas 400 punt bażi).

    3.1.2.   Żviluppi mill-1997 ‘l hawn

    (43)

    Kif se jiġi spjegat hawn isfel, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li sat-30 ta’ Ġunju 1999 HSY kienet għadha tista’ tissellef mis-suq bir-rata tal-imgħax kif definita fis-sezzjoni preċedenti (29).

    (44)

    HSY irreġistrat profitti netti żgħar fl-1997 u fl-1998 (30). Madankollu, matul dawn is-sentejn, hija ma rnexxielha tikkonkludi ebda kuntratt għall-bini ta’ bastimenti (31), militari jew ċivili; dan kien ikun meħtieġ biex tassigura livell suffiċjenti ta’ attività fis-snin ta’ wara u biex tevita li tagħmel telf. L-ewwel kuntratt għall-bini ta’ bastimenti li t-tarzna rnexxielha tikkonkludi kien jirrigwarda l-bini ta’ żewġ laneċ għal Strintzis. Dan ġie ffirmat biss fl-bidu tal-1999 (32). Barra minn hekk, mill-bidu nett kien magħruf li l-prezz tal-bejgħ kien baxx wisq biex ikopri l-ispejjeż u li dan il-kuntratt għalhekk kien se jikkawża telf (33). F’Lulju 1999, il-flotta Griega tat il-bini ta’ tliet sottomarini lil HSY u HDW. It-tliet sottomarini kienu ppjanati li jinbnew fuq kważi għaxar snin u l-kuntratt totali kien jammonta għal GRD 350 biljun (EUR 1 biljun), li madwar tliet kwarti minnhom kellhom imorru għal HDW, li kienet se tipprovdi l-makkinarju, komponenti tal-pressjoni u sistemi sensittivi tal-elettronika. Barra minn hekk, l-ewwel sottomarin kellu jinbena fit-tarzna ta’ HDW f’Kiel (34). Għaldaqstant dan il-proġett ma kienx se jiġġenera ħafna attività u dħul għal HSY matul is-snin tal-bidu (35).

    (45)

    Minħabba l-falliment sabiex jinbena ktieb tal-ordnijiet kbir u profittabbli fl-1997, fl-1998 u fl-ewwel xhur tal-1999, il-maniġment u kwalunkwe investitur li jkun analizza s-sitwazzjoni tat-tarzna għandu jkun irrealizza sal-ewwel xhur tal-1999 li t-tarzna ma kienx se jkollha livell ta’ attività suffiċjenti fl-1999 u fl-2000 biex tkopri l-ispejjeż tagħha u li f’dawn is-snin it-tarzna kienet se tirreġistra telf kbir li jnaqqas l-ekwità netta tagħha għal ammont żgħir (36). F’dawn iċ-ċirkustanzi wieħed ma setax jistenna aktar ritorn għall-vijabilità (37). Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel rapport imfassal mill-awtoritajiet Griegi rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment wera li sat-30 ta’ Ġunju 1999 kienet tlestiet biss parti żgħira mill-pjan. Għalhekk, minbarra l-ostakoli kummerċjali, il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet kienet bil-mod (38). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li d-diffikultajiet finanzjarji inkombenti kkawżaw tilwima bejn it-tim amministrattiv indipendenti tat-tarzna (jiġifieri Brown & Root, li nħatar f’Settembru 1996) u l-impjegati/azzjonisti. B’mod partikolari, il-maniġment insista fuq il-ħtieġa li jwettaq tnaqqis addizzjonali ta’ ħaddiema minħabba l-livell baxx ta’ attività. Il-mexxejja tal-unjin opponew tali riforma u rnexxielhom ineħħu t-tim amministrattiv (39). Avveniment bħal dan, li ħoloq diskontinwità fil-maniġment u wera d-diffikultà biex jiġu implimentati riformi suffiċjenti fit-tarzna, kien fattur addizzjonali li seta’ impedixxa investitur f’ekonomija tas-suq milli jsellef flus lil HSY.

    (46)

    Minn dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li mit-30 ta’ Ġunju 1999 ma kienx aktar raġonevoli li wieħed jistenna ritorn għall-vijabilità. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li minn dik id-data, l-ebda bank ma kien jaċċetta li jsellef lit-tarzna, anki b’rati ta’ mgħax għoljin, u l-ebda bank ma kien jaċċetta li jagħti garanzija, anki kontra ħlas għoli għall-garanzija. Billi HSY ma kinitx se tirċievi self jew garanzija mis-suq, kwalunkwe self jew garanzija mogħtija wara t-30 ta’ Ġunju 1999 jikkostitwixxi awtomatikament għajnuna. Jekk tinstab inkumpatibbli u għadha ma tħallsitx, kwalunkwe garanzija trid tiġi mwaqqfa b’mod immedjat, u kull self irid jitħallas lura mill-ewwel. Il-ħlas lura – li jsegwi l-iskeda normali taż-żmien stipulata fil-kuntratt tas-self u li joħroġ mid-deċiżjoni preżenti – ta’ kwalunkwe self mogħti wara t-30 ta’ Ġunju 1999 xorta mhuwiex suffiċjenti biex jirrestawra s-sitwazzjoni inizjali billi sad-data tar-rimborż, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha finanzjament li normalment ma kinitx tikseb mis-suq. Sabiex tinġieb lura s-sitwazzjoni inizjali, dan il-vantaġġ, li d-daqs tiegħu jista’ jiġi approssimat biss billi tintuża r-rata tal-imgħax ta’ self riskjuż ħafna, għalhekk għandu jiġi wkoll irkuprat. Għaldaqstant, għall-perjodu mill-għoti tas-self lil HSY sal-ħlas lura minn HSY, il-Kummissjoni trid tordna l-irkupru tad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY u rata tal-imgħax teoretikament adegwata għal self li jippreżenta riskju għoli ħafna. Sabiex tistabbilixxi din ir-rata ta’ mgħax, il-Kummissjoni tinnota li l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont jindika li l-primjum għar-riskju jista’ jkun ogħla minn 400 punt bażi fuq ir-rata ta’ referenza “jekk l-ebda bank privat ma kien qabel li jagħti s-self rilevanti”, li hija s-sitwazzjoni f’dan il-każ. F’diversi deċiżjonijiet, il-Kummissjoni qieset li primjum ta’ 600 punt bażi fuq ir-rata ta’ referenza kien minimu adegwat biex jirrifletti sitwazzjoni li kien fiha riskju għoli (40). Il-Kummissjoni tqis li dan jikkostitwixxi l-minimu għal self fis-sitwazzjoni preżenti. Rigward il-garanziji mill-Istat mogħtija wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni se tuża l-istess approċċ: għall-perjodu tal-għoti tas-self assigurat sat-tmiem tal-garanzija – kemm jekk issegwi l-iskeda normali taż-żmien stipulata fil-kuntratt tal-garanzija kif ukoll jekk toħroġ minn din id-deċiżjoni – il-Kummissjoni se tordna l-irkupru tad-differenza bejn il-prezz tas-self assigurat (rata tal-imgħax imħallsa lill-bank flimkien mal-primjum imħallas għall-garanzija) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi.

    (47)

    Sabiex issostni l-argument tagħha li s-self u l-garanziji mogħtija mill-Istat u ETVA setgħu ngħataw bl-istess kundizzjonijiet minn bank privat, HSY ippreżentat l-ewwel rapport Deloitte (41). F’Sezzjoni 5 ta’ dan ir-rapport, Deloitte tanalizza l-affidabbiltà tal-kreditu ta’ HSY fl-1999 u fis-snin ta’ wara. Hija tikkonkludi li “il-Kumpanija setgħet issellfet b’mod alternattiv jew irċeviet ittri ta’ garanzija minn istituzzjoni finanzjarja oħra mhix affiljata (jiġifieri b’ebda relazzjoni oħra, għajr il-kollaborazzjoni kummerċjali regolari) tul il-perjodu taħt eżami.” (42) Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport ma jispjegax kif din il-konklużjoni tista’ tiġi rrikonċiljata mal-fatt li t-tentattivi ta’ HSY biex tiġbor fondi minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra fallew (43). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi fiha sensiela ta’ żbalji (44), li jippreġudikaw b’mod sinifikanti l-konklużjoni.

    3.1.3.   Analiżi fil-grupp

    (48)

    Is-self u l-garanziji kollha suġġetti għall-proċedura preżenti ngħataw mill-ETVA jew mill-Istat. L-awtoritajiet Griegi jsostnu li billi ETVA u l-Istat Grieg (permezz tal-ETVA) kienu azzjonisti ta’ HSY, is-self u l-garanziji setgħu jitqiesu bħala transazzjonijiet fil-grupp. F’dan il-kuntest, il-Greċja tagħmel żewġ affermazzjonijiet:

    L-ewwel, li huwa normali għal kumpanija prinċipali li ssellef b’kundizzjonijiet favorevoli lis-sussidjarja tagħha. Fil-fatt, il-vantaġġ mogħti lis-sussidjarja jżid il-valur tal-ishma miżmuma mill-kumpanija prinċipali. Għalhekk, anki kieku l-Kummissjoni tqis li ETVA u l-Istat taw self u garanziji bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq, dan kien ikun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq f’sitwazzjoni simili. Għalhekk dawn is-self u garanziji ma jikkostitwixxux għajnuna.

    It-tieni, huwa normali għal kumpanija prinċipali li ssellef lis-sussidjarja tagħha f’diffikultà. Fil-fatt, dan is-self għandu l-mira li jippreżerva l-valur tal-ishma miżmuma mill-kumpanija prinċipali. Għalhekk, anki kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li l-ebda bank privat ma kien se jsellef lil HSY waqt ċertu perjodu minħabba li s-sitwazzjoni tat-tarzna kienet ħażina ħafna, is-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA u mill-Istat għandhom xorta waħda jitqiesu bħala aċċettabbli għal investitur privat f’ċirkustanzi simili. Dawn is-self u l-garanziji għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna.

    (49)

    Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet tal-Greċja mhumiex korretti.

    (50)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota ż-żewġ elementi li ġejjin. Fl-ewwel istanza, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien ipoġġi lilu nnifsu fis-sitwazzjoni ta’ ETVA. Fil-fatt, huwa mfakkar, pereżempju, li meta ETVA xtara lil HSY fl-1985, huwa kien bank tal-iżvilupp, li kien qiegħed jaġixxi fuq ordni tal-gvern, sabiex ikun evitat l-għeluq ta’ kumpanija ta’ importanza konsiderevoli għall-ekonomija Griega (45). Sabiex iżomm lill-HSY ħajja, ETVA għamel injezzjoni ta’ kapital fl-1986 li l-Kummissjoni sabet li tikkostitwixxi għajnuna (46). Fl-1995, ETVA żamm “sehem maġġoritarju ta’ 51 %” fil-HSY minħabba li l-Greċja sostniet li kien “ġustifikat mill-interess tad-difiża”, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE. Fit-tieni istanza, meta jitqiesu l-miżuri kollha implimentati mill-Istat favur HSY (inklużi l-miżuri implimentati minn ETVA, billi, kif se jintwera iżjed ‘il quddiem f’din id-deċiżjoni, huma imputabbli għall-Istat) – u b’mod partikolari l-għajnuniet Mill-Istat kbar u ripetuti li ngħataw lil HSY fil-perjodu sal-2002 – jidher ċar li, matul il-perjodu sal-2002, l-Istat ma aġixxiex bħala investitur f’ekonomija tas-suq. Huwa pprovda kostantament l-appoġġ finanzjarju kbir li kien meħtieġ biex HSY tinżamm ħajja u dan sewa ħafna flus. Fl-aħħar nett, billi l-Istat (permezz ta’ ETVA) sab ruħu biss fis-sitwazzjoni li jkun l-azzjonist ta’ HSY minħabba li aġixxa bħala awtorità pubblika li riedet tippreżerva l-attivitajiet ta’ HSY akkost ta’ kollox u billi huwa qatt ma aġixxa bħal investitur f’ekonomija tas-suq li jrid jagħmel il-flus permezz tal-ishma tiegħu fil-HSY, l-argument li ETVA u l-Istat ġabu ruħhom b’mod aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq minħabba li r-rati tal-imgħax (jew il-ħlas ta’ garanzija) insuffiċjenti ċċarġjati fuq il-finanzjament (self u garanziji) li huma taw lil HSY kienu kkumpensati minn żieda fil-valur tas-sehem ta’ HSY huwa nieqes mill-kredibilità. Billi l-Istat (inkluż l-ETVA) qatt ma aġixxa bħala investitur li jipprova jagħmel profitt iżda, għall-kuntrarju, aċċetta li jżomm lil HSY ħajja għal dak il-prezz għoli, il-Greċja u HSY kellhom tal-anqas isostnu l-argument tagħhom b’analiżi dettaljata li turi li, bħala azzjonisti ta’ HSY, l-Istat u ETVA setgħu fil-fatt jistennew qligħ kapitali (jiġifieri żieda fil-valur tal-ishma) ogħla mid-“dħul ċert” (jiġifieri r-rata ta’ mgħax insuffiċjenti jew il-primjum insuffiċjenti tal-garanzija). Billi ma ġietx ipprovduta analiżi bħal din u billi HSY u l-Greċja għamlu l-argument dubjuż u ipotetiku tagħhom mingħajr ebda prova ta’ sostenn, il-Kummissjoni twarrab mingħajr aktar analiżi l-argument tagħhom li l-Istat (inkluż l-ETVA) aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi l-finanzjament mogħti b’kundizzjonijiet favorevoli kkaġuna żieda fil-valur tal-ishma ta’ HSY li kienet importanti biżżejjed biex tikkumpensa għad-“dħul predeterminat”.

    (51)

    It-tieni, anki kieku r-raġunament ta’ hawn fuq kellu jiġi mwarrab u jiġu analizzati l-aspetti fi ħdan il-grupp (jiġifieri ż-żieda potenzjali fil-valur tal-ishma ta’ HSY), hemm biżżejjed evidenza li t-transazzjonijiet imwettqa minn ETVA ma kinux ikunu aċċettabli għal investitur f’ekonomija tas-suq li jkollu 51 % tal-ishma f’HSY.

    (52)

    Fl-aħħar tal-1995, 49 % tas-sjieda ta’ HSY ġiet ittrasferita lill-impjegati ta’ HSY. Il-prezz li l-impjegati kellhom iħallsu biex jixtru dan is-sehem ta’ 49 % kien deċiż f’dak il-mument. Għaldaqstant, fis-snin ta’ wara, meta ETVA u l-Istat kienu qegħdin jipprovdu finanzjament lil HSY bi prezz aktar baxx milli kien jiċċarġja bank privat (mhux affiljat), 49 % taż-żieda fil-valur ta’ HSY li tirriżulta minn dan it-tfaddil (jiġifieri HSY kienet qiegħda tħallas rati aktar baxxi ta’ mgħax) kienu qegħdin igawdu minnha l-azzjonisti l-oħra ta’ HSY. 51 % biss tal-vantaġġ (tnaqqis fir-rati tal-imgħax iċċarġjati u tal-primjums ta’ garanzija ċċarġjati) mogħti minn ETVA u l-Istat lil HSY kien qiegħed jerġa’ lura għandhom fil-forma ta’ żieda fil-valur ta’ HSY. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra ta’ HSY. Sabiex jevita li jitlef flus favur dawn l-azzjonisti l-oħra, investitur f’ekonomija tas-suq kien jiċċarġja rata ta’ mgħax simili għal dik iċċarġjata minn banek privati (mhux affiljati). L-ewwel argument tal-awtoritajiet Griegi għalhekk huwa bla bażi.

    (53)

    Dwar il-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank privat ma kien se jipprovdi finanzjament lil HSY minħabba li r-riskju ta’ falliment kien għoli ħafna, japplika l-istess raġunament. B’mod partikolari, investitur razzjonali li jkollu biss 51 % ta’ kumpanija kien tal-anqas jitlob lill-azzjonisti l-oħra sabiex jipprovdu finanzjament proporzjonali mal-ishma tagħhom f’HSY. Jekk dawn l-azzjonisti l-oħra ma kellhomx ir-riżorsi biex jipprovdu dan il-finanzjament, investitur razzjonali kien tal-anqas jinnegozja l-għoti ta’ finanzjament lil HSY kontra sehem akbar fil-HSY. L-għoti ta’ finanzjament sinifikanti lil HSY mingħajr kofinanzjament jew mingħajr konċessjonijiet mill-azzjonisti l-oħra kien jixbah it-tpoġġija tal-flus proprji ta’ persuna f’riskju għoli sabiex jiġi salvat il-valur tal-ishma miżmuma minn xi ħadd ieħor. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili ma kien jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra (47). It-tieni argument tal-awtoritajiet Griegi għalhekk għandu jiġi miċħud.

    3.2.   Kwistjoni orizzontali 2: Imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat

    (54)

    Ħafna mis-sittax-il miżura analizzati fid-deċiżjoni preżenti ma ngħatawx direttament mill-Istat. Huma ngħataw mill-bank proprjetà tal-istat ETVA. Billi l-Greċja, HSY u TKMS/GNSH qegħdin jikkontestaw l-imputabilità lill-Istat ta’ dawn il-miżuri filwaqt li Elefsis u l-Bank ta’ Piraeus jikkonfermawha, din il-kwistjoni trid tiġi analizzata.

    (55)

    Dawn il-miżuri ngħataw minn ETVA bejn l-1996 u l-2002. Skont il-każistika, miżuri bħal dawn jistgħu jikkwalifikaw biss bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jekk l-Istat kien l-pożizzjoni li jikkontrolla lil ETVA u jekk l-awtoritajiet pubbliċi “kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri” (48).

    (56)

    ETVA, li l-inizjali tiegħu jfissru Bank għall-Iżvilupp Industrijali tal-Greċja, ġie stabbilit fl-1964 wara l-amalgamazzjoni ta’ tliet organizzazzjonijiet (l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Industrijali, l-Organizzazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Organizzazzjoni għall-Kreditu tat-Turisti). Huwa ġie maqlub f’korporazzjoni bil-Liġi 1369/1973. Għalhekk mill-1973 ‘il quddiem huwa opera bħala bank proprjetà tal-istat. Skont il-Greċja (49), “l-għan prinċipali ddikjarat fl-istatut ta’ ETVA bħala bank għall-iżvilupp kien il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-pajjiż permezz tal-iffinanzjar ta’ attivitajiet tal-produzzjoni fl-ekonomija Griega (turiżmu, produzzjoni industrijali, eċċ.)”. ETVA kien l-uniku bank għall-iżvilupp fil-Greċja. ETVA għalhekk fittex li jkollu rwol deċiżiv fl-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tal-pajjiż billi jiffinanzja impriżi, jiżviluppa l-infrastruttura reġjonali tal-pajjiż, jipprovdi kapital għall-impriżi u jipparteċipa f’impriżi b’importanza strateġika għall-ekonomija Griega. Fl-1995, wara diffikultajiet finanzjarji b’riżultat ta’ dawn l-attivitajiet, ir-rikapitalizzazzjoni, ir-ristrutturar u l-immodernizzar tal-bank saru prijorità ewlenija tal-gvern Grieg. Dan sar fuq il-bażi ta’ programm ta’ ħames snin fil-qafas tal-Liġi 2359/95. Minbarra l-provvediment ta’ GRD 427 miljun ta’ kapital mill-gvern, l-għan tar-ristrutturazzjoni kien li tiġi implimentata orjentazzjoni strateġika ġdida, tinbidel l-istruttura organizzattiva u jiġu fformulati proċeduri tan-negozju moderni li jirrispondu għall-kundizzjonijiet preżenti tal-kompetizzjoni. Konsegwentement, “minbarra l-attività tiegħu ta’ żvilupp, ETVA żviluppa servizzi bankarji kummerċjali, b’mod partikolari mill-1997 ‘il quddiem.” (50)

    (57)

    Fl-1999, l-Istat, li kellu 100 % tal-ishma ta’ ETVA, iddeċieda li jipproċedi bil-klassifikazzjoni tal-bank fil-Borża ta’ Ateni, billi joffri 24 % tal-kapital azzjonarju tiegħu lill-pubbliku. L-Istat iddeċieda li jipproċedi saħansitra aktar bil-privatizzazzjoni tal-bank u jnaqqas is-sehem tal-istat għal inqas minn 50 %. Saret sejħa għall-offerti u ntgħażel il-Bank ta’ Piraeus. Fl-20 ta’ Marzu 2002, ishma li jirrappreżentaw 57,7 % tal-kapital ta’ ETVA ġew ittrasferiti lill-Bank ta’ Piraeus (51).

    (58)

    Dwar il-possibilità tal-Istat li jikkontrolla lil ETVA, il-Kummissjoni tosserva li sal-aħħar tal-1999, ETVA kien għal kollox proprjetà tal-Istat Grieg. L-Istat żamm pussess maġġoritarju tal-ishma sat-trasferiment tal-maġġoranza tal-ishma lill-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002. L-Istat għalhekk kien f’pożizzjoni li jikkontrolla lill-ETVA tal-anqas sal-20 ta’ Marzu 2002. Dan juri wkoll li kienu involuti riżorsi tal-Istat fil-miżuri implimentati minn ETVA.

    (59)

    Rigward l-involviment tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri differenti, il-Kummissjoni tosserva dawn il-punti:

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-aktar tliet deċiżjonijiet sinifikanti rigward il-pussess ta’ ishma ta’ ETVA f’HSY ma tteħdux b’mod indipendenti mill-maniġment ta’ ETVA: dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mill-gvern u ġew implimentati minn ETVA. Fil-fatt, meta ETVA xtara l-HSY falluta fl-1985, din kienet deċiżjoni tal-gvern (52). ETVA implimenta sempliċement din id-deċiżjoni tal-Istat u malajr għamel injezzjoni kbira ta’ kapital f’HSY, li l-Kummissjoni qisitha bħala għajnuna mill-Istat (53). Dan juri li r-relazzjoni bejn ETVA u HSY mill-bidu nett kienet relazzjoni ta’ appoġġ mill-Istat favur kumpanija li kienet importanti – f’termini ta’ impjiegi u ta’ attivitajiet – għall-gvern Grieg. It-tieni deċiżjoni importanti kien il-bejgħ minn ETVA ta’ 49 % tal-kapital ta’ HSY lill-impjegati, li ġie deċiż bil-Liġi 2367/1995 (54). Barra minn hekk, din il-Liġi timponi miżuri sinifikanti ta’ ristrutturazzjoni fuq HSY (55) (u tagħti ammonti kbar ħafna ta’ għajnuna lit-tarzna). It-tielet avveniment prinċipali kien il-privatizzazzjoni ta’ HSY fl-2001-2002 (jiġifieri ETVA kellu jbigħ il-51 % li baqagħlu tal-ishma f’HSY). Din il-privatizzazzjoni kienet deċiża bid-Deċiżjoni Nru 14/3-1-2001 tal-Kumitat Interministerjali rilevanti għall-Privatizzazzjoni u saret fil-qafas tal-Liġi Griega dwar il-Privatizzazzjoni 2000/91. Dan kien ripetut b’mod kostanti fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti sottomessi lill-investituri/offerenti interessi minn Alpha Finance, li kien il-bank li organizza l-bejgħ ta’ HSY f’isem l-Istat u l-Bejjiegħa (ETVA u l-impjegati). Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti datati 2 ta’ April 2001 jindikaw ukoll li l-Istat kien se jagħżel l-offerent preferit mal-Bejjiegħa. Bħala konklużjoni, it-tliet deċiżjonijiet kruċjali dwar l-ishma ta’ ETVA fil-HSY ġew deċiżi mill-Istat.

    Minbarra l-involviment dirett tiegħu f’dawn it-tliet okkażjonijiet, l-Istat ta ammonti kbar ħafna ta’ għajnuna matul il-perjodu 1995 sal-2002. L-Istat ħafer GRD 54,52 biljun (EUR 160 miljun) ta’ djun relatati ma’ attivitajiet ċivili – din ir-rinunzja kienet approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994 – u GRD 46,35 biljun (EUR 136 miljun) ta’ djun relatati ma’ attivitajiet militari. Kif indikat fid-Deċiżjoni N 401/1997, l-Istat kien beħsiebu jagħti wkoll GRD 7,8 biljuni (EUR 22,9 miljun) ta’ għajnuna għall-investiment. Waqt il-proċess tal-offerti fl-2001, l-Istat Grieg ħareġ il-Liġi 2941/2001, li kienet tinkludi ammont kbir ta’ appoġġ finanzjarju mmirat sabiex jiffaċilita l-privatizzazzjoni ta’ HSY (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni). Kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni N 513/2001, l-Istat ikkommetta ruħu pereżempju li jħallas EUR 118-il miljun bħala inċentivi sabiex jinkoraġġixxi lill-impjegati jitilqu b’mod volontarju mill-kumpanija. Bl-għoti ta’ għajnuniet kbar u ripetuti, il-gvern ta sinjal ċar li huwa kien iqis is-sopravivenza ta’ HSY bħala politikament importanti ħafna (56).

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-Istat ta kuntratti strateġiċi tad-difiża lil HSY matul dawk is-snin, bħall-bini tas-sottomarini. Konsegwentement, l-Istat kellu interess dirett li jimmonitorja l-attivitajiet ta’ HSY u li jassigura li jitkomplew l-operazzjonijiet tat-tarzna.

    (60)

    Billi ddeċieda d-daqs tal-pussess tal-ishma ta’ ETVA fil-HSY, billi ta kontinwament appoġġ finanzjarju kbir lil HSY u billi ta kuntratti militari ta’ importanza kbira għas-sigurtà tal-Greċja, il-gvern Grieg wera b’mod ċar li kien jagħti importanza kbira lill-attivitajiet ta’ HSY u kien qiegħed jissorvelja s-sitwazzjoni tat-tarzna b’attenzjoni. F’dan il-kuntest ġenerali, il-Kummissjoni tħoss li, sal-privatizzazzjoni ta’ ETVA f’Marzu 2002, ma jistgħux jitqajmu dubji dwar l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat. Fil-fatt, f’dawn iċ-ċirkustanzi, kien impossibbli għall-maniġment ta’ ETVA li jiżviluppa politika ta’ self lejn HSY li ma kinitx tkun konformi mal-politika ta’ appoġġ kostanti adottata mill-gvern. B’mod partikolari, kien ikun impossibbli għal ETVA li jieħu deċiżjoni li toħloq problemi finanzjarji għal HSY. Pereżempju, ETVA ma setax jiċċarġja rata tal-imgħax għolja (jiġifieri “firxa” għolja fuq ir-rata ta’ bejn il-banek) fuq is-self mogħti lil HSY, billi dan kien jiddeterjora l-qagħda finanzjarja ta’ HSY, xi ħaġa li kienet tkun politikament inaċċettabbli għall-gvern. Bl-istess mod, ETVA ma setax jirrifjuta li jagħti self mitlub minn HSY biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha (57). Fi kliem ieħor, ETVA ma kellux għażla oħra għajr li jibqa’ koerenti mal-politika ta’ appoġġ qawwi u kontinwu lejn HSY adottata mill-Istat. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kollha implimentati minn ETVA favur HSY (self, garanziji, injezzjonijiet ta’ kapital, eċċ) kienu awtomatikament imputabbli lill-Istat, u li m’hemmx bżonn li titressaq evidenza addizzjonali tal-involviment tal-Istat fil-mument meta kull waħda minn dawn il-miżuri kienet adottata minn ETVA. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri differenti mwettqa minn ETVA huma imputabbli lill-Istat.

    (61)

    Bħala bażi sussidjarja, il-Kummissjoni tinnota wkoll l-elementi segwenti li jikkonfermaw l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat.

    (62)

    L-ewwel nett, fl-1995 ETVA biegħ biss 49 % - u għalhekk mhux 100 % - tal-ishma ta’ HSY lill-impjegati. “Il-Greċja invokat il-ħtiġijiet militari tagħha fil-bini tal-bastimenti biex tiġġustifika ż-żamma ta’ 51 % tat-tarzna kif permess mill-Artikolu 10 tad-Direttiva”. L-Artikolu 10(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE fil-fatt jipprovdi li “minkejja l-obbligu li jeħles mit-tarzni permezz tal-bejgħ imsemmi fil-paragrafu 2, il-Gvern Grieg għandu jitħalla jżomm maġġoranza ta’ 51 % f’waħda mit-tarzni jekk ġustifikat minn interessi tad-difiża.” (58) Dan juri li s-sehem ta’ 51 % ta’ ETVA fil-HSY kien immirat sabiex jippermetti lill-Istat jikkontrolla lil HSY bil-għan li jippreżerva l-interessi tad-difiża tal-Greċja. Huwa ovvju li f’dan il-kuntest il-maniġment ta’ ETVA ma setax żviluppa relazzjoni ma’ HSY ibbażata fuq termini kummerċjali. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti ta’ finanzjament lil HSY u t-termini ta’ dan il-finanzjament ma setgħetx tmur kontra l-interessi tad-difiża tal-Greċja. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tarax kif il-maniġment ta’ ETVA seta’ jirrifjuta li jagħti finanzjament jew seta’ jiċċarġja rata tal-imgħax għolja fuq dawn il-finanzjamenti. Barra minn hekk, jekk il-mira tal-Greċja kienet il-preżervazzjoni tal-interessi tad-difiża, wieħed jista’ jissupponi li l-gvern fil-fatt kien qiegħed jissorvelja direttament kull deċiżjoni importanti tal-maniġment ta’ ETVA u kull deċiżjoni ta’ ETVA rigward il-finanzjament ipprovdut lil HSY.

    (63)

    It-tieni, billi l-mandat ta’ ETVA bħala “bank għall-iżvilupp” kien definit mill-Istat, wieħed jista’ jikkonkludi li l-attivitajiet kollha ta’ ETVA implimentati fil-qafas ta’ dak il-mandat kienu imputabbli lill-Istat. Bl-istess mod, il-każistika tindika li, sabiex tiġi analizzata l-imputabilità tal-miżuri adottati minn kumpanija “in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn tal-aħħar fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati” (59) jistgħu jkunu rilevanti. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Griegi jirrikonoxxu li “mill-ħolqien tiegħu ‘l quddiem ETVA ma ffunzjonax bħala bank kummerċjali normali iżda bħala istituzzjoni speċjali ta’ kreditu għall-iżvilupp, attiva prinċipalment fil-qasam tal-krediti fuq perjodu fit-tul u għandha rwol deċiżiv fl-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tal-pajjiż”. (60) F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li ETVA xtara lil HSY fl-1985. Għalhekk l-involviment ta’ ETVA f’HSY kien żviluppat fi ħdan dan il-mandat bħala “bank għall-iżvilupp”, u mhux fil-qafas tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu li bdew mhux qabel l-1997. Billi sa dak iż-żmien ETVA kellu jsostni lil HSY fi ħdan il-mandat tiegħu bħala “bank għall-iżvilupp”, ETVA ma setax f’daqqa waħda mill-1997 jieqaf jipprovdi s-self u l-garanziji mitluba minn HSY u jħalli t-tarzna tfalli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li, fit-tieni nofs tas-snin disgħin, ETVA kien awtorizzat biex jiżviluppa attivitajiet kummerċjali apparti l-attivitajiet tiegħu ta’ żvilupp, u mhux biex jieħdu post l-attivitajiet tiegħu ta’ żvilupp, li kellhom ikomplu.

    (64)

    It-tielet, skont il-każistika, “l-istatus legali tal-impriża (fis-sens li tkun soġġetta għal-liġi pubblika jew il-liġi ordinarja tal-kumpaniji)” (61) jista’ jkun rilevanti biex juri l-imputabilità. F’dan ir-rigward, l-għan prinċipali ta’ ETVA, bħala bank tal-iżvilupp proprjetà tal-Istat, huwa li jippromwovi l-iżvilupp tal-pajjiż billi jiffinanzja l-ekonomija Griega, ma kienx soġġett għad-direttivi dwar il-banek (62). Huwa biss meta l-ishma ta’ ETVA ġew elenkati fil-Borża ta’ Ateni fit-12 ta’ Jannar 2000 li ETVA sar suġġett għar-regoli superviżorji standard applikabbli għall-banek kummerċjali.

    (65)

    Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li matul il-perjodu 1996-2002, l-Istat kien partikolarment attent għall-operazzjonijiet ta’ ETVA. Fil-fatt, l-Istat adotta l-Liġi 2359/95 sabiex jirristruttura ETVA u injetta mijiet ta’ biljuni ta’ drachma fi ħdan dak il-qafas. Fl-1999, huwa ddeċieda li jelenka parti mill-kapital fil-Borża ta’ Ateni. Sena wara huwa ddeċieda li jipprivatizza l-maġġoranza tal-kapital ta’ ETVA. Din il-privatizzazzjoni tlestiet fl-2002. Dan juri li matul il-perjodu 1996-2002, l-Istat kien interessat bil-qawwi fl-operazzjonijiet ta’ ETVA. Is-self u l-garanziji pprovduti lil HSY kienu ta’ daqs kbir suffiċjenti (63) li d-deċiżjonijiet tal-għoti ma setgħux ittieħdu mill-maniġment ta’ ETVA mingħajr l-approvazzjoni jew l-ordni diretta tal-azzjonist waħdieni ta’ ETVA.

    (66)

    Fil-paragrafi preċedenti l-Kummissjoni wriet li, fil-perjodu ta’ qabel il-bejgħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus f’Marzu 2002, il-miżuri kollha implimentati minn ETVA kienu jinvolvu riżorsi Mill-Istat u l-miżuri kollha implimentati minn ETVA favur HSY kienu imputabbli lill-Istat. Fil-valutazzjoni individwali tagħha ta’ kull miżura implimentata minn ETVA, il-Kummissjoni għalhekk mhijiex ser tindika aktar dawn iż-żewġ punti.

    (67)

    Il-Kummissjoni se terġa’ tiddiskuti biss dawn iż-żewġ kwistjonijiet fil-valutazzjoni tal-miżura E18c, minħabba li xi partijiet isostnu li din il-miżura ngħatat minn ETVA f’Mejju 2002, jiġifieri wara x-xiri ta’ ETVA mill-Bank ta’ Piraeus.

    3.3.   Kwistjoni orizzontali 3: miżuri ta’ għajnuna li jiffinanzjaw parzjalment l-attivitajiet militari ta’ HSY

    (68)

    Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Greċja ssostni li ħafna mill-miżuri investigati mill-Kummissjoni għenu l-attivitajiet militari tat-tarzna. Il-Greċja għalhekk issostni li dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat, u ma jistgħux jiġu valutati – u wisq anqas irkuprati – taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (69)

    Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk xi wħud mill-miżuri setgħux jaqgħu parzjalment jew għal kollox fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

    (70)

    L-ebda waħda mill-partijiet f’din il-proċedura ma tikkontesta li HSY għandha attivitajiet ċivili u militari. Matul l-aħħar ħmistax-il sena, l-attività ċivili ewlenija kienet it-tiswija ta’ bastimenti ċivili. HSY bniet ukoll materjal tal-ferroviji u bwieq ta’ bastimenti ċivili. L-attivitajiet militari ta’ HSY kienu jikkonsistu fil-bini u t-tiswija ta’ bastimenti u sottomarini militari għall-Flotta Griega.

    (71)

    Il-Kummissjoni tfakkar li d-deċiżjoni ta’ estensjoni kienet diġà identifikat il-miżuri li jsostnu l-attivitajiet militari tat-tarzna. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tikkonkludi li dawn il-miżuri jaqgħu kompletament taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat u mhumiex suġġetti għar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni ma ġietx ikkontestata fil-Qorti.

    (72)

    Xi wħud mill-għajnuniet Mill-Istat koperti mid-deċiżjoni preżenti ma kinux assenjati għal attività partikolari, jiġifieri ma kinux stanzjati biex jiffinanzjaw proġett partikolari. Il-Kummissjoni għalhekk trid tistabbilixxi safejn dawn l-għajnuniet Mill-Istat għenu lill-attivitajiet militari u safejn dawn għenu lill-attivitajiet ċivili. Din il-kalkulazzjoni hija kkalkulata mill-fatt li HSY ma żammitx kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili u għall-attivitajiet militari. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni se tibbaża l-analiżi tagħha fuq id-daqs relattiv taż-żewġ attivitajiet. Għalhekk trid tivvaluta l-importanza relattiva ta’ kull attività. Il-Kummissjoni tosserva li kull għajnuna mill-Istat (eż. finanzjament, injezzjoni ta’ kapital) mogħtija lil HSY (u mhux assenjata biex tiffinanzja attività partikolari) fl-istess ħin kopriet it-telf tal-imgħoddi (jiġifieri telf iġġenerat minn kuntratti mgħoddija) u ppermettiet lit-tarzna tiffinanzja attivitajiet futuri. Sabiex tistabbilixxi safejn għajnuna partikolari mill-Istat ibbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili u militari, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-analiżi m’għandhiex tkun limitata għas-separazzjoni bejn l-attivitajiet ċivili u militari (jiġifieri l-importanza relattiva ta’ kull attività) fis-sena meta ngħatat l-għajnuna, iżda huwa meħtieġ li tiġi kkalkulata s-separazzjoni medja bejn dawn iż-żewġ attivitajiet fuq perjodu suffiċjentement twil. Il-fatt li l-importanza relattiva taż-żewġ attivitajiet tvarja minn sena għall-oħra jiġġustifika wkoll l-użu ta’ medja fuq numru ta’ snin. Fil-fatt, sena partikolari tista’ ma tkunx rappreżentattiva tas-separazzjoni medja bejn iż-żewġ attivitajiet fuq il-perjodu medju u twil.

    (73)

    Fil-qafas tal-proċedura għall-irkupru tal-għajnuna misjuba illegali u inkumpatibbli bid-deċiżjoni C 40/2002, il-Greċja sostniet li l-attivitajiet ċivili kienu jirrappreżentaw 25 % tal-attivitajiet ta’ HSY u l-attivitajiet militari kienu responsabbli għal 75 % tal-attivitajiet. Biex issostni din l-affermazzjoni, il-Greċja pprovdiet informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol u l-fatturat (jiġifieri l-valur tal-bejgħ) taż-żewġ attivitajiet għas-snin 1997 sal-2005 (64). Fil-kuntest tal-proċedura preżenti, il-Greċja ma kkontestatx dawn il-figuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà aċċettat separazzjoni ta 25 % ċivili/75 % militari fid-Deċiżjoni N 513/2001, li ma ġietx ikkontestata quddiem il-Qorti. Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad sa issa, il-Kummissjoni se tqis li l-attivitajiet ċivili ammontaw għal 25 % tal-attivitajiet ta’ HSY u l-attivitajiet militari għal 75 % tal-attivitajiet.

    (74)

    Rigward l-attivitajiet militari ta’ HSY, il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti dejjem aċċettat li l-għajnuna mogħtija għalihom kienet barra l-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (65). Il-Kummissjoni rrepetiet dik il-valutazzjoni fil-paragrafi 86 sa 90 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni. Billi l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni ngħataw lil HSY (jiġifieri HSY kollha kemm hi) matul l-istess perjodu bħall-perjodu analizzat f’dawn id-deċiżjonijiet preċedenti, irid jiġi konkluż li l-parti ta’ dawn il-miżuri li appoġġat l-attivitajiet militari ta’ HSY taqa’ wkoll fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u hija eżentata mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (75)

    Meta tevalwa kull miżura b’mod individwali, il-Kummissjoni se tistabbilixxi jekk din għenitx esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY jew jekk din ingħatatx lil HSY mingħajr ma kienet indikata għal użu partikolari (66):

    Jekk kienu megħjuna biss l-attivitajiet ċivili, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 296 tat-Trattat ma japplikax u l-miżura sħiħa tista’ tiġi valutata skont l-Artikolu 87 tat-Trattat.

    Jekk ġiet megħjuna HSY kollha kemm hi, il-Kummissjoni tħoss li, billi 75 % tal-attivitajiet tat-tarzna huma relatati mal-produzzjoni militari, 75 % tal-għajnuna mill-Istat ibbenefikaw minnha l-attivitajiet militari u taqa’ taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-25 % l-oħra tal-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi valutata taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.   IL-MIŻURI: DESKRIZZJONI, RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA, KUMMENTI RIĊEVUTI, VALUTAZZJONI U KONKLUŻJONI

    (76)

    Dwar il-kummenti tal-Greċja u ta’ partijiet terzi, il-Kummissjoni tosserva li dawn ikopru firxa wiesgħa ta’ argumenti. Pereżempju, fid-diversi sottomissjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni, l-ilmentatur Elefsis sostna li jeżistu diversi raġunijiet li abbażi tagħhom il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna inkumpatibbli. Bl-istess mod, fis-sottomissjonijiet suċċessivi tagħhom lill-Kummissjoni, il-Greċja, HSY, u TKMS/GNSH sostnew li kien hemm diversi raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom il-miżuri setgħu jinstabu kumpatibbli mas-suq komuni.

    (77)

    Skont l-Artikolu 253 tat-Trattat, deċiżjoni tal-Kummissjoni trid tindika r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Madankollu, il-Kummissjoni mhix obbligata li twieġeb kull argument imqajjem mill-partijiet. Għalhekk, id-deċiżjoni preżenti se tittratta b’mod espliċitu biss il-punti prinċipali mqajma mill-partijiet. B’mod partikolari, id-deċiżjoni mhix ser tittratta wħud mir-raġunijiet imqajma mill-partijiet li b’mod ċar mhumiex konċiljabbli mal-fatti, li huma f’kontradizzjoni ma’ punti magħmula mill-istess parti fis-sottomissjonijiet l-oħra tiegħu jew li jistgħu jitwarrbu b’mod ċar fuq il-bażi tal-fatti u l-valutazzjoni ppreżentata fid-deċiżjoni preżenti.

    (78)

    Billi din l-investigazzjoni tkopri numru konsiderevoli ta’ miżuri, huwa importanti li dawn jiġu nnumerati sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u tkun evitata l-konfużjoni. Għalhekk, l-erba’ miżuri koperti mid-deċiżjoni ta’ ftuħ se jiġu nnumerati P1 sa P4. It-tnax-il miżura koperti mid-deċiżjoni tal-estensjoni se jżommu n-numru mogħti lil kull waħda minnhom f’dik id-deċiżjoni, iżda preċeduti bl-ittra E.

    4.1.   Użu ħażin mill-għajnuna għall-investiment approvata fl-1997 (miżura P1)

    4.1.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (79)

    Bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni awtorizzat GRD 7,8 biljuni (22,9 miljun) ta’ għajnuna għall-investiment, li l-Greċja kienet innotifikat fl-20 ta’ Ġunju 1997. F’dik id-deċiżjoni, l-għajnuna kienet ivvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 6 “Għajnuna għall-investiment” ta’ Kapitlu III “Għajnuna għar-ristrutturazzjoni” tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE, li tindika li “L-għajnuna għall-investiment […] ma tistax tingħata […] jekk ma tkunx marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li ma tinvolvi ebda żieda fil-kapaċità tal-bini ta’ bastimenti tat-tarzna […]. Għajnuna bħal din ma setgħetx tingħata lil tarzni għat-tiswija tal-bastimenti sakemm ma tkunx marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li jirriżulta fi tnaqqis fil-kapaċità totali tat-tiswija tal-bastimenti”. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li kien ġie stabbilit pjan tan-negozju li jfittex li jirrestawra l-kompetittività tat-tarzna permezz ta’ żieda fil-produttività u l-modernizzazzjoni. L-ewwel pilastru ta’ dan il-pjan huwa riorganizzazzjoni u tnaqqis fuq skala kbira tal-forza tax-xogħol. B’mod partikolari, in-numru ta’ ħaddiema kellu jitnaqqas għal 2 000 sal-aħħar tal-1997 u kellhom jiddaħħlu metodi ta’ ħidma aktar flessibbli. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li ħafna mit-tnaqqis fil-forza tax-xogħol kien diġà ġie implimentat fiż-żmien tad-deċiżjoni, li kellu jikkontribwixxi biex tiżdied il-produttività. It-tieni pilastru tal-pjan tar-ristrutturazzjoni huwa programm ta’ investiment, li kellu l-mira li jissostitwixxi t-tagħmir qadim u antikwat ma’ teknoloġija ġdida aġġornata. Id-deċiżjoni tindika li, skont il-pjan, it-tarzna kellha terġa’ ssir vijabbli sal-aħħar tal-pjan tan-negozju, jiġifieri sal-2000. L-ispiża totali tal-programm ta’ investiment kienet stmata għal GRD 15,62 biljun (EUR 45,9 miljun). Il-parti deskrittiva tad-deċiżjoni tindika li dan il-programm kien se jiġi ffinanzjat kif ġej: GRD 7,81 biljuni (EUR 22,9 miljun) ta’ għajnuna mill-Istat, GRD 3,13 biljuni (EUR 9,2 miljun) b’żieda kapitali tal-ishma, u GRD 4,67 biljuni (EUR 13,7-il miljun) b’self mill-bank. Iż-żieda kapitali se ssir bl-istess proporzjon bħad-distribuzzjoni tal-kapital, jiġifieri 51 % sal-ETVA u 49 % mill-impjegati ta’ HSY. Id-deċiżjoni tindika wkoll li s-self bankarju kien se jsir bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinnota li skont il-pjan tar-ristrutturazzjoni, m’hemm ebda żieda fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti u tnaqqis fil-kapaċità tat-tiswija tal-bastimenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-intensità tal-għajnuna (50 %) tibqa’ fl-intensità tal-għajnuna reġjonali permessa għall-Greċja. L-intensità hija ġġustifikata wkoll mid-daqs tar-ristrutturazzjoni involuta.

    4.1.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (80)

    L-iskambju ta’ ittri bejn il-Greċja u l-Kummissjoni li seħħ qabel il-ftuħ tal-proċedura ġie deskritt fil-Kapitolu 1 “Proċedura” tad-deċiżjoni preżenti.

    (81)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 setgħet intużat ħażin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ investiment ġie implimentat biss b’mod parzjali u b’dewmien importanti. L-awtoritajiet Griegi taw diversi estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex il-pjan ta’ investiment jiġi eżegwit wara l-31 ta’ Diċembru 1999 mingħajr ma kkonsultaw lill-Kummissjoni. It-tieni, filwaqt li d-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li l-programm ta’ investiment kien se jiġi ffinanzjat b’self bankarju mogħti b’kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat, il-kumpanija tidher li rċeviet self minn bank proprjetà tal-Istat b’rati ta’ mgħax li ma jikkorrispondux mal-valuri tas-suq u jidher li wieħed mis-self kien kopert b’garanzija mill-Istat. It-tielet, l-awtoritajiet Griegi ma bagħtux ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan, kif mitlub mid-Deċiżjoni N 401/1997. Minħabba dawn it-tliet vjolazzjonijiet tad-Deċiżjoni N 401/1997, jidher li l-għajnuna għall-investiment intużat ħażin.

    4.1.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (82)

    Elefsis jissottolinja li t-terremot invokat biex jiġġustifika d-dewmien seħħ biss f’Settembru 1999. Dak jiġi erba’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu biex jiġi implimentat il-pjan ta’ investiment, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 1999. Sal-aħħar tal-1999 HSY kienet wettqet biss parti żgħira mill-pjan ta’ investiment. Dan juri li HSY kienet diġà akkumulat dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-pjan qabel seħħ it-terremot u li HSY ma setgħetx lestiet il-programm ta’ investiment fiż-żmien anki kieku ma seħħx it-terremot. Bl-istess mod, il-privatizzazzjoni ta’ HSY invokata biex tiġġustifika d-dewmien saret ħafna wara l-aħħar tal-1999 u għalhekk ma setgħetx tiġġustifika n-nuqqas ta’ HSY li tirrispetta d-Deċiżjoni N 401/1997. Fl-aħħar nett, Elefsis isostni li, billi HSY kienet irċeviet self assigurat mill-Istat u self b’kundizzjonijiet mhux indipendenti, hija kisret il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni N 401/1997. Għaldaqstant, din l-għajnuna addizzjonali kif ukoll l-għajnuna għall-investiment għandhom jiġu rkuprati.

    (83)

    HSY issottomettiet l-istess kummenti bħall-Greċja; dawn huma miġburin fil-qosor fis-sezzjoni li jmiss.

    4.1.4.   Kummenti mill-Greċja

    (84)

    Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jikkonfermaw li fil-bidu huma kienu ffissaw id-data tal-31 ta’ Diċembru 1999 għat-tlestija tal-pjan ta’ investiment. F’Diċembru 1999, huma wettqu l-ewwel kontrolli fuq l-implimentazzjoni tal-pjan, li kienu jirrigwardaw l-ispejjeż li għamlet HSY sat-30 ta’ Ġunju 1999. Irriżulta li dawn kienu jammontaw għal GRD 2,7 biljuni (EUR 8,1 miljuni), li huwa 17,7 % tal-ispejjeż totali ta’ programm ta’ investiment. Fis-27 ta’ Ġunju 2001, l-awtoritajiet Griegi taw estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2001 għat-tlestija tal-investiment, minħabba li t-terremot tas-7 ta’ Settembru 1999 kien ikkaġuna ħsarat fil-faċilitajiet tat-tarzna u ttardja t-twettiq tal-pjan ta’ investiment. B’deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2001, l-awtoritajiet Griegi taw estensjoni oħra sat-30 ta’ Ġunju 2002 minħabba li l-proċess ta’ privatizzazzjoni, li beda f’Jannar 2001 (u finalment tlesta fil-31 ta’ Mejju 2002), talab friża fuq il-pjan ta’ investiment. Meta l-awtoritajiet Griegi wettqu t-tieni kontroll f’Mejju 2002, huma stabbilew li l-ispejjeż li għamlet HSY sal-31 ta’ Diċembru 2001 kienu jammontaw għal GRD 9,8 biljuni (EUR 28,9 miljun), jew 63 % tal-ispejjeż totali tal-investiment. B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2002, ingħatat estensjoni ġdida sat-30 ta’ Ġunju 2004. B’deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, l-awtoritajiet awtorizzaw modifika tal-pjan ta’ investiment. F’din l-okkażjoni, il-kumpanija ġiet mitluba tneħħi xi ftit mill-ispejjeż tal-investiment iċċertifikati fl-okkażjoni tat-tieni kontroll. Dawn l-ispejjeż kienu ħlasijiet bil-quddiem fir-rigward ta’ investimenti li l-kumpanija kienet iddeċidiet li teskludi mill-pjan ta’ investiment. Għalhekk, l-ammont totali ċċertifikat wara t-tieni kontroll tnaqqas għal EUR 23,3 miljun, jew 50,75 % tat-total. B’ittra tat-30 ta’ Ġunju 2004, it-tarzna talbet estensjoni ġdida sal-31 ta’ Diċembru 2004. Sal-lum, l-għajnuna għall-investiment għadha ma tħallsitx lit-tarzna.

    (85)

    L-awtoritajiet Griegi jsostnu li, meta taw l-estensjonijiet, huma ħassew onestament li kienu qegħdin jaġixxu fil-limiti tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni u li kienet tikkonċerna għajnuna eżistenti li għaliha ma kienet meħtieġa ebda notifika ġdida. Huma ħassew li ma kienx realistiku li ma tiġix ipprovduta l-possibilità ta’ estensjoni ta’ pjan ta’ investiment ta’ dak id-daqs u ta’ dik il-firxa, aktar u aktar għal tarzna li ma kellha ebda esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ pjan bħal dan, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni nnifisha fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tagħha. Huma jsostnu wkoll li infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni f’Novembru 2002. Il-modifika tal-pjan ta’ investiment li huma awtorizzaw fl-2003 ma bidlitx in-natura, is-sustanza, jew l-iskop tal-għajnuna approvata. Hija mmirat biss li taddatta l-kontenut tal-pjan għaċ-ċirkustanza l-ġodda: il-privatizzazzjoni tat-tarzna, il-kuntratti l-ġodda ta’ natura mhux prevista (sottomarini), it-terremot tal-1999, u l-progress teknoloġiku. L-awtoritajiet Griegi lanqas ma jistgħux jaraw kif l-estensjonijiet setgħu jaffettwaw is-sustanza tal-għajnuna u għalhekk il-kumpatibbiltà tagħha. Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kumpatibbiltà tal-estensjoni tal-pjan ta’ investiment fuq il-bażi tal-punt 52 tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (67) (minn hawn ‘il quddiem “il-linji gwida għar-R&R tal-1999”). F’dan il-każ, l-għajnuna għandha tinstab kumpatibbli billi l-pjan rivedut jipprevedi ritorn għall-vijabilità fi żmien raġonevoli, jiġifieri qabel it-30 ta’ Ġunju 2004. B’mod partikolari l-awtoritajiet Griegi jsostnu li d-dewmien ma kienx ikkawżat mill-kumpanija iżda minn forza maġġuri (it-terremot tal-1999 u l-privatizzazzjoni tal-kumpanija). Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” mhuwiex ser jinkiser billi l-għajnuna se sseħħ fl-addattament ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni eżistenti.

    (86)

    Dwar in-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-Greċja tħoss li dan il-pjan mhuwiex ta’ importanza suffiċjenti biex jimpedixxi l-modifika tal-pjan.

    4.1.5.   Valutazzjoni

    4.1.5.1.   L-Artikolu 296 tat-Trattat

    (87)

    Għalhekk qabel ma ssir valutazzjoni tal-kumpatibbiltà skont l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat, trid tiġi kkunsidrata l-applikabilità tal-Artikolu 296 tat-Trattat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva l-elementi segwenti. L-ewwel nett, l-għajnuna għall-investiment kienet ġiet innotifikata mill-Greċja fl-1997 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Bin-notifika tal-għajnuna, il-Greċja rrikonoxxiet li l-pjan ta’ investiment kien marbut prinċipalment mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY (jiġifieri tiswija u bini ta’ bastimenti), għax kieku l-pjan kien relatat ma’ attivitajiet militari u kien importanti għas-sigurtà nazzjonali, il-Greċja setgħet invokat l-Artikolu 296 tat-Trattat tal-KE dak iż-żmien u ma kienx ikollha għalfejn tinnotifika din l-għajnuna għall-investiment (68). Barra minn hekk, il-Greċja ma kkontestatx id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni li fiha l-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna nnotifikata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħar nett, il-Greċja ma invokatx l-Artikolu 296 fir-reazzjoni tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ. L-elementi preċedenti huma suffiċjenti biex wieħed jikkonkludi li l-pjan ta’ investiment ma affettwax l-interessi tas-sigurtà tal-Greċja u kull għajnuna li tiffinanzja l-pjan ta’ investiment tista’ tiġi ttrattata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stipulati fl-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat.

    4.1.5.2.   Eżistenza ta’ użu ħażin tal-għajnuna

    (88)

    It-tliet dubji mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ se jiġu analizzati wieħed wieħed.

    (89)

    Rigward il-ksur tal-kundizzjoni li s-self irid jingħata bir-rati tas-suq u mingħajr garanziji mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li dan il-ksur jaffettwa l-kumpatibbiltà tal-aħħar miżuri u mhux il-kumpatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment. Fil-fatt, l-għan ta’ din il-kundizzjoni huwa li jiġi evitat li tingħata għajnuna addizzjonali favur il-programm ta’ investiment (jiġifieri li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mill-intensità stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997). Hu x’inhu, kif se jiġi spjegat iżjed ‘il quddiem f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ raġunijiet legali oħra ssib li l-garanzija tal-Istat mogħtija lil HSY tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Dwar is-self, il-Kummissjoni ssib ukoll li l-element ta’ għajnuna jrid jiġi rkuprat. Billi l-elementi ta’ għajnuna ser jiġu rkuprati, se tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni inizjali u l-ispejjeż tal-finanzjament ta’ HSY mhux se jkun aktar baxxi mir-rata tas-suq. Fi kliem ieħor, permezz ta’ dawn l-irkupri, se jintlaħaq l-iskop tal-kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997, jiġifieri li jkun evitat l-għoti ta’ għajnuna addizzjonali permezz tal-finanzjament mogħti lil HSY bi prezz inqas minn dak tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad it-talba msemmija qabel ta’ Elefsis li kemm l-element ta’ għajnuna fis-self u l-garanzija kif ukoll l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 iridu jiġu rkuprati.

    (90)

    Dwar in-nuqqas ta’ rappurtaġġ annwali li ssemma fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ sottomissjoni tar-rapporti annwali fih innifsu ma jirrappreżentax użu ħażin tal-għajnuna. Fil-fatt, dan ma jbiddilx il-karatteristiċi tal-għajnuna, l-effett tagħha jew il-karatteristiċi tal-programm ta’ investiment. Madankollu, billi l-Greċja ma pprovdietx din l-informazzjoni fil-ħin u għalhekk ma infurmatx lill-Kummissjoni dwar id-dewmien fil-mument meta seħħ, hija impediet lill-Kummissjoni milli tadotta deċiżjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-mument opportun. Konsegwentement, dan in-nuqqas ta’ rappurtaġġ ifisser li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Greċja – hija l-Greċja li trid tipprova li l-Kummissjoni kienet tapprova l-estensjonijiet wara xulxin tal-perjodu biex jiġi implimentat il-programm ta’ investiment.

    (91)

    Rigward l-implimentazzjoni tardiva tal-pjan ta’ investiment, li kien id-dubju prinċipali mqajjem fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni waslet għad-deċiżjoni segwenti. Bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni investimenti li kienu “marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni”, kif mitlub mill-Kapitolu III “Għajnuna għar-ristrutturazzjoni” tad-Direttiva 90/684/KEE. Kif indikat fid-deskrizzjoni tal-pjan tan-negozju fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-pjan ta’ investiment ma kienx marbut sempliċement mar-ristrutturazzjoni; huwa nnifsu kien wieħed mill-pilastri tar-ristrutturazzjoni minħabba li t-tarzna ma kienet għamlet ebda investiment fis-snin ta’ qabel u riedet tibdel “it-tagħmir antik u antikwat ma’ teknoloġija ġdida” biex tirrestawra l-kompetittività tagħha. Fis-Sezzjoni 2.1 tal-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jikkonfermaw li l-programm ta’ investiment kellu l-mira li jirrestawra l-kompetittività ta’ HSY, permezz ta’ titjib fil-produttività u l-modernizzazzjoni, sabiex issir kumpanija kompetittiva fil-livell nazzjonali u internazzjonali. Il-Greċja tikkonferma wkoll li l-iskop kien is-sostituzzjoni ta’ tagħmir antikwat u mhux użat ma’ tagħmir ġdid b’teknoloġija moderna. Bħala konklużjoni, mid-Deċiżjoni N 401/1997 innifisha kif ukoll mill-ittri tal-Greċja, jidher li l-programm ta’ investiment kellu rwol kruċjali fil-pjan tar-ristrutturazzjoni u fir-restawr tal-vijabilità (69). Billi kien “marbut ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni” u kruċjali għar-ritorn għall-vijabilità, huwa ovvju li l-implimentazzjoni tal-programm ta’ investiment ma setgħetx tiġi ttardjata b’mod sinifikanti. Fil-fatt, l-implimentazzjoni tiegħu kienet urġenti sabiex tippermetti r-restawr tal-vijabilità. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni programm ta’ investiment li ried jiġi implimentat f’perjodu preċiż; hija ma awtorizzatx għajnuna biex issostni kull proġett ta’ investiment imwettaq fil-ġejjieni.

    (92)

    Rigward iż-żmien preċiż tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm ta’ investiment, id-Deċiżjoni N 401/1997 ma tinkludix il-kalendarju ppjanat. Id-deċiżjoni N 401/1997 tindika biss li “it-tarzna se jkollha l-vijabilità tagħha restawrata fit-tmiem tal-pjan tan-negozju, is-sena 2000”. Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jindikaw li, skont id-deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 2007 li jingħata s-sussidju, il-programm ta’ investiment kellu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 1999 (70). Madankollu, din id-data ma tidhirx fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-programm ta’ investiment kellu jitlesta sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2000.

    (93)

    Minn dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żamma mad-data tal-31 ta’ Diċembru 2000 kienet importanti sabiex tassigura s-suċċess tal-pjan tar-ristrutturazzjoni. Barra minn hekk, kwalunkwe investiment implimentat b’mod sinifikanti wara l-2000 ma setax jitqies bħala marbut mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li huwa deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE.

    (94)

    Wara din l-analiżi tad-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk kinitx tagħti estensjoni tal-perjodu sabiex jitwettqu l-investimenti kieku l-Greċja kienet talbitha u infurmat sewwa lill-Kummissjoni dwar id-dewmien. F’Settembru 1999, terremot għamel ħsara parzjali fil-faċilitajiet segwenti tat-tarzna: ħitan, soqfa, twieqi, l-istruttura tat-tliet binjiet, tubi, netwerks tal-elettriku, mollijiet, u binarji tal-krejnijiet. Il-Greċja ssostni li t-terremot ġiegħel lit-tarzna twaqqaf il-pjan ta’ investiment u tiffoka fuq it-tiswija ta’ dawn il-ħsarat.

    (95)

    Billi tiġġustifika d-dewmien fuq il-bażi tat-terremot, f’Novembru 2000 it-tarzna talbet l-ewwel posponiment tad-data biex tlesti l-programm ta’ investiment tal-31 ta’ Diċembru 2001. Il-mistoqsija hija jekk il-Kummissjoni kinitx taċċetta t-talba kieku kienet irċevietha. Il-Kummissjoni tosserva li, kieku applikat il-paragrafu 52 tal-linji gwida dwar R&R tal-1999, hija ma kinitx tapprova l-ewwel estensjoni billi l-pjan tar-ristrutturazzjoni approvat fl-1999 kien sar b’mod ċar insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti f’Novembru 2000 u f’dak iż-żmien ma kien jeżisti l-ebda pjan ieħor ta’ ristrutturazzjoni li kien jippermetti ritorn għall-vijabilità. Madankollu, il-Kummissjoni tiddubita li kienet tapplika l-paragrafu 52 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R billi l-għajnuna ma kinitx ġiet approvata fuq il-bażi ta’ dawn il-linji gwida, billi ma kien hemm ebda “emenda” tal-kontenut tal-pjan iżda dewmien biss tad-data biex jitlestew l-investimenti, u billi ma kienx hemm dispożizzjonijiet ċari dwar in-notifika tad-data għat-tlestija tal-investimenti fid-Deċiżjoni N 401/1997 u fid-Direttiva 90/684/KEE. Barra minn hekk, billi terremot qawwi huwa avveniment lil hinn mir-responsabbiltà tat-tarzna u tal-awtoritajiet Griegi, li huwa eċċezzjonali u mhux relatat mal-ekonomija u n-negozju, il-Kummissjoni probabbilment kienet tikkunsidra li tista’ tiġġustifika xi ftit xhur ta’ dewmien. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment hija ħaġa diffiċli, li tista’ tkun teħtieġ xi xhur addizzjonali. Għaldaqstant, anki jekk sena hija dewmien twil, huwa raġonevoli li wieħed jikkunsidra li l-Kummissjoni setgħet aċċettat l-estensjoni.

    (96)

    Rigward it-tieni estensjoni mogħtija mill-awtoritajiet Griegi, il-Greċja u HSY iġġustifikawha bil-privatizzazzjoni tat-tarzna, li matulha l-pjan ta’ investiment kien iffriżat (71). Fi kliem ieħor, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ investiment irriżulta minn deċiżjoni konxja li tiġi sospiża l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ċertament ma tistax tawtorizza estensjoni tal-perjodu biex jiġi implimentat il-programm ta’ investiment meta ġie deliberatament deċiż li titwaqqaf l-implimentazzjoni matul diversi trimestri. Kif ġie konkluż qabel, li wieħed iżomm mal-programm stabbilit għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien fundamentali. Il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni pjan preċiż ta’ ristrutturazzjoni f’mument preċiż. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li kieku ġew aċċettati estensjonijiet wara l-31 ta’ Diċembru 2001, il-perjodu tar-ristrutturazzjoni kien ikun tant twil li l-investimenti mwettqa wara dik id-data ma kinux ikunu jistgħu jitqiesu bħala “marbuta” – fit-tifsira tad-Direttiva 90/684/KEE – mar-ristrutturazzjoni li bdiet fl-1996. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat fl-1997 ma kienx adegwat biex jindirizza l-qagħda finanzjarja diffiċli tat-tarzna fis-snin mill-2001 ‘il quddiem. Barra minn hekk, fl-2001-2002 kienu implimentati miżuri sinifikanti ta’ ristrutturazzjoni, li kienu ġodda u mhux inklużi fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997 (pereżempju, tnaqqis addizzjonali fil-forza tax-xogħol). Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tħoss li ma kinitx tapprova estensjoni tal-perjodu ta’ investiment wara l-31 ta’ Diċembru 2001.

    (97)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe għajnuna li tappoġġa spejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001 taqa’ barra l-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997.

    (98)

    Il-Greċja ssostni li anki jekk il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna favur xi spejjeż ta’ investiment ma taqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997, din l-għajnuna għandha xorta waħda titqies kumpatibbli bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Il-Kummissjoni għalhekk trid tanalizza jekk l-għajnuna favur l-ispejjeż tal-investiment li għamlet HSY wara l-31 ta’ Diċembru 2001 tistax tinstab li hija kumpatibbli. Il-Kummissjoni tinnota li m’hemm ebda dubju li HSY kienet kumpanija f’diffikultà wara l-31 ta’ Diċembru 2001. Pereżempju, it-telf akkumulat tul is-snin preċedenti kien tant kbir li l-ekwità netta kienet negattiva. Għalhekk, kwalunkwe għajnuna mogħtija lill-kumpanija, u b’mod speċjali għajnuna biex issostni l-immodernizzar ta’ tagħmir antikwat, kellha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tħoss, madankollu, li l-kumpanija ma kkonformatx mal-kundizzjonijiet sabiex tirċievi għajnuna skont il-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Pereżempju, il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fil-paragrafu 48 ta’ dawn il-linji gwida ġiet miksura minħabba li l-Greċja kienet diġà tat għajnuna għar-ristrutturazzjoni lil HSY b’deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 1997. Fil-fatt, l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 kienet għajnuna għar-ristrutturazzjoni skont id-Direttiva 90/684/KEE u skont id-Deċiżjoni N 401/1997 innifisha. Il-paragrafu 48 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R jippermetti eżenzjoni mill-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” f’“ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli”. Il-Kummissjoni ma tistax tidentifika liema ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli setgħu jiġġustifikaw l-għajnuna għall-investiment li kellha tingħata favur l-ispejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001. B’mod partikolari, it-terremot ta’ Settembru 1999 jista’, kif ġie konkluż qabel, jiġġustifika dewmien limitat fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment. Iżda dan mhuwiex il-kawża tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment wara l-31 ta’ Diċembru 2001. Rigward l-iffriżar tal-pjan waqt il-proċess ta’ privatizzazzjoni, dan ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli”. Il-Greċja ssostni li l-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” ma kinitx ser tinkiser billi l-għajnuna kienet ser tingħata bħala parti mill-addattament ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni eżistenti. Kif spjegat b’mod estensiv, il-Kummissjoni tqis li l-investiment implimentat wara l-31 ta’ Diċembru 2001 mhuwiex parti mill-programm ta’ investiment deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997. Barra minn hekk, il-paragrafu 52 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R jindika li “il-pjan rivedut xorta jrid juri ritorn għall-vijabilità f’qafas ta’ żmien raġonevoli”. Skont il-pjan inizjali, it-tarzna kellha terġa’ ssir vijabbli sal-2000. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li r-restawr ippjanat tal-vijabilità ta’ Ġunju 2004 kien dewmien twil wisq meta mqabbel mal-pjan inizjali u ma kienx għadu f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-aċċettazzjoni ta’ estensjoni daqshekk twila tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni tkun evażjoni tal-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba”.

    (99)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna favur l-ispejjeż ta’ investimenti li saru sal-31 ta’ Diċembru 1999 u marbuta mal-programm ta’ investiment deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997 jistgħu jitqiesu li huma koperti bid-Deċiżjoni N 401/1997. Kwalunkwe għajnuna oħra ma taqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997. Barra minn hekk, kwalunkwe għajnuna oħra favur l-ispejjeż oħra ta’ investiment li saru minn HSY mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Billi l-Greċja indikat li l-għajnuna għall-investiment kienet għadha ma tħallsitx lil HSY, ma trid tiġi rkuprata l-ebda għajnuna mingħand HSY.

    4.2.   Self ta’ GRD 4.67 biljuni (EUR 13.72-il miljun) mogħti fl-1999 u kopert b’garanzija tal-Istat (miżura P2)

    4.2.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (100)

    Il-Greċja tindika li dan is-self fuq tmien snin li jammonta għal GRD 4,67 biljuni (EUR 13,72 miljun) ngħata minn ETVA biex jiffinanzja l-programm ta’ investiment (72). B’deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 1999, il-gvern ta garanzija u ċċarġja ħlas annwali ta’ garanzija ta’ 100 punt bażi. Is-self ġie konkluż fid-29 ta’ Diċembru 1999 u tħallas lil HSY f’porzjonijiet wara xulxin minn dik id-data sas-26 ta’ Ottubru 2000, għal total ta’ EUR 12.76-il miljun (73). Ir-rata tal-imgħax kienet ATHIBOR (EURIBOR mill-1 Jannar 2001) u 25 punt bażi. Fil-31 ta’ Mejju 2002, il-garanzija tal-Istat u s-self ġew estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2009 u r-rata tal-imgħax żdiedet b’100 punt bażi. Ir-rimborż tal-kapital beda bl-ewwel ħlas f’Diċembru 2003.

    4.2.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (101)

    Id-deċiżjoni tal-ftuħ tindika li l-garanzija tal-Istat tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, apparti l-kwalifika ta’ għajnuna jew le, id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self mill-banek ried jingħata bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Għalhekk jidher li l-garanziji mill-Istat kienu per se pprojbiti bid-Deċiżjoni N 401/1997.

    4.2.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (102)

    Elefsis għamel il-kummenti li ġejjin dwar il-miżuri P2, P3 u P4. Huwa jfakkar li d-Deċiżjoni N 401/1997 kienet titlob li s-self bankarju biex tiġi ffinanzjata HSY kellu jinkiseb bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Jista’ jintwera li t-tliet selfiet ingħataw fuq bażi mhux indipendenti. L-ewwel nett, dan is-self ingħata mill-aħħar tal-1999 ‘il quddiem, meta l-qagħda finanzjarja ta’ HSY kienet waħda katastrofika, u qajmet ir-riskju li tiġi rrevokata l-liċenzja tal-kumpanija biex taħdem. It-tieni, is-self ingħata fi żmien meta kien ċar li HSY kienet naqset li timplimenta l-pjan tagħha ta’ ristrutturazzjoni/investiment u kienet naqset li tirrispetta t-termini tad-Deċiżjoni N 401/1997. It-tielet, minħabba l-qagħda finanzjarja katastrofika tagħha u n-nuqqas ta’ garanzija indipendenti, HSY ma kinitx tkun kapaċi tikseb dan is-self mis-settur privat.

    4.2.4.   Kummenti mill-Greċja

    (103)

    L-awtoritajiet Griegi (kif ukoll HSY) jsostnu li l-garanzija mill-Istat ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u ġiet offruta bil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Huma jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq l-elementi li ġejjin:

    It-tarzna setgħet ikkonkludiet self simili ma’ bank ieħor billi toffri tipi oħra ta’ sigurtajiet minn garanzija mill-Istat. B’mod partikolari, il-kumpanija setgħet offriet bħala garanziji xi krediti marbuta ma’ kuntratti kbar jew xi ipoteki fuq l-assi tagħha.

    Il-ħlas ta’ garanzija annwali ta’ 1 % hija r-rata tas-suq. Barra minn hekk, mhuwiex selettiv billi l-Istat Grieg ta diversi garanziji matul dak il-perjodu u f’xi każijiet, il-ħlas iċċarġjat mill-Istat kien ferm iżgħar.

    Anki kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li l-ħlas tal-garanzija kien inqas mir-rata tas-suq, l-Istat xorta waħda aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi kien azzjonist ta’ HSY (permezz ta’ ETVA) u kien se jibbenefika mir-ritorn għall-vijabilità li jsegwi mill-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

    Il-fatt li s-self kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien ġie approvat mill-Kummissjoni kellu jikkostitwixxi bażi soda biżżejjed għall-bank li jag]ti s-self u għall-garanziji sabiex jistennew li HSY kienet se tkun kapaċi trodd lura s-self.

    Is-self huwa regolarment rimborżat u l-ħlas tal-garanzija mħallas.

    4.2.5.   Valutazzjoni

    4.2.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (104)

    Qabel ma ssir valutazzjoni tal-kumpatibbiltà skont l-Artikolu 87 tat-Trattat, trid tiġi kkunsidrata l-applikabilità tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-Kummissjoni tinnota li fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-għoti, HSY kienet obbligata li tuża s-self assigurat kif ukoll iż-żewġ selfiet l-oħra koperti bid-deċiżjoni ta’ ftuħ (jiġifieri l-miżuri P3 u P4) għall-finanzjament tal-programm ta’ investiment (74). Kif ġie konkluż fil-valutazzjoni tal-miżura P1, il-programm ta’ investiment ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li dawn it-tliet selfiet indikati għall-finanzjament tal-programm ta’ investiment huma suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mhumiex koperti mill-Artikolu 296 tat-Trattat.

    4.2.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (105)

    Qabelxejn irid jiġi vverifikat jekk il-garanzija tal-Istat tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tkun għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

    (106)

    Sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ għajnuna fil-garanziji differenti investigati f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni se tuża l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna Mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (75) (minn hawn ‘il quddiem l-“Avviż dwar il-garanziji”), li ġie ppubblikat f’Marzu 2000. Madankollu, kif indikat fis-sezzjoni 1.4 tiegħu, huwa ma kienx jikkonsisti f’bidla tal-politika, iżda pjuttost jispjega f’aktar dettall il-metodu li kienet tuża l-Kummissjoni sa dak iż-żmien biex tivvaluta l-garanziji. Konsegwentement, il-prinċipji stipulati fl-Avviż dwar il-garanziji jistgħu jintużaw ukoll biex jiġu vvalutati l-garanziji mogħtija qabel Marzu 2000. Skont din il-konklużjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni użat l-Avviż dwar il-garanziji biex tivvaluta l-miżura P2. Il-Greċja ma kkontestax dik l-applikazzjoni. Għall-kuntrarju, il-Greċja użatu wkoll biex tivvaluta l-miżura P2 (76).

    (107)

    L-ewwel nett, sabiex taqa’ taħt l-Artikolu 87(1), miżura trid tinvolvi riżorsi tal-Istat. Dan huwa l-każ għall-miżura P2 billi, bl-għoti ta’ din il-garanzija, l-Istat poġġa f’riskju riżorsi tal-Istat.

    (108)

    It-tieni, irid jiġi stabbilit jekk il-miżura hijiex selettiva jew le. Il-Greċja ssostni li l-Istat ta diversi garanziji lil kumpaniji oħra u ċċarġjat ukoll primjum ta’ 1 %. Il-Greċja pprovdiet lista ta’ dawn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni tħoss li dan il-fatt ma jurix li l-miżura kienet waħda ġenerali. Sabiex tkun miżura ġenerali, il-miżura trid tkun miftuħa għall-operaturi ekonomiċi kollha li joperaw fi ħdan Stat Membru. Hija trid tkun effettivament miftuħa għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ aċċess ugwali, u ma jistgħux de facto jkunu mnaqqsa fl-isfera ta’ applikazzjoni tagħhom permezz, ngħidu aħna, tal-poter diskrezzjonali tal-Istat li jagħtihom jew permezz ta’ fatturi oħra li jnaqqsu l-effett prattiku tagħhom. Il-miżura preżenti għalhekk ma tistax titqies bħala waħda ġenerali. B’mod partikolari, il-fatt biss li ċerti kumpaniji rċevew garanzija mill-Istat ma jfissirx li l-kumpaniji kollha setgħu jirċievu waħda. Il-Greċja ma wrietx li l-għoti ta’ garanzija mill-Istat huwa miftuħ għall-aġenti ekonomiċi kollha fuq bażi ta’ aċċess ugwali. Barra minn hekk, il-kumpaniji kollha li jidhru fil-lista pprovduta mill-Greċja huma kumpaniji proprjetà tal-Istat jew kumpaniji li jwettqu xi attivitajiet militari. Jidher għalhekk li l-kumpaniji privati ma setgħux jirċievu garanzija bħal din għall-finanzjament tal-attivitajiet normali tagħhom. Fil-fatt, il-Greċja ma tindikax il-bażi legali li fuq il-bażi tagħha l-Ministru tal-Finanzi ddeċieda fit-8 ta’ Diċembru 1999 li jagħti l-garanzija. Aktarx li hija l-Liġi 2322/1995, li hija miżura selettiva, kif se jiġi spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E12b.

    (109)

    It-tielet, trid tintwera l-eżistenza ta’ vantaġġ. Skont il-punt 2.2.2 tal-Avviż dwar il-garanziji, billi l-garanzija ngħatat qabel l-għoti tas-self u mhux “ex post”, m’hemm ebda suppożizzjoni ta’ għajnuna lis-sellief. Għalhekk hija l-għajnuna lil min jissellef li trid tiġi investigata, kif definit fil-punt 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji. Il-Greċja ssostni li ma kien hemm ebda vantaġġ billi HSY setgħet kisbet self simili billi toffri lill-bank garanziji oħra minflok garanzija mill-Istat. Il-Kummissjoni tħoss li m’għandhiex għalfejn tinvestiga jekk, kieku offriet garanziji oħra, HSY kinitx tingħata jew le dan is-self. Fil-fatt, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk it-transazzjoni attwali implimentata mill-Istat, jiġifieri l-għoti ta’ garanzija fuq self mingħajr ma jibbenefika minn ebda sigurtà, kinitx tkun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq. Garanzija fuq self assigurat bi dritt fuq xi assi jew biċ-ċessjoni ta’ talbiet tikkostitwixxi transazzjoni differenti. Kif indikat fis-sezzjoni 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji, wieħed mill-vantaġġi potenzjali tal-garanzija mill-Istat hija l-possibilità għal min jissellef “li joffri sigurtà inqas”. Barra minn hekk, anki kieku kellha tiġi vvalutata l-possibilità li jinkiseb finanzjament billi jkunu offruti aktar sigurtajiet, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti li wara t-30 ta’ Ġunju 1999 HSY ma kinitx se tirċievi self jew garanziji minn banek privati, anki kieku offriet sigurtà lill-bank. Il-Kummissjoni tikkonkludi li, billi l-garanzija mill-Istat ingħatat f’Diċembru 1999, din tat vantaġġ lil HSY billi pprovdiet finanzjament li HSY ma kinitx se tirċievi mis-suq.

    (110)

    Il-Greċja ssostni wkoll li l-ħlas ta’ garanzija ta’ 1 % kien il-prezz tas-suq u għalhekk m’hemm ebda vantaġġ. Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja ma pprovdiet ebda informazzjoni tas-suq li turi li l-banek kienu lesti li jagħtu garanzija b’dak il-prezz. Il-Greċja pprovdiet biss lista ta’ garanziji pprovduti mill-Istat matul l-istess perjodu għall-istess prezz. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif din il-lista ta’ garanziji mill-Istat tista’ tipprova li l-ħlas ta’ garanzija mitlub minn HSY huwa konformi mas-suq u ma jikkostitwixxix għajnuna. B’mod partikolari, din il-lista ma tistax titqies bħala “skema ta’ garanzija mill-Istat [li] ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1)” billi, kif turi l-garanzija favur HSY, din ma tissodisfax ħafna mill-kundizzjonijiet stipulati fis-sezzjoni 4.3 tal-Avviż dwar il-garanziji. Barra minn hekk, anki kieku ħlas ta’ garanzija ta’ 1 % kien konformi mas-suq għal kumpaniji oħra (b’saħħithom), dan ma jfissirx awtomatikament li kien il-każ għal kumpanija f’diffikultajiet bħal HSY.

    (111)

    Dwar l-argument li ħlas ta’ garanzija aktar baxx mill-prezz tas-suq seta’ jkun aċċettabbli għal investitur privat f’ċirkustanzi simili minħabba li l-Greċja kienet azzjonista ta’ HSY, il-Kummissjoni diġà ċaħdet dan l-argument fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni.

    (112)

    Is-sezzjoni 3.1 turi wkoll li mit-30 ta’ Ġunju 1999 kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex wieħed jikkonkludi li HSY ma kienx irnexxielha tikkonkludi biżżejjed kuntratti għall-bini ta’ bastimenti biex tirrestawra l-vijabilità tagħha u kienet se tiffaċċja telf kbir fl-1999 u fl-2000. Għalhekk, filwaqt li l-fatt li s-self kien qiegħed jiffinanzja pjan ta’ investiment approvat fl-1997 mill-Kummissjoni seta’ serraħ moħħ sellief potenzjali fl-1997 u fl-1998, dan ma kienx iserraħ moħħ bank f’Diċembru 1999 billi kien evidenti li l-pjan tan-negozju kien falla. Il-punt korrispondenti li għamlet il-Greċja għalhekk għandu jiġi miċħud.

    (113)

    Fl-aħħar nett, dwar il-fatt li semmiet il-Greċja li s-self huwa rimborżat skont it-termini tal-kuntratt, il-Kummissjoni ma tarax kif dan jista’ jipprova li bank privat kien jagħti s-self inkwistjoni. Fil-fatt, il-fattur importanti huwa s-sitwazzjoni tal-kumpanija u l-informazzjoni disponibbli meta ngħatat il-garanzija (77). Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tosserva li, skont l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija u li fuq il-bażi tagħha wieħed seta’ jistenna li t-tarzna kienet se ssofri telf qawwi fis-snin ta’ wara, it-tarzna fil-fatt irreġistrat telf kbir fis-snin ta’ wara u l-ekwità netta tagħha saret tassew negattiva ħafna. Barra minn hekk, HSY kampat biss (u għalhekk tista’ tħallas lura s-self) minħabba l-appoġġ kontinwu b’għajnuna mill-Istat.

    (114)

    Minn dan kollu, il-Kummissjoni tħoss li l-miżura tagħti vantaġġ lil HSY.

    (115)

    Dan il-vantaġġ selettiv joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li jipprovdi finanzjament fi żmien meta HSY ma kinitx tirċievi finanzjament mis-suq u kienet f’diffikultà. Il-miżura għalhekk ikkontribwiet sabiex iżżomm lil HSY ħajja u tiffinanzja l-attivitajiet tagħha. Billi xi kompetituri ta’ HSY jinsabu fi Stati Membri oħra (78), din id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (79).

    (116)

    Peress li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat, il-garanzija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    (117)

    Billi l-Kummissjoni għadha kemm uriet li vantaġġ selettiv mogħti lil HSY joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni mhix se tirrepeti l-analiżi ta’ eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-valutazzjoni tagħha tal-miżuri li fadal.

    4.2.5.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

    (118)

    Rigward il-kumpatibbiltà taħt l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li ma tapplika l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 87(2) u fl-Artikolu 87(3)(b) u (d). Rigward il-kumpatibbiltà taħt l-Artikolu 87(3)(a), (c) u (e), l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti kienet regolata mill-1 ta’ Jannar 1999 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti (80) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 1540/98”). Billi s-self assigurat kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni u barra minn hekk billi HSY kienet f’diffikultà, il-garanzija mill-Istat għandha tiġi valutata fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98. Huwa evidenti li l-miżura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-artikolu. B’mod partikolari, l-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għotja kienu l-linji gwida tal-1999 dwar R&R, li kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Ottubru 1999 (81) u li daħlu fis-seħħ fl-istess ġurnata. Bosta mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna stipulata fis-sezzjoni 3.2.2. ta’ dawn il-linji gwida mhumiex sodisfatti. Pereżempju, rigward il-kundizzjoni (b) “Ritorn għall-vijabilità”, il-Kummissjoni tinnota li l-garanzija Mill-Istat ffinanzjat pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni li, f’Diċembru 1999, kien sar totalment insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul ta’ HSY. Rigward il-kundizzjoni (d) “Għajnuna limitata għall-minimu”, il-Kummissjoni diġà ddeċidiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li l-għajnuna mill-Istat tista’ tammonta sa massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż tal-investiment u l-50 % l-oħra jridu jiġu ffinanzjati minn fondi miġbura mill-azzjonisti u minn self bankarju mogħti bil-kundizzjonijiet tas-suq. Konsegwentement, ma setgħet tingħata l-ebda għajnuna addizzjonali favur il-pjan ta’ investiment għax inkella l-intensità massima ta’ 50 % ta’ għajnuna tiġi miksura. Il-garanzija mill-Istat kisret ukoll il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fis-sezzjoni 3.2.3 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R billi bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni kienet awtorizzat għajnuna għall-investiment, li, skont id-Direttiva 90/684/KEE, kienet tip ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Din l-għajnuna ngħatat lil HSY b’Deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 1997 (iżda, kif deskritt fil-paragrafu 84 ta’ din id-deċiżjoni, il-Greċja tindika li din kienet għadha ma tħallsitx lil HSY).

    (119)

    Fuq il-bażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija mill-Istat tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Jekk tkun għadha ma tħallsitx fiż-żmien ta’ din id-deċiżjoni, il-garanzija mill-Istat trid tiġi mwaqqfa immedjatament. Dan madankollu mhuwiex biżżejjed biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien ikun hemm mingħajr l-għajnuna billi għal bosta snin HSY ibbenefikat minn self li ma kinitx tirċievi mingħajr l-intervent tal-Istat. Sabiex jiġi rkuprat dan il-vantaġġ, il-Kummissjoni tħoss, skont il-konklużjoni milħuqa fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, li d-differenza bejn il-prezz totali tas-self assigurat (ir-rata tal-imgħax u l-primjum tal-garanzija) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi trid tiġi rkuprata għas-snin li matulhom kienet għaddejja l-garanzija.

    (120)

    Il-Kummissjoni tħoss li dan se jreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kieku kienet teżisti mingħajr garanzija mill-Istat. B’hekk, il-ksur tal-projbizzjoni tal-garanziji mill-Istat u finanzjament taħt ir-rata tas-suq stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997 hija eliminata.

    4.3.   Self ta’ GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) mogħti fl-1999 (miżura P3)

    4.3.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (121)

    Fl-1999, HSY irċeviet self li jammonta għal GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) mingħand ETVA, li bħala garanziji rċieva dritt fuq il-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997. Is-self ġie konkluż fit-28 ta’ Lulju 1999 u tħallas kompletament lil HSY l-għada. It-tul ta’ żmien inizjali kien sal-31 ta’ Marzu 2001. Wara estensjonijiet suċċessivi, dan ġie mħallas lura fit-2 ta’ Awwissu 2004. Ir-rata tal-imgħax kienet ATHIBOR (EURIBOR mill-1 ta’ Jannar 2001) u 100 punt bażi (82).

    4.3.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (122)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tindika li s-self seta’ jikkostitwixxi għajnuna, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, kieku rriżulta li dan is-self ibbenefika minn garanzija tal-Istat, dan kien ikun ksur tad-Deċiżjoni N 401/97, li kienet tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self bankarju kellu jsir bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat.

    4.3.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (123)

    Flimkien mal-kummenti indikati qabel rigward il-miżura P2, Elefsis isostni li billi l-miżuri P3 u P4 ingħataw fi żmien meta kien ċar li HSY ma kinitx implimentat il-pjan ta’ ristrutturazzjoni/investiment tagħha u kienet naqset milli tirrispetta t-termini tad-Deċiżjoni N 401/1997, kien hemm riskju materjali li s-sigurtà mogħtija għal dan is-self, jiġifieri l-ħlas tal-għajnuna approvata għall-investiment, kienet illegali u għalhekk nulla u ma tistax tiġi infurzata.

    4.3.4.   Kummenti mill-Greċja

    (124)

    L-awtoritajiet Griegi (u HSY) isostnu li dan is-self ingħata bil-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, ir-rata tal-imgħax hija simili għal dik ta’ xi self mogħti minn ETVA lil kumpaniji oħra matul dan il-perjodu. HSY setgħet issellfet minn kwalunkwe bank ieħor iżda loġikament ippreferiet lil ETVA, li kien l-azzjonist tagħha. Barra minn hekk, is-sigurtà fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq l-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment kienet tirrappreżenta garanzija aċċettabbli għal kwalunkwe bank. Fl-aħħar nett, il-Greċja tinnota li s-self tħallas lura kompletament lill-bank.

    4.3.5.   Valutazzjoni

    4.3.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (125)

    Fl-evalwazzjoni tal-miżura P2, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-miżura P3 ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Għalhekk trid tiġi valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.3.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (126)

    Qabel xejn, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata minn ETVA u ma kienx kopert b’garanzija mill-Istat.

    (127)

    Dwar is-selettività tal-miżura, il-Greċja tosserva li kumpaniji oħra rċevew self mingħand ETVA b’rati tal-imgħax simili. Madankollu, kif diġà spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura P2, miżura tkun miżura ġenerali biss jekk tissodisfa kundizzjonijiet stretti li jidher b’mod ċar li mhumiex sodisfatti fil-każ preżenti. Pereżempju, il-miżura mhijiex miftuħa għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ aċċess ugwali, billi r-rati tal-imgħax ivarjaw minn sellief għal ieħor u jiddependu fuq id-deċiżjoni ta’ ETVA li tagħti s-self jew le, u b’liema kundizzjonijiet. Il-miżura għalhekk hija selettiva.

    (128)

    Rigward l-eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata wara t-30 ta’ Ġunju 1999, fi żmien meta l-kumpanija ma kellhiex aktar aċċess għas-suq tas-self, kif spjegat fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti. Il-fatt li ETVA ċċarġja rata ta’ mgħax simili għal xi self lil kumpaniji oħra matul dak il-perjodu ma jippruvax li din ir-rata tal-imgħax kienet tkun aċċettabbli għal bank privat f’ċirkustanzi simili. L-ewwel nett, ir-rata tal-imgħax mitluba minn bank privat fuq self partikolari tiddependi fuq il-affidabbiltà tal-kreditu ta’ min jissellef. Il-Greċja ma wrietx li l-partijiet l-oħra li ssellfu fil-lista kellhom riskju simili li ma jħallsux bħar-riskju li ma tħallasx HSY. Il-Kummissjoni tfakkar li l-qagħda ta’ HSY kienet ħażina ħafna f’dak iż-żmien. Għalhekk huwa probabbli li investitur f’ekonomija tas-suq kien jitlob rata ta’ mgħax aktar għolja għas-self lil HSY milli għas-self lil kumpaniji b’saħħithom. It-tieni, anki kieku selliefa oħra kellhom riskju għoli daqs HSY li ma jħallsux, il-lista pprovduta mill-Greċja xorta ma kinitx tkun suffiċjenti biex wieħed jikkonkludi li din ir-rata tal-imgħax kienet il-prezz tas-suq. Fil-fatt, il-lista pprovduta mill-Greċja tinkludi biss self mogħti minn ETVA, li kien bank proprjetà tal-Istat (u barra minn hekk bank għall-iżvilupp), u għalhekk huwa possibbli li s-self l-ieħor ukoll jinkludi element ta’ għajnuna. Għaldaqstant dan ma jippruvax li dawn kienu jkunu aċċettabbli għal bank privat.

    (129)

    L-awtoritajiet Griegi jaffermaw ukoll li l-garanzija, fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq l-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment, kienet tikkostitwixxi garanzija li kienet tirrendi s-self aċċettabbli għal kwalunkwe bank privat. Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-deċiżjoni tal-gvern li biha kienet approvata l-għajnuna għall-investiment, il-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna kien se jsir biss ladarba l-organu kompetenti ta’ kontroll ikun osserva li l-ispejjeż tal-investiment jammontaw għal GRD 2,73 biljuni. Barra minn hekk, il-ħlas ried isir qabel il-31 ta’ Diċembru 1999. Kif ġie żvelat mill-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet Griegi f’Diċembru 1999 (ara l-kummenti tal-Greċja dwar il-miżura P1), l-ammont ta’ GRD 2,73 biljuni kienu għadu kif intlaħaq sat-30 ta’ Ġunju 1999. Għaldaqstant, billi s-self ingħata f’Lulju 1999 u billi f’dak iż-żmien seta’ probabbilment diġà jiġi stmat li l-limitu ta’ GRD 2,73 biljuni kien intlaħaq jew kien ser jintlaħaq ma jdumx, il-probabbiltà li tingħata l-ewwel porzjon tal-għajnuna tista mal-ewwel daqqa ta’ għajn titqies pjuttost għolja. Madankollu, xorta setgħu jinqalgħu diversi problemi li jimpedixxu l-ħlas tal-għajnuna. L-ewwel nett, f’każ li HSY tfalli, ma kienx ċert li l-awtoritajiet Griegi kienu se jaċċettaw li jħallsu l-għajnuna għall-investiment lil kumpanija li kienet waqqfet l-operazzjonijiet tagħha (83). Il-bank imbagħad kien ikollu jibda azzjonijiet legali twal u għaljin biex jirkupra l-flus. It-tieni, ma kienx ċert jekk l-organi kompetenti ta’ kontroll kinux se jaċċettaw li jivvalidaw l-ispejjeż tal-investimenti li jkunu saru, b’mod li l-limitu ma jintlaħaqx fil-ħin. It-tielet, setgħu jinqalgħu problemi amministrattivi oħra. Dan huwa eżattament dak li ġara (84), bir-riżultat li l-awtoritajiet Griegi ma ħallsux l-ewwel porzjon għal bosta snin. Kif indikat fil-Kapitolu 1 “Proċedura” ta’ din id-deċiżjoni, meta l-Kummissjoni aktar tard saret taf dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, hija talbet għas-sospensjoni tal-ħlas tal-għajnuna li kienet għadha ma tħallsitx lil HSY. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment mill-Istat kien probabbli iżda mhux ċert. Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli ta’ HSY, bank privat kien jitlob garanziji li setgħu jiġu infurzati malajr u b’ċertezza, u ma kienx ikun sodisfatt b’garanzija li l-valur tagħha seta’ jkun żero f’ċerti ċirkustanzi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li bank privat ma kienx jaċċetta li jagħti dan is-self. Kif indikat qabel, dan huwa kkonfermat mit-tentattivi bla suċċess ta’ HSY li tiġbor fondi minn investituri f’ekonomija tas-suq.

    (130)

    Il-Greċja ssostni wkoll li, billi ETVA kien l-azzjonist ta’ HSY, huwa qeda l-interessi tiegħu billi pprovda dan is-self lil HSY. Fis-sezzjoni 3.1.3 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni diġà ċaħdet dan l-argument.

    (131)

    Fl-aħħar nett, rigward il-fatt li s-self ġie mħallas lura, il-Kummissjoni diġà spjegat fl-evalwazzjoni tal-miżura P2 għaliex dan il-fatt ma jurix li bank privat kien jaċċetta li jagħti dan il-finanzjament lil HSY f’dak il-mument.

    (132)

    Minn dawn il-konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self jagħti vantaġġ lil HSY billi hija ma kinitx ser tirċievi dan is-self mis-suq.

    (133)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura P3 tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.3.5.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

    (134)

    Bħall-miżura P2, il-kumpatibbiltà tal-miżura preżenti trid tiġi vvalutata skont ir-Regolament (KE) Nru 1540/98. Billi, l-istess bħall-miżura P2, dan is-self kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni u billi ngħata lil kumpanija f’diffikultà, għandu jitqies ukoll bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni koperta mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98. Huwa evidenti li l-miżura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li hija tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għoti kienu dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Diċembru 1994 (85) u li daħlu fis-seħħ fl-istess ġurnata (minn hawn ‘il quddiem “il-linji gwida tal-1994 dwar R&R). Bosta mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna, stipulati fis-sezzjoni 3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida, mhumiex sodisfatti. Pereżempju, rigward il-kundizzjoni (1) “Ritorn għall-vijabilità”, il-Kummissjoni tinnota li l-garanzija tal-Istat iffinanzjat pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni li, f’Lulju 1999, kien sar insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul ta’ HSY. Rigward il-kundizzjoni (iii) “Għajnuna proporzjonali mal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-ristrutturazzjoni”, il-Kummissjoni kienet diġà ddeċidiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li l-għajnuna mill-Istat setgħet tammonta għal massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż tal-investiment u l-50 % l-oħra riedu jiġu ffinanzjati minn fondi miġbura mill-azzjonisti u b’self bankarju mogħti bil-kundizzjonijiet tas-suq. Konsegwentement, ma setgħet tingħata l-ebda għajnuna addizzjonali favur il-pjan ta’ investiment altrimenti l-persentaġġi msemmija qabel ta’ 50 % jiġu miksura u l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tqis li l-għajnuna hija proporzjonali ma’ “l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-ristrutturazzjoni”.

    (135)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li s-self jikkostitwixxi għajnuna illegali u mhux kumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Billi wara t-30 ta’ Ġunju 1999 HSY ma setgħet tirċievi ebda self mis-suq, irid jitħallas lura s-self sħiħ. Dan, madankollu, mhuwiex suffiċjenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kienet tipprevali mingħajr l-għajnuna billi HSY ibbenefikat għal bosta snin minn self li ma kinitx tirċievi mingħajr intervent mill-Istat. Sabiex jiġi rkuprat dan il-vantaġġ, il-Kummissjoni, skont il-konklużjoni milħuqa fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti, tqis li d-differenza (86) bejn ir-rata tal-imgħax tas-self u r-rata ta’ referenza tal-Greċja miżjuda b’600 punt bażi trid tiġi rkuprata għal kull sena mill-għoti tas-self lil HSY sal-ħlas lura tiegħu.

    (136)

    Il-Kummissjoni tinnota li f’Marzu 2002 l-Istat biegħ il-maġġoranza tal-ishma ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus. ETVA għalhekk ma kienx aktar proprjetà tal-Istat matul l-aħħar sentejn tas-self, li tħallas lura fl-2004. Għalhekk tista’ tqum il-mistoqsija (għal dan is-self u għas-self u l-garanziji l-oħra mogħtija minn ETVA qabel Marzu 2002 u li kienu mifruxa fuq perjodu ta’ żmien li jmur lil hinn minn Marzu 2002) jekk dik il-parti tal-għajnuna relatata mal-perjodu wara Marzu 2002 għandhiex titħallas lura lil ETVA mingħajr ma titħallas lura lill-Istat. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, il-Kummissjoni tfakkar li meta l-Istat jagħti self b’rata ta’ mgħax aktar baxxa mir-rata tas-suq, l-għajnuna tingħata fiż-żmien tal-konklużjoni tas-self, anki jekk il-vantaġġ jidher biss fid-dati tal-ħlas tal-imgħax, meta dak li jissellef iħallas rata tal-imgħax aktar baxxa (87). Bl-istess mod, il-valur tas-suq ta’ self li jkollu rata ta’ mgħax li ma tirriflettix adegwatament id-diffikultajiet ta’ min jissellef jonqos immedjatament (88) wara l-iffirmar tal-kuntratt tas-self (jiġifieri mhux f’dati futuri meta dak li jissellef iħallas rata tal-imgħax iżjed baxxa mir-rata tal-imgħax tas-suq). Min-naħa tiegħu, il-valur ta’ bank jiddependi fuq il-valur tal-assi tiegħu, u b’mod partikolari l-portafoll tiegħu ta’ self eżistenti. Għaldaqstant, l-għoti ta’ self b’kundizzjonijiet mhux konformi mas-suq, naqqas il-valur ta’ ETVA u għalhekk baxxa l-prezz li l-Istat aktar tard irċieva meta biegħ l-ishma ta’ ETVA (89). Dan juri li kien l-Istat li ġarr il-prezz ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna, anki wara Marzu 2002.

    4.4.   EUR 13,75-il miljun mogħtija fl-2002 (miżura P4)

    4.4.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (137)

    Il-kuntratt tas-self bejn ETVA u HSY ġie konkluż fil-31 ta’ Mejju 2002. L-ammont tas-self kien ta’ EUR 13,75-il miljun, il-perjodu tiegħu kien sentejn u l-imgħax tiegħu kien EURIBOR u 125 punt bażi. Is-self kien se jintuża bħala ħlas bil-quddiem fuq it-tieni u t-tielet porzjon tal-għajnuna għall-investiment. Is-self kien assigurat biċ-ċessjoni tal-ħlas tat-tieni u t-tielet porzjon tal-għajnuna għall-investiment (90).

    4.4.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (138)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tindika li s-self seta’ jikkostitwixxi għajnuna, li l-kumpatibbiltà tiegħu hija dubjuża. Barra minn hekk, kieku jirriżulta li dan is-self ibbenefika minn garanzija tal-Istat, huwa jidher li jikser id-Deċiżjoni N 401/1997, li tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self bankarju kellu jingħata bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat.

    4.4.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (139)

    Il-kummenti ta’ Elefsis dwar din il-miżura huma simili għal dawk dwar il-miżura P3.

    4.4.4.   Kummenti mill-Greċja

    (140)

    L-awtoritajiet Griegi jsostnu li dan is-self ingħata bil-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, ir-rata tal-imgħax kienet simili għal dik ta’ xi self mogħti minn ETVA lil kumpaniji oħra matul dan il-perjodu. HSY setgħet issellfet minn kwalunkwe bank ieħor iżda loġikament ippreferiet lil ETVA li kien l-azzjonist tagħha. Barra minn hekk, is-sigurtà fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq it-tieni u t-tielet porzjon tal- għajnuna għall-investiment kienet tikkostitwixxi garanzija aċċettabbli għal kwalunkwe bank. Fl-aħħar nett, is-self qatt ma tħallas lil HSY u għalhek ma setax jikkostitwixxi għajnuna għal HSY. Barra minn hekk, il-fatt li ETVA rrifjuta li joħroġ is-self meta rrealizza li l-ħlas tal-għajnuna għall-investiment kien ġie “ffriżat” għal raġunijiet proċedurali u li l-ħlas tal-għajnuna ma kienx ċert juri li ETVA aġixxa l-istess kif kien jagħmel kwalunkwe bank ieħor.

    4.4.5.   Valutazzjoni

    4.4.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (141)

    Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-valutazzjoni tal-miżura P2 li l-miżura P4 ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 29 tat-Trattat. Għalhekk trid tiġi valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.4.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (142)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata minn ETVA u ma kienx kopert minn garanzija tal-Istat.

    (143)

    Il-Kummissjoni tosserva li, billi ETVA rrifjuta li jagħti s-self lil HSY, HSY qatt ma rċeviet xi flus taħt il-kuntratt tas-self. Għaldaqstant, ma hemm ebda vantaġġ għal HSY u l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi immedjatament li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna.

    (144)

    Iż-żewġ elementi li ġejjin rigward il-miżura P4, anki jekk huma irrilevanti għall-valutazzjoni tagħha, jistgħu jixħtu dubji dwar il-validità tal-valutazzjoni ta’ miżuri oħra. Għalhekk il-Kummissjoni se tanalizzahom.

    (145)

    L-ewwel nett, il-Greċja ssostni li l-fatt li ETVA, minħabba li kien hemm riskju li l-għajnuna għall-investiment ma titħallasx, iddeċieda li ma jagħtix is-self lil HSY juri li EVTA aġixxa bħala sellief privat normali u ma offriex trattament preferenzjali lil HSY. Il-Kummissjoni tinnota li l-argument tal-Greċja ma jqisx il-fatt li meta ETVA rrifjuta li jagħti s-self, huwa kien diġà taħt il-kontroll tal-Bank ta’ Piraeus u mhux aktar taħt il-kontroll tal-Istat. Għalhekk, ir-rifjut li jingħata s-self ma jistax jittieħed bħala eżempju tal-mod kif ETVA ġab ruħu meta kien taħt il-kontroll tal-Istat. Bl-istess mod, dan jikkonferma li bank privat kien jevita li jsellef lil HSY.

    (146)

    It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura P4 għandha l-istess tip ta’ garanzija bħall-miżura P3. Miżura P4 ġiet iffirmata meta l-Bank ta’ Piraeus kien diġà ħa l-kontroll ta’ ETVA. Madankollu, dan ma jurix li l-miżura P3 fil-fatt kienet aċċettabbli għal bank privat. Fil-fatt, iż-żewġ sitwazzjonijiet mhumiex komparabbli għal diversi raġunijiet. Pereżempju l-Kummissjoni tinnota li meta l-kuntratt tas-self ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, kien diġà magħruf, u ċertament għal ETVA li kien l-azzjonist ta’ HSY sa dakinhar, li l-ħlas tal-għajnuna għall-investiment kien ġie “ffriżat” għal raġunijiet amministrattivi (91). Għalhekk, meta ETVA ffirma l-kuntratt fil-31 ta’ Mejju 2002, huwa kien diġà f’pożizzjoni li jirrifjuta li jagħti s-self (92). Huwa kien jaf li kellu l-possibilità li jirrifjuta li jagħti s-self. Dan huwa differenti mis-sitwazzjoni ta’ ETVA meta ffirma l-kuntratt f’Lulju 1999. Differenza oħra fil-konfront tal-miżura P3 hija li meta l-kuntratt tas-self ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, żewġ kumpaniji internazzjonali kienu lestew l-akkwist ta’ HSY u kienu se jinvestu fiha. L-akkwist żied il-possibiltajiet ta’ sopravivenza tal-kumpanija. Tali akkwist ma setax ikun imbassar f’Lulju 1999.

    4.5.   Użu ħażin tal-GRD 54 biljun (EUR 160 miljun) ta’ għajnuna awtorizzata fl-1997 (miżura E7)

    4.5.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (147)

    Fil-15 ta’ Lulju 1997, minbarra d-Deċiżjoni N 401/1997 li tapprova l-għajnuna għall-investiment, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C 10/1994. Din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) billi approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 ħfir ta’ dejn li jammonta għal GRD 54 biljun (EUR 160 miljun), li kien jikkorrispondi għad-djun relatati mal-ħidma ċivili tat-tarzna. Il-ħfir simultanju tad-djun relatati mal-ħidma militari tat-tarzna ma ġiex valutat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.5.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (148)

    Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni tqajjem dubji li ż-żewġ kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni C 10/1994 ġew miksura. L-ewwel nett, l-awtorizzazzjoni tal-ħfir tad-dejn kienet tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li l-pjan ta’ investiment kien wieħed miż-żewġ pilastri tiegħu. Kif spjegat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara d-deskrizzjoni tal-miżura P1), il-Kummissjoni tiddubita li dan il-pjan ta’ investiment ġie implimentat sewwa. It-tieni, id-Deċiżjoni C 10/1994 tipprojbixxi l-għoti ta’ għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazjoni. Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri differenti inklużi fid-deċiżjoni tal-estensjoni donnhom jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni. Jidher għalhekk li din il-kundizzjoni ġiet miksura.

    4.5.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (149)

    Elefsis isostni li l-ksur ta’ żewġ kundizzjonijiet ippreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ jikkostitwixxi bażi valida biex wieħed jikkonkludi li l-għajnuna ntużat ħażin. Barra minn hekk, Elefsis isostni li l-privatizzazzjoni tal-1995 qatt ma kienet privatizzazzjoni vera. B’mod partikolari, l-impjegati qatt ma ġarru xi riskju finanzjarju bħala azzjonisti billi huma ħallsu biss parti żgħira ta’ dak li kellhom iħallsu u billi l-ammonti li fil-fatt ħallsu ġew kompletament rimborżati mill-Istat fiż-żmien tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-nuqqas ta’ kwalunkwe privatizzazzjoni reali, li kienet kundizzjoni għar-rinunzja, bħala ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni C 10/1994.

    4.5.4.   Kummenti mill-Greċja

    (150)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Greċja u HSY (93) isostnu li l-projbizzjoni ta’ għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni tirrendi biss kwalunkwe għajnuna ġdida illegali. Din il-projbizzjoni, jekk tinkiser, ma jkollhiex l-effett li tirrendi inkumpatibbli l-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Barra minn hekk, il-Greċja tenfasizza li d-deċiżjoni tipprojbixxi “għajnuna operattiva” addizzjonali (kif definita fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE) għar-ristrutturazzjoni. Hija għalhekk tikkontesta li wara l-1997 ma kinitx permessa li tagħti għajnuna għar-ristrutturazzjoni lil HSY.

    (151)

    Rigward il-pjan ta’ investiment, il-Greċja u HSY isostnu li d-deċiżjoni C 10/1994 ma kinitx tinkludi kundizzjoni rigward l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment. Barra minn hekk, ma setax ikun fiha kundizzjoni simili billi d-Direttiva 90/684/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1013/97, li kienu jiffurmaw il-bażi legali għad-deċiżjoni, ma kinux jinkludu kundizzjoni bħal din. L-unika kundizzjoni kienet il-privatizzazzjoni parzjali ta’ HSY u s-sottomissjoni (jiġifieri mhux l-implimentazzjoni) ta’ pjan ta’ investiment.

    4.5.5.   Valutazzjoni

    4.5.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (152)

    L-Artikolu 296 ma japplikax għal din il-miżura billi din tirrigwarda l-ħfir ta’ djun relatati esklussivament mal-attivitajiet ċivili tat-tarzna. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni C 10/1994 kienet ibbażata fuq ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mhux fuq l-Artikolu 296 tat-Trattat.

    4.5.5.2.   Implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment

    (153)

    Rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-Kummissjoni tqis li din kienet kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, it-tieni sal-aħħar paragrafu jindika: “Il-pjan ta’ investiment għadu ma bediex […]. Ladarba jiġi eżegwit, ir-ristrutturazzjoni li għaddejja għandha titlesta u t-tarzna għandha tirritorna għall-vijabilità”. Fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar il-projbizzjoni ta’ aktar għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aħħar paragrafu jindika: “Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura skont l-Artikolu 93(2) billi tawtorizza l-għajnuna suġġetta għall-kondizzjonijiet deskritti f’din l-ittra. Jekk il-Kummissjoni tqis li xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma ġietx irrispettata, hija tista’ titlob it-twaqqif u/jew l-irkupru tal-għajnuna”. Il-fatt li l-Kummissjoni użat il-kelma “kundizzjonijiet” fil-plural jindika li kien hemm mill-anqas kundizzjoni oħra minbarra l-projbizzjoni ta’ għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni. Fuq il-bażi tal-istruttura u l-kontenut tad-deċiżjoni, jista’ jiġi konkluż li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment kienet kondizzjoni. Il-Kummissjoni diġà vvalutat fid-dettall l-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-investiment meta analizzat il-miżura P1. Il-Kummissjoni tikkonkludi li HSY ma implimentatx il-pjan ta’ investiment fi żmien raġonevoli. Sal-31 ta’ Diċembru 2001 – wara estensjoni waħda tad-data għat-tlestija tal-pjan ta’ investiment – HSY kienet wettqet biss 63 % tal-pjan. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata.

    (154)

    Il-Greċja ssostni li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment mhijiex kundizzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1013/97, li huwa l-bażi legali tad-Deċiżjoni C 10/1994. Il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna ġiet awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar deċiżjoni jridu jiġu rrispettati. Kieku l-Greċja ħasset li l-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni C 10/1994 ma kinux jaqblu mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1013/97, hija kien imissha kkontestat id-Deċiżjoni C 10/1994. Madankollu, hija m’għamlitx dan sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Artikolu 230 tat-Trattat. Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tfakkar li r-Regolament (KE) Nru 1013/97 huwa sempliċement emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE u jfittex li jżid l-ammont ta’ għajnuna li tista’ tingħata lil tliet gruppi ta’ tarzni. Dwar HSY, ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 jindika li “id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tad-Direttiva 90/684/KEE għandhom japplikaw għal din it-tarzna.” Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 90/684/KEE tawtorizza għajnuna lit-tarzni Griegi jekk “tingħata għar-ristrutturazzjoni finanzjarja tat-tarzni b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni kollegat mat-tneħħija permezz tal-bejgħ tat-tarzni.” Dan jindika li l-Kunsill ma setax ikun sodisfatt bis-sempliċi sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni iżda fil-verità ried li l-pjan jiġi implimentat. Fil-fatt, kif setgħet tingħata għajnuna “b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni” jekk dan il-programm ma jiġix implimentat?

    (155)

    Billi din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata, l-għajnuna ntużat ħażin u, skont l-aħħar paragrafu tad-Deċiżjoni C 10/1994, hija trid tiġi rkuprata.

    4.5.5.3.   Projbizzjoni ta’ “aktar għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni”

    (156)

    Il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tad-Deċiżjoni C 0/1994 jindika li “il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament 1013/97 ġie adottat mill-Kunsill bil-kundizzjoni li ma tingħata l-ebda għajnuna operattiva għall-iskop ta’ ristrutturazzjoni lit-tarzni koperti bir-regolament. Għalhekk, din it-tarzna ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna bħal din għar-ristrutturazzjoni fil-ġejjieni.” Il-partijiet f’din il-proċedura ma jaqblux fuq l-interpretazzjoni ta’ din il-kundizzjoni. Skont il-Greċja u HSY, dan ifisser li kull għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni mogħtija wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tkun awtomatikament inkumpatibbli u għandha tiġi rkuprata. Skont Elefsis, din il-kundizzjoni tfisser li l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni wara li tiġi adottata d-deċiżjoni jkun użu ħażin tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 u għalhekk għandu jwassal għall-irkupru tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994, flimkien mal-irkupru tal-għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni.

    (157)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-iskop tal-projbizzjoni ta’ aktar għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni huwa li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mil-livell stabbilit fid-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tqis li dan l-objettiv jintlaħaq jekk kull għajnuna operattiva addizzjonali mogħtija wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 tiġi rkuprata. Fil-fatt, bl-irkupru tal-għajnuna addizzjonali, tiġi restawrata s-sitwazzjoni inizjali u tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mil-livell stipulat fid-Deċiżjoni C 10/1994. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għoti ta’ għajnuna operattiva addizzjonali għall-iskop ta’ ristrutturazzjoni wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C10/1994 ma joħloqx l-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994, sakemm l-għajnuna addizzjonali fil-fatt tiġi rkuprata.

    (158)

    Il-Kummissjoni tosserva li, sabiex jiġi stabbilit jekk għandhiex tiġi rkuprata l-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994, m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit liema mill-miżuri ta’ għajnuna implimentati b’mod illegali wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 jikkostitwixxu “għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni”. Fil-fatt, f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni se tikkonkludi li l-miżuri kollha ta’ għajnuna implimentati b’mod illegali wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 għandhom jiġu rkuprati. Konsegwentement, kwalunkwe miżura li tista’ potenzjalment tikkwalifika bħala għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni se jkollha tiġi rkuprata. L-irkupru se jirrestawra s-sitwazzjoni inizjali u għalhekk tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni potenzjali ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Għaldaqstant, l-għan tal-kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994 se jiġi rrispettat.

    4.5.5.4.   Nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri

    (159)

    Matul l-analiżi aktar dettaljata li saret waqt il-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni skopriet ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni C 10/1994: fil-perjodu kollu li matulu l-impjegati – bħala detenturi ta’ 49 % interess f’HSY – kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija ta’ HSY, huma qatt ma ħallsu l-prezz tax-xiri li suppost kellhom iħallsu bil-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995.

    (160)

    Sabiex wieħed jifhem dan il-ksur tad-Deċiżjoni C 10/1994, qabel xejn huwa neċessarju li jiġi analizzat it-test ta’ din id-deċiżjoni u l-atti legali li fuqha hija bbażata.

    (161)

    Il-preambolu tad-Direttiva 90/684/KEE jgħid: “Billi ristrutturazzjoni finanzjarja fuq perjodu qasir tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fil-Greċja hija neċessarja sabiex tippermetti lis-sidien pubbliċi tagħha jirrestawraw il-kompetittività tagħha billi jbigħuha lil sidien ġodda”. Fuq dik il-bażi, l-Artikolu 10 tad-direttiva jindika: “2. Matul l-1991, l-għajnuna operattiva għall-bini ta’ bastimenti, konverżjoni ta’ bastimenti u tiswija ta’ bastimenti mhux relatati ma’ kuntratti ġodda tista’ titqies kumpatibbli mas-suq komuni jekk tingħata għar-ristrutturazzjoni finanzjarja tat-tarzni b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni marbut mat-tneħħija permezz tal-bejgħ tat-tarzni. 3. Minkejja l-obbligu tat-tneħħija bil-bejgħ tat-tarzni msemmi fil-paragrafu 2, il-Gvern Grieg għandu jitħalla jżomm sehem maġġoritarju ta’ 51 % f’waħda mit-tarzni jekk ġustifikat minn interessi tad-difiża.” Il-Kummissjoni tosserva li d-Direttiva tuża l-kliem “jbigħuha […] lil sidien ġodda” u mhux “jagħtuha” lil sidien ġodda. Is-sidien ġodda għalhekk kienu mistennija li jħallsu prezz għas-sjieda tat-tarzni. Is-sjieda ma tistax tingħata b’xejn. Is-sentenza “jirrestawraw il-kompetittività tagħha billi jbigħuha lil sidien ġodda” tispjega l-għan ta’ din il-kundizzjoni. Taħt sjieda Mill-Istat, it-tarzni ma ħadux il-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tagħhom. Konsegwentement, huma kienu jeħtieġu għajnuna kostanti mill-Istat. Biex jirrimedja din is-sitwazzjoni, li kienet inaċċettabbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kunsill awtorizza għajnuna għall-aħħar darba (jiġifieri tista’ tingħata għajnuna fl-1991) iżda impona l-bejgħ tat-tarzni lil sidien ġodda. Il-loġika għalhekk hija li s-sidien ġodda se jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrestawraw il-kompetittività, b’mod li t-tarzni ma jkollhomx aktar bżonn għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni (94).

    (162)

    Kif indikat fis-Sezzjoni 2 “Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill” ta’ din id-deċiżjoni, f’Lulju 1995 il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni negattiva fil-kawża C 10/1994 minħabba li HSY ma kinitx inbiegħet, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE. Il-Greċja talbet għas-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni billi sostniet li l-bejgħ kien imminenti. Il-Greċja nnifisha mbagħad ippreżentat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 bħala bejgħ tat-tarzna. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni rrevokat id-deċiżjoni negattiva tagħha.

    (163)

    Il-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 jindika: “Billi, minkejja l-isforzi li għamel il-Gvern Grieg biex jipprivatizza t-tarzni pubbliċi tiegħu kollha sa Marzu 1993, Hellenic shipyards inbiegħet biss f’Settembru 1995 lil kooperattiva tal-ħaddiema tagħha, l-Istat żamm sehem maġġoritarju ta’ 51 % għall-interessi tad-difiża; Billi l-vijabilità finanzjarja u r-ristrutturazzjoni tat-tarzna Ellenika teħtieġ il-provvediment ta’ għajnuna li tippermetti lill-kumpanija tikkanċella d-dejn akkumulat qabel il-privatizzazzjoni ttardjata tagħha.” L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 jgħid: L-għajnuna bid-drachmas fil-forma ta’ rinunzja tad-djun ta’ “Hellenic shipyards”, sas-somma ta’ Dr 54 525 miljun, li tikkorrispondi għad-djun relatati mal-ħidma ċivili mit-tarzna, kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 1991 u bir-rati tal-imgħax u l-penali akkumulati sal-31 ta’ Jannar 1996, tista’ titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni. Id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tad-Direttiva 90/684/KEE għandhom japplikaw għal din it-tarzna.” Għalhekk ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 minħabba li, sabiex issir vijabbli, HSY kienet teħtieġ iżjed għajnuna minn dik li kienet awtorizzata bl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE. Aktar preċiżament, l-ewwel Regolament kien jawtorizza t-tneħħija tal-imgħaxijiet u l-penali relatati mad-djun li kien hemm fil-31 ta’ Diċembru 1991 u li kienu akkumulaw minn dak iż-żmien. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 kien japplika sal-31 ta’ Diċembru 1998. Il-Kummissjoni tosserva li l-Kunsill għal darba oħra uża l-kliem “mibjugħa” u “privatizzazzjoni” fir-rigward ta’ HSY. Il-Kunsill awtorizza l-għajnuna għax qies li kuntratt validu tal-bejgħ kien ġie konkluż f’Settembru 1995, skont il-kundizzjoni stipulata fid-Direttiva 90/684/KEE. Fi kliem ieħor, ma kienx hemm bżonn li l-bejgħ tat-tarzna jitpoġġa bħala kundizzjoni billi diġà kien jeżisti kuntratt validu tal-bejgħ.

    (164)

    Id-Deċiżjoni C 10/1994 tibda billi tfakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE kien jitlob il-bejgħ tat-tarzna. Id-Deċiżjoni C 10/1994 imbagħad tindika li din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta billi “49 % tal-ishma fit-tarzna ġew mibjugħa fit-18 ta’ Settembru 1995 lil kooperattiva tal-ħaddiema tat-tarzna.” Madankollu, billi l-ammont tal-għajnuna huwa ikbar milli kienet tawtorizza d-Direttiva 90/684/KEE, “Il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti l-approvazzjoni tagħha fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tas-7 Direttiva” li għalhekk ġiet emendata bir-Regolament (KE) Nru 1013/97 biex jiżdied l-ammont ta’ għajnuna li seta’ jingħata lil HSY. Billi l-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar Regolament u l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 90/684/KEE kienu sodisfatti, id-Deċiżjoni C 10/1994 awtorizzat l-għajnuna. Il-Kummissjoni tosserva li d-Deċiżjoni C 10/1994 għal darba oħra użat il-kelma“mibjugħa” u qieset li l-kuntratt bejn ETVA u l-impjegati dwar il-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY kien bejgħ validu. Il-Kummissjoni tissottolinja li kienet irċeviet kopja tal-kuntratt tal-bejgħ qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 u għalhekk kienet taf bil-kontenut tiegħu. Il-Kummissjoni tikkonkludi li, meta adottat id-Deċiżjoni C 10/1994, hija ma kellha ebda raġuni biex titlob il-bejgħ ta’ HSY (jiġifieri li tpoġġih bħala kundizzjoni espliċita li trid tiġi rrispettata fil-ġejjieni) billi kien diġà ġie ffirmat kuntratt validu tal-bejgħ f’Settembru 1995.

    (165)

    Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien jinkludi dispożizzjonijiet mhux tas-soltu rigward il-ħlas tal-prezz tax-xiri: il-prezz tax-xiri ta’ GRD 8,1 biljuni (EUR 24 miljun) ma kellux jitħallas immedjatament mill-impjegati iżda kellu jitħallas fi tlettax-il pagament annwali wara moratorju ta’ sentejn, għalhekk mill-1998 sal-2010. Fl-istess waqt, is-sjieda tal-ishma kienet se tiġi ttrasferita immedjatament lill-impjegati. Sakemm jitħallas il-prezz tax-xiri mill-impjegati, ETVA kien se jżomm garanzija fuq l-ishma. Biex tiffinanzja l-ħlas tal-pagamenti annwali lil ETVA, HSY kienet se żżomm parti mis-salarju ta’ kull xahar u mill-allowances tal-impjegati. Fix-xhur ta’ wara Settembru 1995, ġie ffirmat kuntratt bejn ETVA, HSY, l-assoċjazzjoni tal-impjegati u kull impjegat individwali (il-kuntratt ta’ Settembru 1995 ġie konkluż bejn ETVA u l-assoċjazzjoni tal-impjegati). B’dan il-kuntratt, kull impjegat qabel li jixtri numru partikolari ta’ ishma skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dawn il-kuntratti jirrepetu wkoll li HSY kienet se żżomm parti mill-paga ta’ kull xahar u mill-allowance tal-Għid u tal-Milied biex tiffinanzja l-pagamenti annwali. Il-Kummissjoni issa stabbiliet li l-impjegati qatt ma ħallsu l-pagamenti annwali.

    (166)

    Dan ifisser li huma ma ħallsu l-ebda pagament waqt li kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna bħala sidien ta’ 49 % tal-ishma. L-ewwel tliet pagamenti ddefiniti fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 – dawk li kellhom jitħallsu fl-1998, fl-1999 u fl-2000 – ma tħallsux. Fl-2001, fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, l-impjegati u ETVA kkonkludew kuntratt li bih l-impjegati ċedew it-talba tagħhom fuq 49 % tad-dħul mill-bejgħ tal-ishma ta’ HSY lil HDW/Ferrostaal. Bi tpattija, ETVA ċeda t-talba tiegħu lejn l-impjegati rigward il-prezz tax-xiri ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY li kellhom jitħallsu mill-impjegati skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dan ifisser li l-impjegati bħala sidien qatt ma kienu esposti finanzjarjament għas-suċċess jew il-falliment tar-ristrutturazzjoni.

    (167)

    Il-Kummissjoni indikat lill-Greċja u lil HSY li n-nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati jidher li jikkostitwixxi abbuż mid-Deċiżjoni C 10/1994 billi jfisser li l-privatizzazzjoni parzjali, li kienet immirata sabiex tirrestawra l-kompetittività tat-tarzna, qatt ma seħħet.

    (168)

    Il-Greċja u HSY jikkontestaw dawn il-konklużjonjiet. Fost affarijiet oħra, huma jippreżentaw it-tliet argumenti li ġejjin biex ineħħu d-dubji tal-Kummissjoni.

    (169)

    Bħala l-ewwel argument, il-Greċja ssostni li l-privatizzazzjoni hija “reali” u “ġenwina”. B’mod partikolari, il-Gvern Grieg jenfasizza li: “L-impjegati kisbu l-kapaċità tal-azzjonist skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi Griega. Huma kienu rreġistrati fil-Ktieb tal-Azzjonisti tal-kumpanija u kisbu d-drittijiet rilevanti kollha bħala azzjonisti, fosthom id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw fil-Laqgħat Ġenerali u b’hekk jeżerċitaw kontroll u jinfluwenzaw it-tmexxija ta’ kuljum tat-tarzni. Barra minn hekk, l-akkwist tal-ishma kien jinvolvi r-riskju li l-ishma jistgħu jitilfu l-valur tagħhom”. “L-impjegati eżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ qabel ix-xiri, ipprovduti mil-liġijiet rilevanti, u pparteċipaw fiż-żieda kapitali tal-ishma, pro-rata mas-sehem tagħhom fil-kapital azzjonarju; għalhekk ġie investit kapital privat fit-tarzni.” (95)

    (170)

    Bħala t-tielet argument, il-Greċja ssostni li l-ħlas tal-prezz tax-xiri ma kienx kundizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni C 10/1994, u anki kieku kien il-każ, il-Kummissjoni qisitha bħala diġà mwettqa. B’mod partikolari, il-Greċja tfakkar li “fid-Deċiżjoni tagħha tal-31 ta’ Ottubru 1995 il-Kummissjoni semmiet li kienet se tkompli teżamina, fi ħdan il-proċedura li kienet fetħet, l-azzjonijiet kollha tal-Gvern Grieg rigward l-applikazzjoni tal-ftehim biex jiġu ttrasferiti 49 % tal-ishma lill-unjin tal-impjegati, kif ukoll il-kontenut tagħha, qabel ma tieħu deċiżjoni finali dwar l-awtorizzazzjoni tal-kanċellazzjoni tad-djun. Billi aġixxiet b’dan il-mod, hija laħqet deċiżjoni finali pożittiva fl-1997 li approvat il-kanċellazzjoni tad-djun, mingħajr ma imponiet il-kundizzjoni tal-privatizzazzjoni. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni kienet diġà eżaminat fl-1997 il-kontenut tal-ftehim u kienet ikkonkludiet li hija kwistjoni ta’ privatizzazzjoni qabel ma tawtorizza l-kanċellazzjoni tad-djun.” (96)

    (171)

    Bħala t-tielet argument, il-Greċja ssostni li ETVA applika korrettament il-kuntratt tal-bejgħ. Fil-fatt, l-impjegati, billi diġà kellhom jipparteċipaw fi tliet żidiet kapitali mmirati sabiex jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment (97), “sabuha diffiċli biex jonoraw l-impenn tagħhom li jħallsu l-prezz tal-ishma. ETVA ma ħareġ ebda inġunzjoni biex jirkupra l-ammont dovut minn kull wieħed mill-2 000 impjegat għax, realistikament, ma kienx hemm ċans li jwassal azzjoni bħal din għal konklużjoni b’suċċess […]. Minflok qagħad jidħol fi proċeduri kkumplikati, fit-tul, għaljin u finalment għalxejn fil-qorti biex jissodisfa t-talbiet tiegħu […], ETVA inforza l-garanzija fuq l-ishma mhux imħallsa u rkupra t-talba tiegħu mid-dħul tal-bejgħ tal-ishma tal-impjegati, biex hekk id-dħul imsemmi kopra d-dejn inkwistjoni.” (98) Fi kliem ieħor, il-Greċja ssostni li, billi fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ HSY fl-2001-2002 ETVA kien irċieva mingħand HDW/Ferrostaal 100 % tal-prezz tal-bejgħ – minflok 51 % biss – “jista’ jidher li l-prezz ġie riċevut. Huwa evidenti li l-ħlas tal-prezz tal-ishma tal-ħaddiema permezz tal-bejgħ issodisfa l-ħtieġa ta’ ETVA li jitħallas il-prezz […]. […] m’hemm ebda kwistjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri.” (99) Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkontestat li l-bejgħ lil HDY/Ferrostaal jikkostitwixxi privatizzazzjoni vera.

    (172)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Kif indikat aktar kmieni, id-Deċiżjoni C 10/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 ikkonkludew li, billi l-ishma ta’ HSY kienu nbiegħu lill-impjegati bil-kuntratt ta’ Settembru 1995, il-kundizzjoni tal-bejgħ tat-tarzna stipulata fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE ġiet imwettqa. Kif indikat qabel, l-għan ta’ din il-kundizzjoni kien li tiġi trasferita s-sjieda lil sidien li, billi kienu se jfittxu li jimmassimizzaw il-valur tal-investiment tagħhom, kienu se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tat-tarzni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni aċċettat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 bħala bejgħ validu billi dan kien jobbliga kuntrattwalment lill-impjegati jħallsu EUR 24 miljun bi skambju għal sehem ta’ 49 % f’HSY. Dan il-prezz li ried jitħallas kien ifisser li, meta jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna, l-impjegati kienu se joqogħdu attenti sabiex jippreżervaw u jkabbru l-valur tal-investiment tagħhomt (100). Issa jidher li ETVA, li kien ikkontrollat mill-Istat, qatt ma pprova jikseb serjament il-ħlas tal-partijiet tal-prezz tax-xiri li, skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995, kellhom jitħallsu mill-impjegati fl-1998, fl-1999 u fl-2000. ETVA kellu diversi modi biex jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri. ETVA kien jikkontrolla lil HSY, li kellha legalment id-dritt li tiġbor l-ammonti mill-pagi u l-allowances tal-impjegati (101). Barra minn hekk, HSY u l-assoċjazzjoni tal-impjegati kienu wkoll kuntrattwalment marbuta lejn ETVA bil-ftehimiet individwali ffirmati minn kull impjegat fix-xhur ta’ qabel Settembru 1995. ETVA seta’ għalhekk ifittex lil HSY u l-assoċjazzjoni għall-impjegati u ma kellux bżonn ifittex lill-impjegati individwali, kif sostnew l-awtoritajiet Griegi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Griegi ma talbux apposta l-ħlas tal-pagamenti annwali mingħand l-impjegati. B’din l-imġiba, il-Greċja wriet li ma kinitx beħsiebha tikseb mingħand l-impjegati l-prezz tax-xiri. Dan biddel drammatikament is-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha l-impjegati. Minflok ma kellhom iħallsu prezz għax-xiri, l-impjegati ma kienx se jkollhom għalfejn ipoġġu f’riskju dan l-ammont minn flushom stess. Dan ifisser li, meta kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna, huma taw inqas importanza għall-preżervazzjoni u t-tkabbir tal-valur tal-ishma u għar-restawr tal-vijabilità finanzjarja (u iżjed għall-preżervazzjoni tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol). Barra minn hekk, billi ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri, wieħed seta’ jistenna li fuq il-perjodu medju jew twil, ETVA kien se jinforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma u għalhekk l-impjegati sempliċement ma kienx se jibqgħalhom iżjed ishma fit-tarzna. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma tarax kif l-impjegati setgħu jkunu interessati li jippreżervaw u jżidu l-valur ta’ HSY u li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk tħoss li l-fatt li l-Istat ma fittixx li jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995 biddel drammatikament is-sitwazzjoni tal-impjegati meta kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna. Konsegwentement, minħabba li ETVA ma fittixx il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, il-bidla fis-sjieda li seħħet f’Settembru 1995 ma rrappreżentatx “bejgħ” reali, immirat sabiex jirrestawra l-kompetittività tat-tarzna, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE. Fl-aħħar nett, billi ma fittxitx il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, il-Greċja abbużat mid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, din tal-aħħar kienet adottata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-preżunzjoni leġittima li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien se jiġi implimentat mill-bank proprjetà tal-Istat ETVA, u b’mod partikolari li ETVA kien ser jiġbor il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati ta’ HSY skont id-dispożizzjonijiet preċiżi stipulati fil-kuntratt, u b’hekk jiżgura li dawn is-sidien ġodda jkollhom interess finanzjarju li jappoġġaw il-miżuri meħtieġa biex jirrestawraw il-kompetittività u l-vijabilità. Il-Kummissjoni ma stennietx li l-Greċja, wara li hija stess ippreżentat il-kuntratt ta’ Settembru 1999 bħala bejgħ ta’ HSY, kienet se toqgħod lura konxjament milli tikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej, minkejja l-eżistenza ta’ diversi provvedimenti kuntrattwali u legali li kienu jippermettu l-ġbir tal-prezz. Il-Kummissjoni tqis li din l-imġiba hija simili għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni ħażina lill-Kummissjoni u għal abbuż mill-għajnuna. L-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 għalhekk għandha tiġi rkuprata mingħand HSY.

    (173)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tliet argumenti mqajma mill-Greċja u HSY li ġew ippreżentati fil-qosor hawn fuq għandhom jiġu miċħuda.

    (174)

    Rigward l-ewwel argument (jiġifieri li l-privatizzazzjoni kienet ġenwina u reali minħabba li l-impjegati kisbu s-sjieda tal-ishma u l-kontroll korrispondenti fuq HSY), il-Kummissjoni tosserva li t-trasferiment tas-sjieda kienet kundizzjoni neċessarja iżda mhux biżżejjed. Fil-fatt, id-Deċiżjoni C 10/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 huma bbażati fuq il-fatt li l-ishma “nbiegħu” lill-impjegati f’Settembru 1995. Fi kliem ieħor, huma bbażati fuq l-ipoteżi li l-impjegati jħallsu l-prezz tax-xiri skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt ta’ Settembru 1995. Mhumiex ibbażati fuq il-fatt li l-ishma ġew “trasferiti” jew “mogħtija” lill-impjegati. Kif spjegat hawn fuq, huwa loġiku li l-Kummissjoni u l-Kunsill jikkunsidraw il-ħlas tal-prezz tax-xiri bħala kruċjali, billi dan kien iġiegħel lill-impjegati jagħtu importanza lill-valur tal-ishma u jmexxu lit-tarzna għal dan il-għan. Kif spjegat qabel, billi ma kellhomx għalfejn iħallsu dan il-prezz, huma kienu f’sitwazzjoni differenti minn proprjetarju f’ekonomija tas-suq. Dwar l-argument tal-Greċja li “l-akkwist tal-ishma kien jinvolvi r-riskju li l-ishma setgħu jitilfu l-valur tagħhom”, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li m’hemmx dubju li l-impjegati saru formalment is-sidien tal-ishma, huma kienu ferm inqas ikkonċernati bl-evoluzzjoni tal-valur tal-ishma billi ma kellhomx iħallsu prezz għoli (jiġifieri tnaqqis fil-pagi u l-allowances matul tnax-il sena) sabiex jiksbuhom. Barra minn hekk, billi l-impjegati ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri, huma kellhom jistennew li ETVA kien se jinforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma, b’mod li l-impjegati ma jibqgħux is-sidien ta’ dawn l-ishma. Fl-aħħar nett, rigward l-argumenti tal-Greċja li “l-impjegati […] ipparteċipaw fiż-żieda kapitali tal-ishma, pro-rata mas-sehem tagħhom fil-kapital azzjonarju; għalhekk ġie investit kapital privat fit-tarzni”, il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-impjegati pparteċipaw fiż-żieda tal-kapital (dan se jiġi deskritt fid-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura E10). Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995, il-parteċipazzjoni fiż-żieda tal-kapital ma kinitx tagħti d-dritt lill-impjegati għal xi ishma ġodda ta’ HSY. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tara kif din il-parteċipazzjoni waħidha setgħet tħeġġeġ lill-impjegati sabiex imexxu t-tarzna b’mod li jippreżerva jew iżid il-valur tal-ishma billi din il-parteċipazzjoni ma kienet tagħtihom ebda ishma ġodda (102). Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tara kif din il-parteċipazzjoni setgħet tikkostitwixxi “bejgħ” ta’ HSY billi l-impjegati ma rċevew l-ebda ishma addizzjonali bi tpattija għall-investimenti tagħhom. Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tfakkar li l-ammont totali investit mill-impjegati fl-okkażjoni tat-tliet żidiet fil-kapital kien ferm inqas minn dak li kienu jinvestu kieku pparteċipaw f’dawn iż-żidiet kapitali u ħallsu l-prezz tax-xiri skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Ta’ min ifakkar li d-Deċiżjoni C 0/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 kienu bbażati fuq l-ipoteżi li l-prezz tax-xiri u l-parteċipazzjoni fiż-żidiet tal-kapital kienu se jitħallsu mill-impjegati. Billi l-ammont ta’ flus li l-impjegati kellhom jinvestu kien ferm inqas minn dak li l-Kummissjoni b’mod leġittimu stenniet meta adottat id-Deċiżjoni C Nru 1013/97), il-Kummissjoni ma jidhrilhiex li dan kien biżżejjed biex iġegħelhom jagħtu importanza suffiċjenti għall-valur tal-ishma u għar-restawr tal-kompetittività ta’ HSY.

    (175)

    Rigward it-tieni argument imqajjem mill-Greċja (jiġifieri li l-ħlas tal-prezz tax-xiri ma kienx kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994, u anki kieku kien il-każ, il-Kummissjoni qisitha bħala diġà mwettqa wara li eżaminat il-kuntratt ta’ Settembru 1995), il-Kummissjoni diġà fakkret li l-bejgħ tat-tarzna kienet kundizzjoni stabbilita fid-Direttiva 90/684/KEE u spjegat ir-raġuni għal din il-kundizzjoni. Il-Kummissjoni diġà spjegat ukoll li hija ħadet deċiżjoni negattiva f’Lulju 1995 minħabba li t-tarzna ma kinitx inbiegħet. Għalhekk kien evidenti għall-Greċja li l-Kummissjoni ma kinitx se tkun sodisfatta bis-sempliċi trasferiment tas-sjieda lill-impjegati u fl-aħħar nett aċċettat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 biss għaliex kien bejgħ reali, jiġifieri l-impjegati kienu se jħallsu prezz konsiderevoli għax-xiri u b’hekk kien se jkollhom interess finanzjarju veru fir-restawr tal-kompetittività. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li r-Regolament (KE) Nru 1013/97 emenda d-Direttiva 90/684/KEE biss fir-rigward tal-ammont ta’ għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni li setgħet tingħata HSY. Billi l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien diġà ġie sottomess lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 u d-Deċiżjoni C 10/1994, dawn l-atti legali ma kellhomx għalfejn jirrepetu l-kundizzjoni tal-bejgħ tat-tarzna. Huma jfakkru sempliċement li l-ishma ta’ HSY kienu “nbiegħu”. Fuq dik il-bażi, id-Deċiżjoni C 10/1994 tikkonkludi li “il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva […] ġew sodisfatti”. Fi kliem ieħor, il-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C 10/1994 (u dik li għamel il-Kunsill fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97) tqis l-eżistenza tal-kuntratt ta’ Settembru 1995, li kien ippreżentat bħala bejgħ mill-Greċja u, fuq kollox, li kien jobbliga kuntrattwalment lill-impjegati sabiex iħallsu EUR 24 miljun lil ETVA għax-xiri ta’ 49 % ta’ HSY u li jistabbilixxi eżattament kif dan il-prezz għax-xiri kellu jinġabar mill-impjegati u jitħallas lil ETVA. Billi l-obbligi u d-drittijiet tal-partijiet kienu stabbiliti preċiżament f’kuntratt, billi l-Greċja nnifisha ppreżentat il-kuntratt bħala bejgħ ta’ HSY, u billi l-gvern Grieg innifsu kien adotta liġi li tobbliga lill-impjegati jħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA (ara n-nota 100 ta’ qiegħ il-paġna), il-Kummissjoni ma kellha ebda raġuni sabiex tiddubita li l-Istat ma kienx se jimplimenta sewwa l-kuntratt. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma stennietx li l-Istat innifsu konxjament ma kienx ser jiġbor l-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej. Il-Kummissjoni kellha d-dritt li tikkunsidra li HSY kienet inbiegħet u ma kellhiex għalfejn tirrepeti li HSY kellha tinbiegħ.

    (176)

    Dwar it-tielet argument imqajjem mill-Greċja biex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni (jiġifieri li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 ġie implimentat sewwa), il-Kummissjoni tosserva li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien jindika b’mod ċar kif kellu jitħallas il-prezz tax-xiri. Il-pagamenti annwali kellhom jitħallsu mill-1998 u kellhom jiġu ffinanzjati billi tinżamm parti mill-allowances tal-Milied u tal-Għid kif ukoll parti mill-paga ta’ kull xahar. Billi l-impjegati kienu aċċettaw tnaqqis fis-salarji u l-allowances futuri tagħhom, ETVA ma kellux għalfejn jiġbor il-prezz tax-xiri minn kull impjegat individwali: HSY setgħet iżżomm direttament parti mis-salarju ta’ kull xahar tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tara kif in-nuqqas ta’ ħlas tal-pagamenti annwali jista’ jiġi ġġustifikat bil-fatt li “il-ħaddiema sabuha diffiċli biex jonoraw l-impenn tagħhom li jħallsu l-prezz tal-ishma”. ETVA kellu sempliċement jassigura li HSY tnaqqas l-ammonti rispettivi mill-allowances u l-pagi. ETVA, billi kien l-azzjonist maġġoritarju, kien jikkontrolla lil HSY. Barra minn hekk, HSY kienet mistennija li żżomm dawn l-ammonti skont it-termini tal-ftehimiet konklużi bejn ETVA, HSY, l-assoċjazzjoni tal-impjegati u kull impjegat individwali. Għalhekk, ETVA seta’ fittex direttament lil HSY kieku din ma aġixxietx skont it-termini tal-kuntratt (103). Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li ETVA, li kien ikkontrollat mill-Istat, ma ppruvax jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri kif suppost kellu jagħmel skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-bejgħ ta’ Settembru 1995. Kif spjegat qabel, dan jikkostitwixxi abbuż mid-Deċiżjoni C 10/1994, billi din tal-aħħar kienet tippretendi b’mod leġittimu implimentazzjoni korretta ta’ dak il-kuntratt. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li, anki kieku l-affermazzjoni tal-Greċja li kien impossibbli għal ETVA li jiġbor il-prezz tax-xiri mingħand il-ħaddiema kienet minnha, dan ikun jitlob ukoll l-irkupru tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, jekk din id-dikjarazzjoni hija minnha, tfisser li l-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ftehim ta’ bejgħ li mill-bidu nett ma setax jiġi implimentat (jiġifieri l-Istat ma jistax jiġbor il-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej) (104). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li d-Deċiżjoni C 10/1994 hija bbażata fuq informazzjoni qarrieqa mill-Greċja u għalhekk għandha tiġi revokata.

    (177)

    B’rabta mat-tielet argument imqajjem mill-Greċja, il-Kummissjoni tirrifjuta wkoll id-dikjarazzjoni li l-infurzar tal-garanzija fuq l-ishma mhux imħallsa u l-bejgħ tagħhom fil-qafas tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002 huwa simili għall-ksib mill-impjegati tal-ħlas dovut bil-kuntratt ta’ Settembru 1995. L-ewwel nett, billi ETVA ma fittixx li jakkwista l-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, dawn ma stennewx li fil-fatt se jkollhom jinvestu l-ammont ta’ flus korrispondenti u għalhekk ma rriskjawx li jitilfu dawn il-flus jekk il-valur tal-ishma jitbaxxa. Kif spjegat aktar qabel, dan huwa f’kontradizzjoni mad-Deċiżjoni C 10/1994, li kienet tissupponi li HSY kienet “inbiegħet”, jiġifieri li investitur privat poġġa ammont kbir u preċiż minn flusu stess f’riskju billi xtara ishma ta’ HSY u għalhekk kien ikun imħeġġeġ sabiex imexxi t-tarzna bil-għan li jimmassimizza l-valur tas-sehem tiegħu. It-tieni, il-likwidità riċevuta minn ETVA – u għaldaqstant mill-Istat – hija għal kollox differenti. Bl-infurzar tal-garanzija fuq l-ishma, ETVA sostna 100 % tar-riskju relatat mal-valur ta’ HSY (biex hekk reġġa’ lura l-privatizzazzjoni parzjali). Barra minn hekk, ETVA rċieva biss EUR 6.1 miljuni meta biegħ 100 % tal-ishma ta’ HSY lil HDW/Ferrostaal. Dan ifisser li ETVA rċieva biss EUR 3 miljuni mill-bejgħ tas-sehem ta’ 49 %. Dan huwa ferm inqas minn dak li ETVA kellu jirċievi mingħand l-impjegati bit-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995, jiġifieri EUR 24 imħallsa b’pagament annwali minn Diċembru 1998 sa Diċembru 2010.

    (178)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tikkontestax id-dikjarazzjoni li kienet saret privatizzazzjoni reali meta HDW/Ferrostaal kisbet 100 % ta’ HSY. Madankollu, hija tfakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE kien jawtorizza biss għajnuna b’rabta ma’ bejgħ tat-tarzna. Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 u d-Deċiżjoni C 10/1994 awtorizzaw għajnuna għaliex it-tarzna kienet għadha kif “inbiegħet”. Għaldaqstant, l-għajnuna kellha tingħata fil-kuntest tal-bejgħ tat-tarzna. Ma setgħetx tingħata għal bejgħ li kien se jsir bosta snin wara. Għalhekk, il-fatt li HSY ġiet realment privatizzata bil-bejgħ lil HDW/Ferrostaal ma jbiddilx il-konklużjoni li d-Deċiżjoni C 10/1994 intużat ħażin. Ta’ min ifakkar ukoll li fiż-żmien tal-bejgħ lil HDW/Ferrostaal, kemm id-Direttiva 90/684/KEE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 kienu skadew diversi snin qabel. Għalhekk, HSY ma kinitx tkun tista’ tirċievi l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994 fil-qafas tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002.

    (179)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda wieħed mill-argumenti mqajma mill-Greċja ma jista’ jwarrab il-konklużjoni preċedenti li, billi ma jfittixx li jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, ETVA kkontrollat mill-Istat kien uża ħażin id-Deċiżjoni C 10/1994. Dan għalhekk jirrappreżenta t-tieni abbuż – apparti n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment – tad-Deċiżjoni C 10/1994 u t-tieni raġuni għall-irkupru tal-għajnuna awtorizzata b’din id-deċiżjoni.

    4.5.5.5.   Ġustifikazzjoni għall-għażla proċedurali tal-Kummissjoni

    (180)

    Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji li l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri għas-sehem tagħhom ta’ 49 % f’HSY. Madankollu, dawn id-dubji tqajmu fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżura E10 (imsejħa miżura 10 fid-deċiżjoni ta’ estensjoni). Dawn id-dubji ma tqajmux fil-valutazzjoni tal-miżura E7 (imsejħa miżura 7 fid-deċiżjoni ta’ estensjoni). Konsegwentement, id-deċiżjoni ta’ estensjoni ma tindikax li n-nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tad-Deċiżjoni C 10/1994. Għalhekk tista’ titqajjem il-mistoqsija dwar jekk, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni kellhiex tadotta jew le deċiżjoni ġdida li testendi għat-tieni darba l-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tqajjem dubji dwar dan il-punt. Il-Greċja ssostni li dan huwa l-każ (105).

    (181)

    Il-Kummissjoni ma tħossx li kienet obbligata li testendi l-proċedura tal-investigazzjoni għat-tieni darba f’dan il-każ partikolari. L-ewwel nett, kif indikat, id-dubji dwar il-fatt preċiż (jiġifieri l-ħlas jew le tal-prezz tax-xiri mill-impjegati) kienu mqajma fid-deċiżjoni tal-estensjoni, u b’hekk ippermettew lill-partijiet jikkummentaw dwaru. It-tieni, rigward ir-raġunament legali li dan il-fatt jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tal-miżura E7, il-Kummissjoni waslet biss għal din il-konklużjoni fil-qafas tal-analiżi dettaljata tal-fatti u l-liġijiet kollha li seħħew fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’każ daqshekk kbir u kumpless, li jirrigwarda miżuri li jmorru lura sa għaxar snin, il-proċedura tal-investigazzjoni se tippermetti kważi awtomatikament lill-Kummissjoni li tirfina l-analiżi tagħha billi tipprovdi għarfien aħjar tal-fatti u l-kwistjonijiet legali. It-tielet, il-Greċja għal żmien twil tat informazzjoni mħawda dwar il-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati. Sa fit-tweġiba tagħhom għad-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Greċja u HSY sostnew li l-impjegati kienu bdew iħallsu l-prezz tax-xiri fl-1998, kif ippjanat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 (106). Madankollu, fil-qafas tal-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni akkumulat evidenza li dan ma kienx il-każ. Għaldaqstant hija talbet lill-Greċja u lil HSY biex jissottomettu evidenza soda għall-argumenti tagħhom (107). Finalment, HSY u l-Greċja rrikonoxxew li l-impjegati ma ħallsux il-pagamenti annwali skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Il-Kummissjoni, li eventwalment iċċarat il-fatti rilevanti tal-każ, kienet f’dak il-mument kapaċi tivvaluta jekk kienx hemm abbużi mid-deċiżjonijiet preċedenti.

    (182)

    Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li, sabiex tippermetti lill-Greċja u lil HSY jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura u sabiex tassigura li d-drittijiet tad-difiża ġew irrispettati, hija offriet l-opportunità lill-Greċja u lil HSY (jiġifieri l-uniċi partijiet li kienu ssottomettew kummenti dwar il-miżura E10, apparti Elefsis li madankollu kien diġà indika li huwa kien iħoss li, billi l-prezz tax-xiri ma kienx tħallas, il-Kummissjoni kellha tordna l-irkupru tal-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994) sabiex jikkummentaw dwar il-valutazzjoni tagħha li n-nuqqas ta’ ħlas seta’ jitqies bħala użu ħażin tad-Deċiżjoni C 10/1994 (108). Kemm il-Greċja kif ukoll HSY issottomettew kummenti estensivi (109).

    4.6.   Użu ħażin tal-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna għall-għeluq awtorizzata fl-2002 (miżura E8)

    4.6.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (183)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2002, id-Deċiżjoni N 513/2001 awtorizzat għajnuna li tammonta għal EUR 29,5 sabiex tinkoraġġixxi parti mill-impjegati ta’ HSY jitilqu b’mod volontarju mit-tarzna. Il-Kummissjoni sabet li l-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna kienu jikkostitwixxu għajnuna kumpatibbli għall-għeluq fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1540/98 u aċċettat bħala tnaqqis validu tal-kapaċità l-limitazzjoni tal-kapaċità annwali tat-tarzna għat-tiswija tal-bastimenti għal 420 000 siegħa diretta ta’ xogħol mill-ħaddiema, inklużi s-sottokuntratturi.

    4.6.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (184)

    Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk din il-limitazzjoni ġietx irrispettata. L-obbligu li jiġu sottomessi rapporti darbtejn fis-sena ma ġiex irrispettat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw figuri mħawda meta ntalbu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

    4.6.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (185)

    Skont Elefsis, il-fatturat ta’ HSY u n-numru ta’ bastimenti msewwija kull sena fit-tarzna huma tant għoljin li ma jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-osservanza tal-limitazzjoni tal-420 000 siegħa.

    4.6.4.   Kummenti mill-Greċja

    (186)

    Skont il-Greċja u HSY, it-tarzna tirrikorri estensivament għas-sottokuntratturi; dawn iridu jitqassmu f’żewġ kategoriji. L-ewwel, is-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY”. Dawn jiġu magħżula u jitħallsu minn HSY. It-tieni, il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi”. Dawn tal-aħħar jintgħażlu minn sid il-bastiment. Is-sid tal-bastiment jagħżilhom u jiddiskuti l-prezz direttament magħhom. Il-kuntratturi ta’ partijiet terzi jħallsu tariffa lil HSY biex jużaw il-faċilitajiet tat-tarzna. Skont il-Greċja, l-ewwel kategorija biss trid tikkonforma mal-limitazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni N 513/01. Madankollu, HSY ma tafx kemm sigħat jaħdmu dawn is-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY” billi huma jitħallsu fuq bażi ta’ prezz fiss. Il-Greċja għalhekk tipproponi metodu biex jiġu kkalkulati n-numru ta’ sigħat li matulhom ħadmu: l-ewwel, it-total tal-prezzijiet tal-kuntratti mħallsa lilhom jiġu mnaqqsa bi 15 % (li jammonta għall-marġinu ta’ profitt) u b’20 % oħra (110) (li jammontaw għas-sigħat produttivi tax-xogħol b’mod indirett). L-ammont miksub imbagħad jiġi diviż bir-“rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY” (111). Bl-użu ta’ dan il-metodu, il-Greċja tasal għal ammont totali ta’ sigħat ta’ inqas minn 420 000 għal kull sena mill-2002 sal-2006. Il-Greċja b’hekk tikkonkludi li l-limitazzjoni ġiet irrispettata. Il-metodu huwa ppreżentat fil-qosor fit-tabella li ġejja.

     

    1.1.2002–31.12.2002

    1.1.2003–30.9.2003

    1.10.2003–30.9.2004

    1.10.2004–30.9.2005

    1.10.2005–31.8.2006

    A.

    Sigħat tax-xogħol direttament produttivi maħduma mill-ħaddiema ta’ HSY

    51 995

    42 155

    […] (*)

    (…)

    (…)

    B.

    Prezz imħallas lil sottokuntratturi miżmuma minn HSY (f’Euro)

    3 798 728

    16 471 322

    (…)

    (…)

    […] (sat-30.6.2006)

    C.

    = B wara t-tnaqqis tal-marġinu ta’ profitt (15 %) u x-xogħol indirett (20 %)

    2 469 173

    10 179 134

    (…)

    (…)

    (…)

    D.

    Prezz għal kull siegħa (f’Euro) tal-ħaddiema diretti ta’ HSY

    25,97

    27,49

    (…)

    (…)

    (…)

    E.

    Stima tas-sigħat tax-xogħol direttament produttivi maħduma minn ħaddiema tas-sottokuntratturi miżmuma minn HSY (= C diviża b’D)

    95 077

    370 284

    (…)

    (…)

    (…)

    F.

    Sigħat totali tax-xogħol direttament produttivi li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni N 513/2001 (= A + E)

    147 073

    412 440

    (…)

    (…)

    (…)

    4.6.5.   Valutazzjoni

    4.6.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (187)

    Rigward l-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 296 għal din il-miżura, il-Kummissjoni tfakkar li l-attivitajiet militari u l-attivitajiet ċivili kienu diġà separati fid-Deċiżjoni N 513/2001, li kienet tqis li l-parti tal-appoġġ tal-Istat li taqa’ taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienet ta’ 25 %. L-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna għalhekk kienu marbuta direttament mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY u jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.6.5.2.   Eżistenza ta’ użu ħażin tal-għajnuna

    (188)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li kull wieħed mill-elementi segwenti huwa waħdu biżżejjed biex tikkonkludi li l-limitazzjoni stipulata fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni ma ġietx irrispettata u għaldaqstant l-għajnuna ntużat ħażin.

    (189)

    L-ewwel nett, billi kienet suġġetta għal tnaqqis fin-numru ta’ sigħat tax-xogħol, HSY kellha timplimenta mekkaniżmu biex tikkalkula dawn is-sigħat eżatt. Billi ma implimentatx mekkaniżmu biex tikkalkula eżattament in-numru ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa mis-sottokuntratturi, u b’hekk impediet kalkulazzjoni preċiża tas-sigħat tax-xogħol imwettqa mit-tarzna, HSY użat ħażin id-Deċiżjoni N 513/2001. Dan huwa partikolarment il-każ billi kienet il-Greċja li pproponiet li tuża l-indikatur “numru ta’ sigħat tax-xogħol” biex tipprova li HSY kienet qiegħda tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha.

    (190)

    It-tieni, il-Kummissjoni tikkontesta d-dikjarazzjoni tal-Greċja li l-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” mhumiex koperti bil-limitazzjoni tas-sigħat. Il-Greċja ssostni li m’għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali magħhom ħlief li tikrilhom il-faċilitajiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni ta’ dan ir-raġunament toffri mod faċli kif wieħed idur mal-limitazzjoni: HSY, minflok ma tiffirma l-kuntratti mas-sottokuntratturi, kieku titlob lis-sidien tal-bastimenti biex jiffirmawhom, biex hekk ma jkun hemm ebda kuntratt bejn HSY u s-sottokuntraturi. It-tieni, l-għan tal-limitazzjoni huwa li tnaqqas l-attivitajiet fit-tarzna. Għalhekk huwa loġiku li meta d-Deċiżjoni N 513/01 tindika li x-“xogħol sottokuntrattat” huwa inkluż fil-limitazzjoni, huma koperti kemm is-sottokuntratturi ta’ HSY kif ukoll is-sottokuntratturi ta’ sid il-bastiment li jkun qiegħed jaħdem fit-tarzna. It-tielet, wara mistoqsijiet dettaljati magħmula mill-Kummissjoni (112), il-Greċja rrikonoxxiet li HSY tiġġestixxi l-ħlas lil xi wħud minn dawn il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” kif ġej: dawn tal-aħħar jagħmlu ftehim ma’ sid il-bastiment dwar ix-xogħlijiet li jridu jitwettqu u l-prezz, iżda mbagħad is-sid tal-bastiment iħallas lil HSY, li min-naħa tagħha tittrasferixxi l-flus għand il-kuntratturi. F’każijiet bħal dawn, hemm relazzjoni kuntrattwali bejn HSY u l-kuntratturi, u l-ammonti mħallsa mis-sid tal-bastiment għax-xogħol tal-kuntrattur jidhru fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ HSY bħala qligħ (jiġifieri huma inklużi fil-bejgħ/fatturat ta’ HSY). Għalhekk m’hemmx dubju li tal-anqas dawn il-kuntratti ma’ “kuntratturi ta’ partijiet terzi” jaqgħu fi ħdan il-limitazzjoni. Il-Greċja la kkalkulat u lanqas ikkomunikat lill-Kummissjoni l-ammont ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn dawn il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi”. Dan jikkostitwixxi ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni N 513/2001. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-fatturat tal-attivitajiet tat-tiswija ta’ HSY żdiedu rapidament mill-2002 ‘il quddiem. Madankollu, din ix-xejra ma hija riflessa xejn fl-ammont totali ta’ sigħat tax-xogħol ikkomunikat mill-Greċja. Għalhekk huwa probabbli li n-numru ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn kuntratturi ta’ partijiet terzi mħallsa minn HSY żdied b’mod sinifikanti. Billi skont il-figuri pprovduti mill-Greċja, HSY kienet eżatt taħt il-limitu ta’ 420 000 siegħa fl-2003, il-Kummissjoni tikkonkludi li, jekk fl-ammont totali ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn HSY jiġu inklużi l-kuntratturi ta’ partijiet terzi li huma mħallsa minn HSY, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li dan il-limitu ġie miksur fis-snin ta’ wara.

    (191)

    It-tielet, anki kieku kellu jiġi aċċettat (li mhuwiex) li l-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” ma jaqgħux taħt il-limitazzjoni tas-sigħat stipulata fid-Deċiżjoni N 513/2001, u li s-sigħat tax-xogħol imwettqa mis-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY” jistgħu jiġu kkalkulati billi wieħed jiddividi l-ammonti mħallsa minnhom bil-prezz tax-xogħol kull siegħa, il-limitazzjoni ma tiġix irrispettata. Fil-fatt, ir-“rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY”, li tintuża mill-Greċja, hija approssimazzjoni inadegwata tal-prezz ta’ kull siegħa ta’ ħaddiem li jaħdem għal sottokuntrattur. Fil-fatt, l-instabilità qawwija tas-sensiela (pereżempju, tgħaddi minn EUR 27 għal EUR […] is-sena ta’ wara) tipprova li r-rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol derivata mill-kotba uffiċjali ta’ HSY ma tindikax kemm jiswa ħaddiem fis-siegħa (113). Fil-fatt, il-paga grossa għal kull siegħa fl-industrija qatt ma tevolvi b’dan il-mod: hija tiżdied b’mod stabbli maż-żmien iżda qatt ma tirdoppja minn sena għall-oħra. Barra minn hekk, it-tarzni jużaw is-sottokuntratturi preċiżament għaliex huwa irħas milli jqabbdu iżjed ħaddiema huma stess. Għalhekk, l-użu tar-rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY tistma żżejjed il-prezz għal kull siegħa tax-xogħol tal-ħaddiema impjegati mis-sottokuntratturi. Dan il-fatt ġie kkonfermat mill-konsulent tal-Kummissjoni. Meta jiġu kkunsidrati stimi iżjed raġonevoli tal-prezz għal kull siegħa, dan iżid b’mod sinifikanti n-numru tas-sigħat tax-xogħol imwettqa mis-sottokuntratturi (114), sabiex il-limitu tal-420 000 siegħa jiġi miksur fl-2003 u fl-2005.

    (192)

    Ir-raba’, fil-metodu propost mill-Greċja, is-sena 2003 għandha biss disa’ xhur, jiġifieri sa Settembru 2003. Il-Greċja ssostni li minn dak il-mument, is-sena tal-kontabilità bdiet tingħadd minn Ottubru sa Ottubru. Ma jistax jiġi aċċettat li limitu massimu annwali jkun applikat fuq l-attività ta’ disa’ xhur biss. Il-Kummissjoni talbet lill-Greċja sabiex tipprovdi dettalji dwar l-attività matul l-aħħar tliet xhur tal-2003 iżda l-Greċja ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba (115). Jekk l-attività tal-aħħar tliet xhur tas-sena kalendarja 2003 tiġi kkalkulata bħala kwart tal-attività tas-sena kummerċjali 2004, huwa evidenti li hemm ksur tal-limitazzjoni tas-sigħat tax-xogħol għal kull persuna.

    (193)

    Billi hemm diversi bażijiet indipendenti li minnhom jista’ jiġi konkluż abbuż, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna trid tiġi rkuprata.

    4.7.   Injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) mill-Istat Grieg jew ETVA fl-1996-1997 (miżura E9)

    4.7.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (194)

    Fl-1996-1997, ETVA għamel injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) f’HSY.

    4.7.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (195)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tqajjem dubji dwar jekk din l-injezzjoni ta’ kapital taqbilx mal-imġiba ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja għamlet sottomissjonijiet kontradittorji, billi l-ewwel indikat li dan l-ammont kien ingħata mill-Istat biex ipatti għall-prezz ta’ tnaqqis fil-forza tax-xogħol ta’ 1 000 impjegat, u wara kkontradixxiet din l-ispjegazzjoni billi sostniet li din l-injezzjoni ta’ kapital kienet saret minn ETVA. It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li l-impjegati, li kellhom 49 % tal-ishma, ma pparteċipawx f’din iż-żieda ta’ kapital. Barra minn hekk, huwa sorprendenti li din l-injezzjoni ta’ kapital minn ETVA ma żiditx l-ishma tagħha f’HSY.

    (196)

    Il-Kummissjoni indikat ukoll li, jekk tinstab li tikkostitwixxi għajnuna, huwa dubjuż kemm din il-miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli.

    4.7.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (197)

    Elefsis jindika li fl-1996, 49 % tal-ishma ta’ HSY kienu sjieda tal-impjegati. Kieku ETVA għamel injezzjoni ta’ kapital mingħajr parteċipazzjoni pro rata tal-impjegati, l-ishma tiegħu kellhom jiżdiedu għal iżjed minn 51 %, li kien ipprojbit bil-liġi u fil-fatt ma seħħx. Dan ifisser li ETVA ma rċieva ebda ishma ġodda bi skambju għal din l-injezzjoni ta’ kapital. Xenarju bħal dan ma kienx ikun aċċettabbli għal investitur privat.

    4.7.4.   Kummenti mill-Greċja

    (198)

    Il-Greċja tikkonferma li ETVA għamel injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) fl-1996-1997 u rċeviet ammont ekwivalenti mill-Istat. Il-Greċja ssostni li l-Istat aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi t-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema ffinanzjat bl-injezzjoni ta’ kapital tejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza tat-tarzna u l-profittabilità futura tagħha. HSY tispjega li l-ammonti injettati ma wasslux għall-ħruġ ta’ ishma ġodda u ma rrappreżentawx formalment injezzjoni ta’ kapital. Dan jispjega għaliex l-azzjonijiet tal-Istat ma żdidux għal iżjed minn 51 %. Jekk, madankollu, il-Kummissjoni xorta waħda tqis li din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna, il-Greċja tqis li din hija għajnuna kumpatibbli għall-għeluq skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE.

    4.7.5.   Valutazzjoni

    4.7.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (199)

    Din il-miżura ffinanzjat l-attività sħiħa tat-tarzna u ma kinitx indikata sabiex issostni l-attivitajiet ċivili biss. Billi, kif ġie konkluż fis-sezzjoni 3.3 ta’ din id-deċiżjoni, 75 % tal-attivitajiet tat-tarzna huma militari u l-Greċja tinvoka l-Artikolu 296 tat-Trattat, 25 % biss tal-miżura (GRD 2,18 biljuni (EUR 6,4 miljuni)) jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.7.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (200)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-Istat, permezz ta’ ETVA, ta flus lil HSY mingħajr ma rċieva ishma ġodda, billi żamm biss 51 % ta’ HSY. Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra. Kien jitlob ishma ġodda jew injezzjoni ta’ kapital pro rata mill-azzjonisti l-oħra. Konsegwentement, investitur privat f’ċirkustanzi simili ma kienx iwettaq din l-injezzjoni ta’ kapital.

    (201)

    Billi l-Istat ipprovda riżorsi lil HSY li hija kieku ma kinitx tirċievi mis-suq, din il-miżura tat vantaġġ selettiv lil HSY. Il-miżura għalhekk tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.7.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (202)

    Dwar il-kumpatibbiltà ta’ din l-għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li m’hemmx dubju li n-numru ta’ ħaddiema ta’ HSY tnaqqas minn 3 022 persuna fl-1995 għal 1 977 persuna fl-1997. Dan it-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema ġie rrappurtat ukoll fiż-żewġ deċiżjonijiet adottati fil-15 ta’ Lulju 1997 (Deċiżjonijiet C 10/1994 u N 401/1997) billi kien jirrappreżenta pilastru tal-pjan tar-ristrutturazzjoni. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tawtorizza għajnuna għall-investiment, li, skont id-Direttiva 90/684/KEE, tista’ tinstab li hija kumpatibbli biss jekk tkun “marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li jwassal għal tnaqqis fil-kapaċità globali tat-tiswija tal-bastimenti” u “li ma tinvolvi l-ebda żieda fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti”. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tqis li hemm “tnaqqis fil-kapaċità tat-tiswija tat-tarzna ekwivalenti għat-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, li mhux se jkun possibbli li jiġi kkumpensat biż-żieda prevista fil-produttività u tnaqqis fil-kapaċità ta’ ttrakkar tal-bastimenti kummerċjali.” Id-deċiżjoni tindika wkoll li hemm tnaqqis żgħir fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti. Billi l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li t-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema flimkien mal-miżuri l-oħra proposti mill-Greċja kienu se jwasslu għal tnaqqis fil-kapaċitajiet tal-bini tal-bastimenti u tat-tiswija tal-bastimenti, il-Kummissjoni tqis li kien hemm tnaqqis fil-kapaċità, kif mitlub mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE. Dwar l-ammont u l-intensità tal-għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna ammontat għal EUR 25,6 miljun għal tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema b’1 000 persuna. Fl-2002, sitt snin biss wara, il-Kummissjoni sabet kumpatibbli ammont erba’ darbiet akbar għal tnaqqis ta’ daqs iżgħar fin-numru ta’ ħaddiema. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna huma ġġustifikati. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE ġew sodisfatti u għalhekk issib li l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni.

    4.8.   Żieda kapitali fl-1998-2000 biex tiffinanzja l-pjan ta’ investiment (miżura E10)

    4.8.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (203)

    Kif ippjanat fid-Deċiżjoni N 401/1997, saru tliet żidiet kapitali fl-1998, fl-1999 u fl-2000, li jirrappreżentaw ammont totali ta’ GRD 2,98 biljuni (EUR 8,7 miljuni), sabiex jiffinanzjaw parti mill-pjan ta’ investiment ta’ HSY. Dawn ġew iffinanzjati minn ETVA u l-impjegati ta’ HSY, b’mod proporzjonali mal-ishma tagħhom f’HSY.

    (f’GRD miljuni (f’EUR miljuni))

     

    Total

    Kontribuzzjoni ta’ ETVA (51 %)

    Kontribuzzjoni tal-impjegati (49 %)

    fl-20 ta’ Mejju 1998.

    1 569 (4.6)

    800 (2.3)

    769 (2.3)

    fl-24 ta’ Ġunju 1999.

    630 (1.8)

    321 (0.9)

    309 (0.9)

    fit-22 ta’ Mejju 2000.

    780 (2.3)

    397 (1.2)

    382 (1.1)

    (204)

    Fl-2001, l-Istat Grieg ħallas lill-impjegati ammont ugwali għall-kontribuzzjoni tagħhom għat-tliet żidiet kapitali (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni, li jiddeskrivi l-Liġi 2941/2001).

    4.8.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (205)

    Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali kinitx tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli. Anki jekk id-Deċiżjoni N 401/1997 adottata fil-15 ta’ Lulju 1995 tikkunsidra li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali tista’ fil-prinċipju titqies ħielsa minn għajnuna fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, din il-parteċipazzjoni, madankollu, jista’ jkun li kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ġiet implimentata fl-1998, fl-1999 u fl-2000. B’mod partikolari, is-sitwazzjoni ta’ HSY marret għall-agħar bejn dawn id-dati. Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika wkoll li l-fatt li l-impjegati pparteċipaw fiż-żieda kapitali pro rata mas-sehem tagħhom fil-kapital ta’ HSY ma jeskludix l-għajnuna: l-ewwel nett, mhuwiex ċert li huma ħallsu lil ETVA l-prezz għas-sehem tagħhom ta’ 49 % f’HSY skont il-ftehim tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. It-tieni, mhuwiex eskluż li l-Istat seta’ b’mod sigriet ikkommetta ruħu li jħallas lura lill-impjegati kwalunkwe ammont li huma setgħu injettaw fil-kapital ta’ HSY. Tali impenn kien ifisser li l-impjegati ma ġarrew l-ebda riskju.

    4.8.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (206)

    Elefsis jappoġġa d-dubji mfissra fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ifakkar il-każistika tal-Alitalia (116) rigward il-parteċipazzjoni tal-impjegati fiż-żieda tal-kapital tal-kumpanija tagħhom stess, u jikkonkludi li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet tal-kapital tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

    4.8.4.   Kummenti mill-Greċja

    (207)

    Il-Greċja tfakkar li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA u tal-impjegati fiż-żieda tal-kapital kienet stabbilita kuntrattwalment fil-ftehim tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. Id-Deċiżjoni N 401/1997 indikat ukoll li dawn iż-żidiet kapitali kienu se jseħħu, bil-parteċipazzjoni ta’ 51 % u 49 % ta’ ETVA u tal-impjegati ta’ HSY rispettivament, mingħajr ma jitqies li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA kienet tikkostitwixxi għajnuna. Fl-aħħar nett, il-Greċja u HSY jikkontestaw iż-żewġ ipotesijiet li l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri lil ETVA u l-eżistenza ta’ ftehim sigriet li kien iwiegħed lill-impjegati li l-Istat kien se jħallashom lura kull ammont imħallas biex jiffinanzja l-pjan ta’ investiment. HSY issostni li jekk il-Kummissjoni tqis il-miżura bħala għajnuna, din għandha tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni.

    4.8.5.   Valutazzjoni

    4.8.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (208)

    Rigward l-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 296 tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li ż-żidiet kapitali kienu mmirati sabiex jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment. Kif diġà ġie konkluż fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżuri P1, P2, P3 u P4, dan il-pjan ta’ investiment u l-appoġġ Mill-Istat biex jiffinanzjah jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.8.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (209)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Fuq il-bażi tal-ftehim dwar il-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995, ETVA kien kuntrattwalment obbligat li jipparteċipa f’livell ta’ 51 % fit-tkabbir kapitali futur ta’ HSY, bid-49 % l-oħra jiġu kkontribwiti mill-impjegati. Iż-żieda kapitali kienet meħtieġa sabiex tiffinanzja l-pjan ta’ investiment. Fid-Deċiżjoni N 401/1997 fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, il-Kummissjoni b’mod impliċitu qieset li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żieda kapitali futura ta’ HSY ma kinitx se tirrappreżenta għajnuna mill-Istat. Dan kien koerenti mad-Deċiżjoni C 10/1994 adottata fl-istess ġurnata, li fiha l-Kummissjoni qieset li l-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY lill-impjegati kien privatizzazzjoni parzjali reali u seta’ jkun mistenni ritorn għall-vijabilità.

    (210)

    Dwar il-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali tal-20 ta’ Mejju 1998, il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex tiddevja mill-valutazzjoni impliċita ta’ ebda għajnuna li għamlet fid-Deċiżjoni N 401/1997. B’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi f’Mejju 1998 ma kinux suffiċjentement differenti minn dawk imbassra fiż-żmien meta ġiet adottata d-deċiżjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet ebda prova ta’ impenn (sigriet) min-naħa tal-Istat sabiex iħallas lura lill-impjegati kwalunkwe somma li huma setgħu ħallsu fil-qafas taż-żidiet kapitali.

    (211)

    Mill-banda l-oħra, fiż-żmien taż-żieda kapitali tal-24 ta’ Ġunju 1999 u tat-22 ta’ Mejju 2000, elementi fundamentali li ffurmaw il-bażi tal-valutazzjoni ta’ ebda għajnuna tal-15 ta’ Lulju 1997 ma kinux aktar preżenti:

    L-ewwel nett, kif spjegat aktar ‘il fuq, iż-żewġ deċiżjonijiet adottati fil-15 ta’ Lulju 1997 kienu bbażati fuq il-fatt li l-Greċja kienet se timplimenta l-ftehim ta’ privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995, u b’mod partikolari li l-impjegati kienu se jħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA, kif stabbilit fil-kuntratt, u b’hekk jassumu riskju finanzjarju li kellu jagħtihom inċentiv biex isostnu l-miżuri neċessarji sabiex titreġġa’ lura l-kompetittività. Filwaqt li l-impjegati kellhom iħallsu l-ewwel pagament tal-prezz tax-xiri lil ETVA qabel il-31 ta’ Diċembru 1998, ma sar l-ebda ħlas. L-Istat ma fittixx li jikseb il-ħlas. Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E7, dan kien ifisser li l-impjegati ma tpoġġewx fis-sitwazzjoni ta’ investituri li riedu jħallsu b’kollox GRD 8,17 miljuni (EUR 24 miljun) fuq it-tnax-il sena ta’ wara, kuntrarju għal dak li stenniet il-Kummissjoni f’Lulju 1997 meta ġew adottati ż-żewġ deċiżjonijiet. Dan in-nuqqas ta’ ħlas fisser ukoll li l-impjegati ma kinux qegħdin jirrispettaw l-obbligu tagħhom taħt il-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. ETVA ma kienx aktar marbut kuntrattwalment bil-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali (117) billi l-impjegati kienu kisruh. Fl-aħħar nett, kuntrarju għal dak li wieħed seta’ b’mod leġittimu jistenna fiż-żmien tad-Deċiżjoni N 401/1997 fuq il-bażi tal-kuntratti eżistenti, ma kienet seħħet l-ebda privatizzazzjoni reali u l-kuntratt ma kienx għadu jorbot lil ETVA. Il-Kummissjoni tqis li dawn huma differenzi kbar meta mqabbla ma’ dak li stenniet il-Kummissjoni fiż-żmien meta adottat id-Deċiżjoni N 401/1997 fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dan għalhekk huwa suffiċjenti biex tiġi riveduta l-valutazzjoni ta’ ebda għajnuna li saret dak iż-żmien.

    It-tieni, kif diġà analizzat fid-dettall fis-Sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, is-suċċess kummerċjali u finanzjarju ppjanat fiż-żmien tad-Deċiżjoni N 401/1997 ma twettaqx. Il-kumpanija ma rnexxilhiex tibni ktieb tal-ordnijiet kbir u profittabbli fl-1997 u fl-1998. Għalhekk, mill-aħħar tal-1998, sar dejjem aktar u aktar ċert li t-tarzna kienet se tagħmel it-telf fis-snin ta’ wara. Il-Kummissjoni stabbiliet id-data tat-30 ta’ Ġunju 1999 bħala d-data li minnha ma setax ikun raġonevolment mistenni aktar ritorn għall-vijabilità. Huwa żgur li fil-bidu ta’ Ġunju 1999, ħafna mill-aħbar ħażina kienet diġà magħrufa u ritorn għall-vijabilità kien ipotetiku ħafna fuq il-bażi tal-pjan eżistenti għar-ristrutturazzjoni.

    (212)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-investitur f’ekonomija tas-suq fl-istess sitwazzjoni bħal ETVA ma kienx jinvesti aktar f’HSY (118).

    (213)

    Billi injezzjoni ta’ kapital bħal din tagħti vantaġġ selettiv lil HSY, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni fit-tieni u t-tielet tkabbir tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur HSY. Dwar l-osservanza tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li hija qatt ma adottat xi deċiżjoni li tivvaluta u tawtorizza b’mod espliċitu l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali ta’ HSY. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li din l-għajnuna ngħatat bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

    (214)

    Il-Kummissjoni tosserva li, anki kieku kellu jitqies li din il-miżura kienet awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997 (id-Deċiżjoni N 401/1997 tiddeskrivi li ETVA kien ser jipparteċipa fiż-żidiet kapitali ta’ HSY u, billi ma tqajjimx dubji dwar l-osservanza tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tqis li din il-parteċipazzjoni ma kinitx se tkun għajnuna), hija ma kinitx se tbiddel il-konklużjoni imminenti li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata. Fil-fatt, f’każ bħal dan, għandu jiġi kkunsidrat li din id-deċiżjoni ġiet abbużata mill-bank proprjetà tal-Istat ETVA li ma ġabarx il-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Fil-fatt, il-konklużjoni li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali futuri ma kinitx għajnuna kienet ibbażata fuq l-istennija li l-impjegati kienu se jħallsu l-prezz tax-xiri skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Għalhekk għandu jiġi konkluż li dik il-parti tad-Deċiżjoni N 401/1997 li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ ETVA ntużat ħażin u għalhekk li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA għandha tiġi rkuprata mingħand HSY.

    4.8.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (215)

    Il-Greċja ssostni li din il-miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan taż-żidiet kapitali kien li jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment. Fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżura P2 u tal-miżura P3, il-Kummissjoni diġà spjegat għaliex l-għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni favur il-pjan ta’ investiment ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq komuni.

    (216)

    Billi ż-żewġ żidiet kapitali jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli, huma għandhom jiġu rkuprati mingħand HSY.

    4.9.   Kontrogaranzija Mill-Istat fir-rigward tal-kuntratti ta’ HSY mal-OSE u l-ISAP (miżura E12b)

    4.9.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (217)

    Fil-qafas tal-kuntratti li HSY ikkonkludiet mal-Organizzazzjoni Ellenika tal-Ferroviji (OSE) u l-Ferroviji Elettriċi Ateni-Piraeus (ISAP) dwar il-forniment ta’ vetturi tal-ferrovija, ETVA ta garanziji għal ħlasijiet bil-quddiem u prestazzjoni tajba (minn hawn ‘il quddiem “garanziji ta’ depożitu” jew “garanziji ta’ ħlas bil-quddiem”). ETVA ħareġ il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem b’rabta mal-kuntratt mal-ISAP fi Frar 1998 u Jannar 1999 u l-garanziji b’rabta mal-kuntratt mal-OSE f’Awwissu 1999. Min-naħa tiegħu ETVA rċieva kontrogaranziji korrispondenti mill-Istat. Il-garanziji fil-qafas tal-kuntratti mal-OSE u l-ISAP ammontaw għal EUR 29,4 miljun u EUR 9,4 miljuni, rispettivament.

    4.9.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (218)

    Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk bank privat kienx jipprovdi dawn il-kontrogaranziji bl-istess kundizzjonijiet. Fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ HSY, iqumu saħansitra d-dubji jekk bank kienx fil-fatt jagħtihom.

    4.9.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (219)

    Elefsis jappoġġa d-dubji espressi mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Istat ma ġabx ruħu bħala investitur f’ekonomija tas-suq minħabba li huwa assuma riskju multiplu, billi mhux biss kien l-azzjonist maġġoritarju ta’ HSY iżda wkoll il-kreditur u l-garanziji waħdieni tagħha, li refa’ kważi r-riskju kollu assoċjat mal-operazzjonijiet tagħha.

    4.9.4.   Kummenti mill-Greċja

    (220)

    Il-Greċja u HSY isostnu li, għalkemm il-kontrogaranziji tal-Istat inħarġu formalment f’Diċembru 1999, huma kienu diġà mwiegħda lil ETVA meta dan ħareġ il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem b’rabta mal-kuntratt mal-ISAP fi Frar 1998 u f’Jannar 1999 u l-garanziji b’rabta mal-kuntratt mal-OSE f’Awwissu 1999. Il-Greċja ssostni li dawn il-kontrogaranziji ma kinux jikkostitwixxu miżuri selettivi. Fil-fatt, huma ngħataw skont il-Liġi 2322/1995 (119) u diversi kumpaniji rċevew garanziji Mill-Istat fuq il-bażi ta’ dik il-liġi. Barra minn hekk, il-Greċja ssostni li l-ħlas annwali ta’ 0,05 % kien biżżejjed biex jikkumpensa għar-riskju. Rigward l-imġiba ta’ ETVA, din kienet aċċettabbli għal bank privat billi huwa rċieva kontrogaranzija mill-Istat u ċċarġja primjum ta’ 0,4 % (120). HSY ippreżentat rapport ta’ konsulent – l-ewwel rapport Deloitte – biex issostni din l-affermazzjoni. Dan ir-rapport isostni wkoll li, mingħajr kontrogaranzija tal-Istat, HSY setgħet xorta waħda tirċievi mingħand bank privat garanzija simili għal dik mogħtija minn ETVA billi toffri dritt fuq ċerti assi bħala sigurtà. Fl-aħħar nett, il-Greċja ssostni li l-benefiċjarju tal-kontrogaranziji tal-Istat huwa l-OSE u l-ISAP u mhux HSY.

    4.9.5.   Valutazzjoni

    4.9.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (221)

    Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi hija tappoġġa direttament attività ċivili.

    4.9.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (222)

    Qabel xejn irid jiġi ċċarat liema miż-żewġ tipi ta’ miżuri (il-garanziji ta’ depożitu mogħtija minn ETVA u l-kontrogaranziji mogħtija mill-Istat lil ETVA) setgħet tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna. Billi l-Greċja ssostni li l-kontrogaranziji tal-Istat kienu diġà mwiegħda lil ETVA meta dan ta l-garanziji ta’ depożitu, irid jiġi konkluż li meta ETVA ta l-garanziji, huwa kien kompletament protett bil-kontrogaranziji tal-Istat. Għaldaqstant, billi ETVA ma kien f’ebda riskju (bis-saħħa tal-kontrogaranziji tal-Istat) waqt li kien qiegħed jirċievi ħlas ta’ 0,4 % kull tliet xhur, din il-miżura kienet tkun aċċettabli għal investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili. Mill-banda l-oħra, l-Istat ta kontrogaranziji li ma kienu assigurati b’ebda garanzija u li għalihom irċieva primjum ta’ garanzija ta’ 0,05 % biss. Din t-tieni miżura kienet tkun inaċċettabbli b’mod ċar għal investitur f’ekonomija tas-suq. Għalhekk hija din it-tieni miżura li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni madankollu tosserva li billi l-Istat kien jippossiedi 100 % ta’ ETVA u l-miżuri kollha implimentati minn dan il-bank kienu imputabbli lill-Istat, is-separazzjoni bejn iż-żewġ miżuri (jiġifieri l-garanzija u l-kontrogaranzija) hija kemxejn artifiċjali.

    (223)

    Billi l-Greċja ssostni li l-benefiċjarji kienu l-OSE u ISAP, jeħtieġ li jiġi ċċarat min fil-fatt huwa l-benefiċjarju ta’ din il-miżura. Il-Kummissjoni tosserva li fil-qafas tal-kuntratti għall-provvista ta’ materjal tal-ferroviji, il-bejjiegħ normalment irid jipprovdi garanziji bankarji lix-xerrej għall-ħlasijiet bil-quddiem li dan tal-aħħar jagħmel. Fil-fatt, ix-xerrej irid ikun ċert li jirkupra dawn l-ammonti jekk il-bejjiegħ ma jikkonsenjax il-materjal, pereżempju, għax ifalli. Għalhekk, huwa l-bejjiegħ li jrid jikseb dan il-garanziji minn bank u jsostni l-ispejjeż tagħhom. Fi kliem ieħor, huwa prezz normali li bejjiegħ ta’ materjal tal-ferroviji jrid iġorr. F’dan il-każ, il-kontrogaranzija tal-Istat ippermettiet lil HSY tikseb mingħand ETVA garanziji bi prezz ta’ 0,4 % biss kull tliet xhur. Kif se jintwera aktar tard, mingħajr kontrogaranzija tal-Istat, bank privat kien jiċċarġja mill-anqas 480 bps kull sena għal garanziji mogħtija qabel it-30 ta’ Ġunju 1999. Wara dik id-data, l-ebda bank privat ma kien jipprovdi tali garanziji. Għalhekk huwa evidenti li fil-perjodu ta’ qabel it-30 ta’ Ġunju 1999, il-kontrogaranziji tal-Istat ippermettew lil HSY li tikseb garanziji bi prezz aktar baxx. Fil-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-kontrogaranziji tal-Istat ippermettew lil HSY tikseb garanziji, li HSY ma setgħetx lanqas biss tirċievi mis-suq. Bħala konklużjoni, il-benefiċjarja tal-għajnuna hija HSY.

    (224)

    Dwar l-argument tal-Greċja li l-miżura mhijiex selettiva, il-Kummissjoni tfakkar li, sabiex tkun ġenerali, miżura trid tkun effettivament miftuħa għall-aġenti ekonomiċi kollha li joperaw fi Stat Membru fuq bażi ta’ aċċess ugwali, u li de facto huma jridu jkunu mnaqqsa fl-isfera ta’ applikazzjoni tagħhom, ngħidu aħna permezz tal-poter diskrezzjonarju tal-Istat li jagħtihom jew permezz ta’ fatturi oħra li jillimitaw l-effett prattiku tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li l-Liġi 2322/1995 hija ferm ‘il bogħod milli tissodisfa din id-definizzjoni. L-ewwel nett, l-Artikolu 1 tal-Liġi jiddikjara li l-garanzija tingħata mill-Ministru għall-Ekonomija bi qbil ma tliet Ministri oħra. Għalhekk, l-għoti tal-garanzija jiddependi fuq il-poter diskrezzjonarju tal-awtoritajiet. It-tieni, garanzija Mill-Istat tista’ tingħata lil kumpanija privata biss jekk din tkun tinsab f’żona remota u bil-għan li ttejjeb l-iżvilupp ekonomiku taż-żona u mhux il-kumpanija speċifika (Artikolu 1bb) jew jekk tkun sofriet ħsarat b’riżultat tan-natura (Artikolu 1cc). Min-naħa l-oħra, kumpaniji li huma 100 % proprjetà tal-Istat jew fejn l-Istat għandu l-maġġoranza tal-ishma jistgħu jingħataw għajnuna Mill-Istat għal raġunijiet ġenerali bħal pereżempju biex ikopru xi wħud mid-djun tagħhom (Artikolu 1B). Għalhekk huwa ċar li l-kumpaniji proprjetà tal-Istat għandhom aċċess ferm aktar wiesa’ għall-garanziji Mill-Istat milli l-kumpaniji privati. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-analiżi tal-lista tas-self assigurat mogħtija fl-ewwel rapport Deloitte (121). It-tielet, il-garanziji mhumiex aċċessibbli fuq bażi ta’ aċċess ugwali. Fil-fatt, l-Artikolu 1(4) tal-Liġi jindika li meta jagħti garanzija, l-Istat jista’ jitlob xi tip ta’ assigurazzjoni (jiġifieri dritt fuq assi fissi tal-kumpanija). Id-deċiżjoni jekk tintalabx garanzija jew le titħalla fid-diskrezzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija. F’dan il-każ, l-Istat ma talabx garanzija meta ta l-miżura E12b. Dwar in-nuqqas ta’ aċċess fuq bażi ugwali, il-Kummissjoni tosserva li t-tariffa ta’ garanzija mhijiex l-istess għas-self kollu. Pereżempju, il-primjum tal-garanzija f’dan il-każ ammonta biss għal 0,05 %. Fil-każ tal-miżura E14, mogħtija wkoll fuq il-bażi tal-Liġi 2322/1995, il-primjum kien 1 %. Fil-lista tas-self assigurat mogħtija fl-ewwel rapport Deloitte, xi self kellu wkoll primjum ta’ 0,1 % u 0,5 %. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni twarrab l-argument tal-Greċja li l-Liġi 2322/1995 hija miżura ġenerali.

    (225)

    Dwar id-dikjarazzjoni tal-ewwel rapport Deloitte li HSY setgħet irċeviet dawn il-garanziji ta’ depożitu minn bank privat billi tagħti lill-bank dritt fuq ċerti assi bħala garanzija minflok kontrogaranzija tal-Istat, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument huwa irrilevanti għall-analiżi tal-miżura. Fil-fatt, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk it-termini tal-miżuri li fil-fatt ingħataw mill-Istat kinux jikkostitwixxu jew le għajnuna lit-tarzna. Il-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tivverifika jekk, kieku pprovdiet aktar sigurtajiet, it-tarzna setgħetx tirċievi l-istess garanzija mis-suq. Kif indikat fis-sezzjoni 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji, wieħed mill-vantaġġi potenzjali tal-garanzija mill-Istat huwa l-possibilità għal min jissellef “li joffri inqas sigurtà”. F’dan il-każ, l-ebda waħda mill-kontrogaranziji tal-Istat ma kienet assigurata bi dritt fuq xi assi tat-tarzna. Għalhekk, kontrogaranzija b’ass bħala sigurtà tikkostitwixxi transazzjoni differenti, li m’għandhiex għalfejn tiġi vvalutata. Bħala bażi sussidjarja, il-Kummissjoni tinnota li, anki kieku d-dikjarazzjoni tal-ewwel rapport Deloitte kellha tiġi vvalutata, HSY ma kinitx tkun kapaċi tikkonvinċi bank privat sabiex jagħti dawn il-garanziji ta’ depożiti billi tipprovdi sigurtajiet. Fil-fatt, l-assi tat-tarzni diġà kienu ipotekati u huma kellhom valur ta’ likwidazzjoni baxx (ara t-tieni u t-tielet partita diskussi fin-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna). Għalhekk, anki sigurtà fil-forma ta’ dritt fuq ċerti assi ta’ HSY ma kinitx tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lil investitur f’ekonomija tas-suq isellef lil HSY.

    (226)

    Aktar qabel f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ir-rata tal-imgħax li bank privat kien jiċċarġja biex jagħti self lil HSY. Għall-perjodu sat-30 ta’ Ġunju 1999, ġie konkluż li, billi HSY kienet tippreżenta riskju partikolari, kien meħtieġ li jiżdied primjum għar-riskju ta’ mill-anqas 400 punt bażi ‘l fuq mir-rata tal-imgħax iċċarġjata għal self lil kumpaniji b’saħħithom. Sabiex jiġi applikat l-istess approċċ għall-garanziji fuq depożiti, huwa neċessarju li jiġi stabbilit liema primjum kien jiċċarġja investitur f’ekonomija tas-suq biex jagħti garanzija ta’ ħlas bil-quddiem lil kumpanija b’saħħitha. L-ebda parti fil-proċedura preżenti ma pprovdiet prezz tas-suq affidabbli għal tali garanziji. F’diversi skemi ta’ garanziji Mill-Istat mmirati lejn is-settur tal-bini tal-bastimenti u approvati mill-Kummissjoni bħala ħielsa minn għajnuna (122), il-primjum annwali ta’ garanzija għal min jissellef bl-inqas riskju ta’ kreditu kien stabbilit għal 0,8 % jew 80 punt bażi. Fin-nuqqas ta’ indikaturi oħra affidabbli, il-Kummissjoni se tuża din ir-rata bħala stima tal-primjum minimu annwali ta’ garanzija mħallas minn kumpaniji b’saħħithom tal-bini tal-bastimenti fil-Greċja f’dak iż-żmien. Anki jekk il-kuntratti mal-OSE u l-ISAP ma jikkonċernawx bini ta’ bastimenti iżda l-kostruzzjoni ta’ materjal tal-ferrovija, il-Kummissjoni se tuża 0,8 % bħala punt ta’ referenza billi l-kostruzzjoni ta’ materjal tal-ferroviji baqgħet attività marġinali għal HSY, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta’ HSY, u għalhekk ħafna mir-riskju ta’ HSY, kien jikkonċerna l-bini u t-tiswija tal-bastimenti. Konsegwentement, għall-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija lil HSY qabel it-30 ta’ Ġunju 1999, l-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna se jiġu valutati billi l-primjum annwali li fil-fatt tħallas minn HSY (inkluża t-tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) jiġi mqabbel ma’ primjum ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 80 punt bażi miżjuda b’400 punt bażi). Dwar il-perjodu ta’ wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni aktar kmieni fid-deċiżjoni preżenti kkonkludiet li t-tarzna ma kellhiex aktar aċċess għas-suq finanzjarju, u li l-element ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat fi kwalunkwe self huwa d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt tħallset minn HSY u r-rata ta’ referenza miżjuda b’600 punt bażi. Fil-każ tal-garanziji ta’ depożitu, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għalhekk se tiġi kkalkulata billi l-primjum li fil-fatt ħallset HSY (inkluża t-tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) jiġi mqabbel ma’ primjum ta’ 680 punt bażi (jiġifieri 80 punt bażi miżjuda b’600 punt bażi).

    (227)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja ssostni li l-kontrogaranziji kienu diġà mwiegħda meta ETVA ta l-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem. Għalhekk, il-kontrogaranziji marbuta mal-ħlasijiet bil-quddiem tal-ISAP ingħataw qabel l-aħħar ta’ Ġunju 1999. L-ispiża totali annwali ta’ dawn il-garanziji (tariffa ta’ garanzija mħallsa lil ETVA flimkien ma’ tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) kienet ferm inqas minn 480 punt bażi. Huma għalhekk jinkludu għajnuna mill-Istat, li tammonta għad-differenza bejn il-primjum tal-aħħar u l-ispiża totali tal-garanziji għal HSY (il-primjum imħallas lil ETVA (123) u l-primjum imħallas lill-Istat). Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    (228)

    Il-kontrogaranziji relatati mal-ħlasijiet bil-quddiem tal-OSE ngħataw wara Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank ma kien ikompli jipprovdi xi garanzija. Għalhekk, dawn il-kontrogaranziji fit-totalità tagħhom jikkostitwixxu għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali. Jekk dawn il-miżuri jinstabu li huma inkumpatibbli u għadhom ma tħallsux, ikollhom jitwaqqfu immedjatament. Dan, madankollu, ma jkunx suffiċjenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali billi HSY tkun gawdiet għal bosta snin minn garanzija li kieku ma kinitx tirċievi mis-suq. Għall-perjodu sakemm tiskadi l-garanzija, trid tiġi rkuprata wkoll għajnuna li tammonta għad-differenza bejn 680 punt bażi u l-primjums li fil-fatt tħallsu minn HSY.

    4.9.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (229)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva billi tnaqqas l-ispejjeż li HSY normalment kellha ġġorr fil-qafas tal-kuntratti kummerċjali. Billi ma kinitx permessa għajnuna operattiva fis-settur tal-produzzjoni ta’ materjal tal-ferroviji, l-għajnuna ma tistax titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni u għalhekk għandha tiġi rkuprata.

    4.10.   Differiment/skedar mill-ġdid tal-obbligi u rinunzja tal-penali dovuti lill-OSE u lill-ISAP (miżura E12c)

    4.10.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (230)

    HSY ma kinitx kapaċi twettaq l-obbligi tagħha li joħorġu mill-kuntratti għall-materjal tal-ferroviji konklużi mal-OSE u l-ISAP. B’mod partikolari, HSY ma rnexxilhiex tipproduċi l-materjal tal-ferroviji skont il-programm miftiehem. Għalhekk, xi wħud mill-kuntratti ġew innegozjati mill-ġdid u ġiet miftehma skeda ġdida għall-kunsinna. Barra minn hekk, jidher li l-applikazzjoni ta’ klawsoli ta’ penali u mgħaxijiet fuq in-nuqqas ta’ ħlas kif stipulati fil-kuntratti inizjali, ġiet rinunzjata jew posposta.

    4.10.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (231)

    Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni tqajjem dubji li matul in-negozjati li saru fl-2002-03, OSE u ISAP, li huma kumpaniji proprjetà tal-Istat, ġabu ruħhom b’mod aċċettabbli għal impriża privata f’ċirkustanzi simili. Huma setgħu applikaw u/jew reġgħu nnegozjaw il-kuntratti b’mod favorevoli għal HSY, u b’hekk taw għajnuna Mill-Istat lil din tal-aħħar.

    4.10.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (232)

    Elefsis isostni li l-OSE u l-ISAP ma fittxewx li jiksbu l-ħlas sħiħ tal-penali u l-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas li akkumulaw b’riżultat tad-dewmien, u lanqas invokaw il-garanziji mogħtija f’isem HSY għat-twettiq sewwa tal-obbligi kuntrattwali tagħha.

    4.10.4.   Kummenti mill-Greċja

    (233)

    L-awtoritajiet Griegi jsostnu li HSY ħallset il-penali u l-ammont rilevanti kollha ta’ mgħax skont l-obbligi kuntrattwali tagħha, u kwalunkwe negozjar mill-ġdid sar skont prattiċi kummerċjali aċċettati. L-OSE u l-ISAP qatt ma ċedew penali u mgħaxijiet fuq in-nuqqas ta’ ħlas.

    (234)

    Rigward il-kuntratti bejn l-OSE u HSY, fl-aħħar tal-1997 kienu konklużi s-sitt ftehimiet ta’ programmi (minn hawn ‘il quddiem “PA”) li ġejjin: PA 33 SD 33, PA 33 SD 33a, PA 35 SD 35, PA 37 SD 37a, PA 39 SD 39 u PA 41 SD 41a. Il-ftehimiet tal-programmi ġew attivati f’Awwissu u Settembru 1999 bil-ħlas min-naħa tal-OSE tal-ħlasijiet bil-quddiem miftiehma fil-kuntratti tal-1997. L-OSE talbet l-implimentazzjoni f’waqtha tal-ftehimiet mill-2000 ‘il quddiem wara l-ewwel dewmien fil-kunsinna tal-materjal f’dik is-sena. Il-konsorzja li tagħhom kienet tifforma parti HSY pproponew emendi għas-sitt kuntratti bit-termini li ġejjin:

    ħlas mill-konsorzja tal-penali stabbiliti u l-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas fi flus kontanti jew in natura, skont il-preferenza tal-OSE;

    evoluzzjoni tal-formula dwar iż-żieda tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-iskedi miftehma għall-kunsinna tal-kuntratti fit-tul, u mhux fuq il-bażi taż-żminijiet ġodda proposti mill-konsorzja għall-kunsinna, sabiex dawn id-dati ta’ kunsinna jkunu aċċettabbli;

    forniment lill-OSE, għall-użu tagħha mingħajr konsiderazzjoni, ta’ materjal ekwivalenti tal-ferroviji, sabiex, minn naħa waħda, iż-żminijiet ġodda proposti għall-kunsinna jkunu aċċettabbli, u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu mwaqqfa l-evoluzzjoni ulterjuri tal-penali u l-ammonti ta’ mgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas. PA 39 (lokomottivi elettriċi) kien eżentat mill-forniment ta’ vetturi ekwivalenti tal-ferroviji minħabba li l-OSE ma kinitx lestiet l-elettriċizzar tal-linja Patras-Ateni-Tessaloniki, u PA 35 ġie eżentat għax il-konsorzju xtaq li l-evoluzzjoni tal-penali u l-ammonti tal-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas ikomplu skont il-kuntratt;

    Jekk il-materjal ekwivalenti tal-ferroviji ma jiġix fornut jew jekk il-kunsinna (tal-materjal previst fil-kuntratt) tkun tard, il-penali u l-arranġamenti tal-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas ikomplu jevolvu, billi jerġgħu jibdew mill-punt fejn twaqqfu fil-31 ta’ Diċembru 2002.

    (235)

    Fis-07/01/2003 il-bord tal-OSE approva l-emendi proposti. Tliet PAs (33a, 35 u 39) kienu emendati fl-ewwel erba’ xhur tal-2003, u l-kuntratti korrispondenti tal-emenda ġew iffirmati fit-28 ta’ Frar 2003, fis-17 ta’ April 2003 u fit-28 ta’ Frar 2003, rispettivament (124).

    (236)

    Iffaċċjata bid-dilemma li tagħżel bejn id-denunzja jew l-emenda tal-PAs, u minħabba l-ħtiġijiet tagħha għal-Logħob Olimpiku tal-2004, l-OSE qatgħetha li l-interess kummerċjali tagħha kien jinqeda l-aħjar bl-aċċettazzjoni tal-proposta tal-konsorzja għall-emenda tal-ftehimiet, pjuttost milli b’denunzja. Denunzja kienet iċċaħħad lill-OSE mill-aċċettazzjoni ta’ materjal ġdid tal-ferroviji, minħabba li kien jieħu mill-anqas tlieta jew erba’ snin biex kwalunkwe proċeduri ġodda għall-akkwist tal-materjal tal-ferroviji jagħtu l-frott. Il-kuntratti emendati kienu legali u skont dawk oriġinali.

    (237)

    L-informazzjoni ta’ hawn fuq turi li fl-opinjoni tal-Greċja l-konsorzju, u għalhekk HSY, qatt ma ngħata trattament iżjed favorevoli minn dak mogħti lil fornituri oħra tal-OSE, u li l-penali u l-ammonti ta’ mgħax ġew mitluba u nġabru f’kull każ (125). Il-kuntratt ma għamel l-ebda provvediment għal imgħax mhux imħallas fuq l-ammonti tal-penali, iżda l-OSE talbet l-imgħax u ffatturat lill-konsorzju b’dan il-mod.

    (238)

    L-istess japplika fir-rigward tal-ammonti tal-ISAP, li huma ħlasijiet proprji magħmula minn HSY, u mhux provvedimenti. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li ma kien hemm l-ebda negozjar mill-ġdid jew tibdil fil-każ tal-ftehim tal-programm 1/97 (126). Dak il-ftehim kien jaħseb għat-tfassil, bini, konsenja u tħaddim ta’ erbgħin unità multipla, kull waħda tikkonsisti minn tliet vetturi. Il-konsenja tal-unitajiet kienet tard, u għalhekk ġew imposti u miżmuma l-penali u l-imgħax previst fil-ftehim tal-programm (127).

    4.10.5.   Valutazzjoni

    4.10.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (239)

    Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tirrigwarda esklussivament attivitajiet ċivili.

    4.10.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (240)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Griegi pprovdew informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratti kkonċernati, kif mitlub fid-deċiżjoni tal-estensjoni. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, id-dubji mqajma mill-Kummissjoni ġew immitigati. Fil-fatt, HSY ħallset il-penali u l-ammonti ta’ mgħax rilevanti skont l-obbligi kuntrattwali tagħha, u, meta saru n-negozjati mill-ġdid tal-kuntratti, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li n-negozjati ġodda ma sarux skont prattika kummerċjali aċċettata. Kif rikonoxxut minn Elefsis innifsu, id-dewmien fit-twettiq tal-kuntratti sewa lil HSY għexieren ta’ miljuni ta’ euros, preċiżament għaliex OSE u ISAP talbu l-ħlas tal-penali u l-imgħax għal inadempjenza, jew, inkella, il-forniment ta’ vetturi tal-ferrovija ekwivalenti. Dwar l-argument ta’ Elefsis li OSE u ISAP, kieku kienu kumpaniji privati, kienu jirrifjutaw l-emendi kollha proposti mill-konsorzju, u b’hekk jitolbu l-ħlas kollu tal-penali u l-imgħax għal inadempjenza u jitolbu l-ħlas malajr f’kontanti pjuttost milli jifirxu l-pagamenti fuq perjodu itwal, jista’ jingħad li dan huwa improbabbli ħafna. Fil-fatt, kieku OSE u ISAP adottaw approċċ daqstant inflessibbli qabel it-tmiem tal-bejgħ ta’ HSY, dan probabbli kien jiskoraġġixxi lill-proprjetarju l-ġdid milli jixtri t-tarzna. Kif se jiġi spjegat fl-analiżi tal-miżura E18c, it-tarzna, mingħajr dan il-bejgħ, wisq probabbli kienet tfalli. Anki wara x-xiri minn HDW/Ferrostaal, il-qagħda finanzjarja tat-tarzna ma marritx għall-aħjar. Għalhekk, kieku OSE u ISAP adottaw approċċ totalment inflessibbli, kien hemm riskju reali li HSY kienet tfalli. Dan ifisser li t-twettiq tal-kuntratti eżistenti kien jitwaqqaf. Dan ifisser li OSE u ISAP kien ikollhom jorganizzaw sejħa ġdida għall-offerti, il-kuntratt kien jingħata lil fornitur ġdid, u l-konsenja kienet tiġi ttardjata b’diversi snin. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li xerrej f’ekonomija tas-suq jista’ jaċċetta negozjar ġdid parzjali li jippermetti t-tlestija tal-kuntratt eżistenti f’qafas ta’ żmien raġonevoli, b’mod li x-xerrej finalment jirċievi l-materjal ordnat tal-ferrovija b’dewmien limitat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-probabbiltà li l-kuntratti jitlestew f’qafas ta’ żmien raġonevoli żdiedet meta HSY ġiet privatizzata billi s-sid privat il-ġdid kellu esperjenza fl-immaniġġar ta’ proġetti kumplessi u kien kumpanija privata motivata mill-profitt u għalhekk ħerqan li jillimita d-dewmien biex inaqqas il-konsegwenzi finanzjarji negattivi.

    (241)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx evidenza konvinċenti li l-imġiba ta’ OSE u ISAP ma kinitx tkun aċċettabbli għal kumpanija privata f’ċirkustanzi simili. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-mod li bih ġew implimentati l-kuntratti ma’ OSE u ISAP u l-bidliet limitati fil-kuntratti aċċettati minn OSE fl-2002-03 ma jinvolvux elementi ta’ għajnuna.

    4.11.   Self ta’ ETVA biex jiffinanzja l-kuntratt ta’ Strintzis (miżura E13a)

    4.11.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (242)

    Fid-29 ta’ Ottubru 1999, ETVA ta self ta’ GRD 16.9-il biljun (EUR 49.7 miljun) lil HSY biex tiffinanzja l-bini taż-żewġ laneċ ordnati mill-kumpanija Strintzis. Ir-rata tal-imgħax kienet LIBOR (128) u 100 punt bażi. F’Ġunju 2001, inħolqot ipoteka preferenzjali fuq iż-żewġ bastimenti li kienu qegħdin jinbnew. Is-self tħallas lura b’mod sħiħ lill-bank sellief fit-8 ta’ Ottubru 2004.

    4.11.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (243)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni qajmet dubji dwar jekk iċ-ċessjoni ta’ ipoteka fuq il-bastimenti u l-primjums tal-assigurazzjoni kinux jikkostitwixxu sigurtà suffiċjenti. Barra minn hekk, kien jidher li s-self ingħata mill-ewwel lil HSY, filwaqt li dan kellu jingħata b’mod parallel mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni. Aktar minn hekk, ir-rata tal-imgħax dehret insuffiċjenti fid-dawl tad-diffikultajiet tat-tarzna. Fl-aħħar nett, il-kombinazzjoni ta’ dan is-self u l-miżura li jmiss (miżura E13b) tindika li parti sostanzjali mill-finanzjament taż-żewġ bastimenti ordnati minn Strintzis kienet megħjuna minn ETVA.

    4.11.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (244)

    Elefsis isostni li l-ebda bank privat ma kien jagħti dan is-self. L-ewwel nett ETVA ma kellu ebda sigurtà meta ġie konkluż is-self billi l-ipoteka fuq il-bastimenti nħolqot ferm wara. Barra minn hekk, Elefsis jaqbel li l-valur tas-suq tal-bwieq fil-kostruzzjoni huwa baxx.

    4.11.4.   Kummenti mill-Greċja

    (245)

    Il-Greċja u HSY jisħqu li l-kundizzjonijiet tas-self kienu tas-soltu għal dak iż-żmien. Ir-rapport Deloitte jikkonferma li kemm il-bank speċifiku (ETVA) kif ukoll il-banek Griegi b’mod ġenerali kienu qegħdin jagħtu self lill-kumpaniji b’rata ta’ mgħax simili. HSY tagħti dettalji dwar is-sigurtajiet li ngħataw lil ETVA fiż-żmien tal-kuntratt tas-self (ċessjoni tal-prezz taż-żewġ bastimenti, tal-indennizzi, u tal-klejms kontra terza parti li jirriżultaw mill-karta jew b’mod ġenerali l-użu tal-bastimenti) u aktar tard (l-ipoteka fuq il-bastimenti), u tikkonkludi li dawn kienu adegwati. Il-Greċja tagħti wkoll il-kalendarju skont liema s-self ġie mogħti minn ETVA lil HSY u li juri li dan tħallas b’mod parallel mal-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni.

    4.11.5.   Valutazzjoni

    4.11.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (246)

    Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tappoġġa direttament attività ċivili.

    4.11.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (247)

    Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Dan is-self ġie konkluż wara Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank ma kien ikompli jsellef lil HSY. Il-Greċja ssostni li s-sigurtà marbuta mas-self naqqset ir-riskju tant li l-għoti tas-self kien ikun aċċettabbli għal investitur privat. Din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Iċ-ċessjoni tal-prezz tal-bastimenti tirrappreżenta sigurtà soda biss jekk it-tarzna ttemm b’suċċess il-bini tal-bastiment, li mhuwiex ċert. Jekk it-tarzna tfalli waqt il-bini tal-bastiment, din is-sigurtà ma jkollha ebda valur billi l-prezz tax-xiri ma jkunx jista’ jintalab mingħand Strintzis billi dan tal-aħħar ma jkunx irċieva l-bastimenti ordnati (129). Dan ifisser li s-sigurtà tkun bla valur preċiżament fix-xenarju li fih tkun meħtieġa. Rigward il-kostituzzjoni ta’ ipoteka fuq kull wieħed mill-bastimenti taħt kostruzzjoni, din ġiet mogħtija biss lil ETVA f’Ġunju 2001, wara sewwa li nħareġ is-self lil HSY. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-valur tal-bastimenti taħt kostruzzjoni huwa relattivament baxx u huma diffiċli biex jinbiegħu. Eżempju ta’ dan jinsab f’dan il-każ. Fil-fatt, HSY ma rnexxilhiex tlesti l-bini taż-żewġ bastimenti u, għalhekk, il-kuntratt ma’ Strintzis ġie revokat f’Lulju 2002. HSY kellha bżonn mhux inqas minn sentejn biex tbigħ il-bwieq li kienu qegħdin jinbnew u HSY rċeviet biss EUR 14-il miljun, li jikkorrispondi biss għal terz tal-ammont missellef minn ETVA biex tiġi ffinanzjata l-kostruzzjoni.

    (248)

    Rigward id-dikjarazzjoni tal-Greċja, HSY u Deloitte li r-rata tal-imgħax tas-self mogħti lil HSY kienet simili għar-rata ta’ ħafna self ieħor mogħti matul l-istess perjodu minn ETVA u mill-banek Griegi, hija ma turix li s-self mogħti lil HSY mhuwiex għajnuna. Fil-fatt, il-Greċja, HSY u Deloitte la analizzaw u lanqas urew li l-qagħda finanzjarja tal-partijiet l-oħra li ssellfu li ntużaw bħala punt ta’ tqabbil kienet simili għal dik ta’ HSY, jiġifieri li l-qagħda finanzjarja tagħhom kienet ħażina daqs dik ta’ HSY. Għalhekk huma ma wrewx li l-banek privati kienu lesti li jsellfu lill-kumpaniji f’diffikultà b’rata ta’ mgħax simili għal dik tas-self preżenti. Li wieħed iqabbel ir-rata tal-imgħax ta’ self mogħti lil kumpaniji differenti mingħajr ma jiġi vverifikat li r-riskju li refgħu l-kumpaniji selliefa huwa simili huwa eżerċizzju inutli. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili ma kien jagħti dan is-self lil HSY, li għalhekk jikkostitwixxi għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.11.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (249)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva billi tnaqqas l-ispejjeż li HSY normalment kien ikollha ġġorr fil-qafas ta’ kuntratti kummerċjali. Kif konkluż aktar ‘il fuq, is-self fil-fatt ippermetta lil HSY li tagħmel dan il-kuntratt kummerċjali, li ma kinitx tkun tista’ tiffinanzjah billi tiġbor fondi mis-suq. Il-Kummissjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98, l-għajnuna operattiva relatata mal-kuntratti kienet awtorizzata għal kuntratti ta’ bini tal-bastimenti ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2000. Madankollu, HSY ma kinitx intitolata li tirċievi għajnuna għall-kuntratt ma’ Strintzis billi HSY qatt ma lestiet il-bastimenti, huma qatt ma ġew ikkonsenjati, u l-kuntratt ma’ Strintzis ġie kkanċellat (130). Barra minn hekk, il-bwieq inbiegħu biss lil xerrej ġdid fl-2004, jiġifieri diversi snin wara l-31 ta’ Diċembru 2000.

    (250)

    Billi l-għajnuna hija illegali u inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata. Billi s-self ġie mħallas lura, parti mill-vantaġġ li rċeviet HSY diġà ġie rtirat. Madankollu, bis-saħħa ta’ dan is-self ta’ ETVA, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont tas-self għal diversi snin, ammont li kieku HSY ma kienx ikollha għad-dispożizzjoni tagħha matul dak il-perjodu. Dan il-vantaġġ jeħtieġ li jiġi rkuprat ukoll. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li għandha tiġi rkuprata għajnuna li tammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa lil ETVA u r-rata tal-imgħax għall-Greċja (131) flimkien ma’ 600 bps għall-perjodu mill-ħlas tas-self lil HSY sad-data ta’ meta s-self ġie assigurat b’ipoteka fuq il-bwieq. Għall-perjodu minn dak iż-żmien ‘il quddiem sal-ħlas lura tas-self, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa lil ETVA u r-rata ta’ referenza għall-Greċja flimkien ma’ 400 bps. It-tnaqqis b’terz ta’ dan il-primjum għar-riskju jirrifletti l-fatt li l-ipoteka fuq il-bwieq kienet se tnaqqas parzjalment it-telf tas-sellief fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas minn HSY, u għalhekk naqqset ir-riskju tas-self għal ETVA. B’mod partikolari, kif indikat ftit ilu, HSY irnexxielha tbigħ il-bwieq bi prezz bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal terz tal-flus missellfa mingħand ETVA.

    4.12.   Garanzija ta’ ETVA fir-rigward tal-kuntratt ma’ Strintzis (miżura E13b)

    4.12.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (251)

    Fl-1999, HSY użat żewġ garanziji minn ETVA biex tassigura l-ħlasijiet bil-quddiem ta’ Strintzis li kienu jammontaw għal EUR 6,6 miljuni. Il-garanziji kienu kkanċellati f’Lulju 2002 meta l-kuntratt għall-bini tal-bastimenti ma’ Strintzis ġie kkanċellat.

    4.12.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (252)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tqis li ż-żewġ garanziji, li t-termini tagħhom ma kinux magħrufa fiż-żmien tad-deċiżjoni, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna.

    4.12.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (253)

    Elefsis jenfasizza l-fatt li l-Istat/ETVA fl-istess ħin assuma r-rwol ta’ garanti, kreditur, azzjonist u l-akbar klijent ta’ HSY. Billi għamel dan, l-Istat kien qiegħed ipoġġu ruħu f’sitwazzjoni ta’ riskju finanzjarju serju. Billi assuma dan ir-rwol multiplu, l-Istat fil-fatt kien qiegħed jipprovdi finanzi mingħajr ebda assigurazzjoni billi f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas u/jew insolvenza tal-kumpanija, l-Istat ma jkollu ebda rimedju u jġarrab telf żgur billi l-valur tal-assi tat-tarzna jitqies bħala insuffiċjenti biex ikopri l-obbligazzjonijiet kollha.

    4.12.4.   Kummenti mill-Greċja

    (254)

    Il-Greċja tindika li l-ewwel garanzija ngħatat fl-4 ta’ Marzu 1999 u t-tieni ngħatat fis-17 ta’ Ġunju 1999. Skont l-ewwel rapport Deloitte ppreżentat minn HSY, dawn kienu jammontaw rispettivament għal EUR 3,26 miljuni u EUR 3,38 miljuni. Il-Greċja tfakkar li ETVA ma ħallas ebda ammonti taħt il-garanziji wara l-kanċellazzjoni tal-kuntratt ma’ Strintzis fl-2002. Dan jipprova li HSY ma kinitx parti li tissellef b’riskju għoli li ma tħallasx. Barra minn hekk, il-Greċja u HSY jindikaw li bħala sigurtà għal din il-garanzija ta’ EUR 6,6 miljuni ETVA rċieva l-konċessjoni tad-dħul ta’ HSY li jirriżulta mill-Ftehim 39 mal-OSE, li l-prezz kuntrattwali tiegħu għal HSY kien jammonta għal EUR 8,5 miljuni. Il-konsulent jikkonferma li HSY setgħet irċeviet iż-żewġ garanziji mingħand bank privat.

    4.12.5.   Valutazzjoni

    4.12.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (255)

    Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tappoġġa direttament attività ċivili.

    4.12.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (256)

    Il-Kummissjoni tosserva li ż-żewġ garanziji ngħataw qabel it-30 ta’ Ġunju 1999. Kif spjegat aktar kmieni, il-Kummissjoni tqis li f’dak iż-żmien HSY kien għad kellha aċċess għas-suq finanzjarju, iżda bi prezz li kien jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fraġli ħafna ta’ HSY.

    (257)

    Il-Greċja u HSY isostnu li l-konċessjoni tad-dħul li jirriżulta mill-Ftehim 39 ma’ OSE kienet sigurtà adegwata li tirrendi l-għoti tal-garanzija aċċettabbli għal investitur privat. Il-Kummissjoni tosserva li, f’każ li HSY tfalli, din is-sigurtà ma kinitx tippermetti lil bank li jirkupra l-flus. Fil-fatt, kieku HSY falliet, il-bini tal-vetturi tal-ferrovija kien jieqaf, ma kienet issir ebda konsenja lil OSE u ma seta’ jintalab ebda ħlas minn OSE taħt dak il-Ftehim (132). Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tifhem kif din is-sigurtà setgħet naqqset b’mod sinifikanti r-riskju ta’ self lil HSY.

    (258)

    HSY ma kinitx kapaċi tindika lill-Kummissjoni jew lill-konsulent tagħha stess (ara l-ewwel rapport Deloitte, paġna 4-9) jekk HSY kinitx kuntrattwalment obbligata jew le li tħallas primjum ta’ garanzija lil ETVA u x’kien il-livell ta’ dan il-primjum. Kif spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E12b, HSY suppost li kellha tħallas primjum annwali ta’ mill-anqas 480 punt bażi għal tali garanzija. Meta wieħed jikkunsidra l-livell tal-primjums l-oħra ta’ garanzija mħallsa minn HSY lil ETVA, huwa improbabbli ħafna li l-primjum ta’ garanzija li fil-fatt ħallset HSY kien għoli sa 480 punt bażi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat, li tammonta għad-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija annwali li fil-fatt tħallset lil ETVA u primjum ta’ garanzija ta’ 480 punt bażi. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.12.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (259)

    Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E13a, il-Kummissjoni tqis li din it-tip ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li ma tistax tinstab kumpatibbli fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1540/98. Din għalhekk hija illegali u inkumpatibbli u trid tiġi rkuprata.

    4.13.   Garanzija Mill-Istat li tassigura self ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29.3 miljun) (miżura E14)

    4.13.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (260)

    Wara t-terremot ta’ Settembru 1999, fit-13 ta’ Jannar 2000 ETVA ta self ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29.3 miljun) lil HSY, li kien assigurat b’garanzija Mill-Istat mogħtija b’deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi datata 8 ta’ Diċembru 1999. ETVA ċċarġja rata ta’ mgħax ta’ EURIBOR u 125 punt bażi (133) u l-Istat iċċarġja primjum ta’ garanzija ta’ 100 punt bażi.

    4.13.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (261)

    Minħabba l-qagħda finanzjarja ta’ HSY f’dak iż-żmien, huwa dubjuż li t-termini tal-garanzija kienu jkunu aċċettabbli għal invetitur f’ekonomija tas-suq. Rigward il-kumpatibbiltà fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b), il-Greċja ma wrietx li d-daqs tal-miżura kien proporzjonali mal-ħsara li sofriet HSY.

    4.13.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (262)

    Elefsis iħoss li l-ebda bank ma kien isellef flus lil HSY f’dak iż-żmien minħabba l-qagħda finanzjarja tagħha. Il-garanzija għandha titqies bħala għajnuna kumpatibbli biss jekk tkun limitata għall-ammonti strettament neċessarji biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara li tirriżulta minn diżastru naturali speċifiku.

    4.13.4.   Kummenti mill-Greċja

    (263)

    Il-Greċja u HSY ma jaqblux li l-miżura hija selettiva billi l-garanzija ngħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 2322/1995, li tistipula t-termini u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ garanzija f’isem l-Istat Grieg lil kwalunkwe kumpanija li tapplika. Barra minn hekk, huma jsostnu li l-primjum ta’ garanzija ta’ 1 % kien ikun aċċettabbli għal investitur privat. Barra dan, HSY setgħet issellfet mis-suq mingħajr garanzija mill-Istat billi tuża forom oħra ta’ garanzija, bħal pereżempju ċ-ċessjoni tat-talbiet minn kuntratti kbar u l-ipotekar tal-assi tagħha. Anki kieku l-miżura kellha tikkostitwixxi għajnuna, din hija parzjalment kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) sakemm l-imsemmi kapital ingħata bħala kumpens għall-ħsara li HSY ġarrbet minħabba t-terremot u taqa’ parzjalment taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat safejn għandha x’taqsam direttament mal-attivitajiet militari ta’ HSY.

    4.13.5.   Valutazzjoni

    4.13.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (264)

    Rigward l-applikabilità tal-Artikolu 296, it-test tad-deċiżjoni li biha ETVA ddeċieda li jagħti s-self assigurat juri li ETVA kien ikkonċernat inter alia bit-tkomplija tal-attivitajiet militari ta’ HSY. Madankollu, ma hemm ebda dispożizzjoni kuntrattwali li tisforza lil HSY biex tuża s-self assigurat għall-iffinanzjar tal-attivitajiet militari. Fi kliem ieħor, ETVA ried iżomm lil HSY ħajja sabiex jiżgura t-tkomplija tal-attivitajiet militari, iżda ma assenjax is-self assigurat għall-finanzjament ta’ attività partikolari. HSY kienet ħielsa li tuża l-flus kif xtaqet. Kif diġà spjegat, għal dawn il-miżura li huma mogħtija lit-tarzna kollha kemm hi, il-Kummissjoni tqis li 25 % tas-self assigurat intuża għal attivitajiet ċivili u 75 % għal attivitajiet militari. Għalhekk, 25 % biss tal-garanzija Mill-Istat (jiġifieri ammont inizjali ta’ GRD 2,5 biljuni (EUR 7,34 miljuni) jrid jiġi valutat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u jista’ jiġi rkuprat jekk jikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli. 75 % tal-garanzija Mill-Istat taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u mhijiex koperta bir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.13.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (265)

    Dwar is-selettività tal-miżura, il-Kummissjoni diġà wriet fil-valutazzjoni tal-miżura E12b li l-Liġi 2322/1995 mhijiex miżura ġenerali.

    (266)

    Dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni tfakkar li s-self assigurat ingħata f’Jannar 2000, fi żmien meta l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jipprovdi self jew garanzija lil HSY, kif ġie konkluż qabel. Mingħajr garanzija mill-Istat, l-ebda bank ma kien jipprovdi self lil HSY. Il-garanzija mill-Istat għalhekk tat vantaġġ ċar lil HSY.

    (267)

    Bħala konklużjoni, dik il-parti tal-garanzija Mill-Istat mhux koperta bl-Artikolu 296 tat-Trattat tikkostitwixxi għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 8(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.13.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (268)

    Rigward il-kumpatibbiltà ta’ din il-għajnuna fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat, l-ebda parti ma tikkontesta li t-terremot ta’ Settembru 1999 kien “diżastru naturali”. Filwaqt li l-kuntratt tas-self mhux biss ma ġiex iffirmat qabel it-13 ta’ Jannar 2000, HSY talbet dan il-finanzjament minn ETVA sa mill-ewwel ftit ġimgħat wara t-terremot. Skont l-awtoritajiet Griegi, il-ħsara għat-tarzna ammontat l-ewwel nett għall-prezz biex jiġu msewwija l-installazzjonijiet fiżiċi u, it-tieni, għall-ispejjeż iġġenerati mid-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti. Madankollu, il-Greċja ma ppreżentat ebda stima tat-tieni tip ta’ ħsara. Kieku l-Greċja xtaqet tikkumpensa lil HSY għall-aħħar tip ta’ spejjeż, hija kien imissha tal-anqas tipprova tikkwantifikahom u dan il-kalkolu kellu jsir fuq metodu verifikabbli. Billi dan ma sarx u billi l-għajnuna tista’ tinstab kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) biss jekk tkun limitata strettament għall-kumpens għall-ħsara mġarrba, il-Kummissjoni tħoss li dawn l-ispejjeż ipotetiċi ma jikkostitwux bażi valida għall-kumpatibbiltà tal-għajnuna (134). Dwar l-ewwel tip ta’ spejjeż (it-tiswija tal-ħsarat fiżiċi), il-Kummissjoni tosserva li ma ġie stabbilit l-ebda mekkaniżmu biex jassigura li d-daqs tal-garanzija Mill-Istat jitnaqqas ladarba jiġi stabbilit eżattament id-daqs tal-ħsarat imġarrba u l-kumpens jitħallas lil HSY mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Fl-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004 (135), il-Greċja kkalkulat li l-ħsarat fiżiċi kienu jammontaw għal madwar GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni). Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-ammont li jaqbeż dawk il-figuri, jiġifieri EUR 20,5 miljun, ma kienx relatat mal-ħsarat ikkawżati mit-terremot. Min-naħa l-oħra, EUR 8,8 miljuni jistgħu jitqiesu proporzjonali mal-ħsarat imġarrba, iżda biss sal-ewwel kwart tal-2002, meta l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ħallsu kumpens ta’ EUR 3,52 miljuni (136). Minn dik id-data, il-garanzija Mill-Istat suppost li tnaqqset b’ammont ekwivalenti. Għaldaqstant, minn dik id-data, il-bilanċ biss (EUR 8,8 miljuni – EUR 3,5 miljuni = EUR 5,3 miljuni) seta’ jitqies li jaqbel mal-ħsarat netti mġarrba (jiġifieri l-ħsarat imġarrba tnaqqas minnhom il-kumpens imħallas lil HSY mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni).

    (269)

    Kif indikat aktar kmieni, billi 75 % tas-self assigurat huwa kkunsidrat li jiffinanzja attivitajiet militari, 25 % biss tal-garanzija jaqa’ taħt kontroll tal-għajnuna mill-Istat u nstab li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madankollu, huwa raġonevoli wkoll li wieħed jissupponi li 25 % biss tal-ħsara mġarrba minn HSY kienet relatata mal-attivitajiet ċivili tagħha minħabba li t-terremot għamel ħsara lill-faċilitajiet ta’ HSY mingħajr distinzjoni bejn il-faċilitajiet militari, il-faċilitajiet ċivili u l-faċilitajiet użati għaż-żewġ tipi ta’ attivitajiet. Fi kliem ieħor, m’hemm ebda raġuni biex wieħed jikkunsidra li 100 % tal-ħsara mġarrba minn HSY għandha tiġi ffinanzjata mill-25 % tal-garanzija Mill-Istat li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, jistgħu jiġu kkunsidrati biss 25 % tal-ħsarat meta ssir valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex proporzjonali jew le mal-ħsarat imġarrba. Bħala konklużjoni, mill-għajnuna Mill-Istat, ammont ekwivalenti għal 25 % tal-parti tal-garanzija Mill-Istat kkunsidrata proporzjonali mal-ħsara mġarrba (kif definita fil-paragrafu preċedenti) jikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b). Fi kliem ieħor, mill-parti tal-garanzija Mill-Istat li tikkostitwixxi għajnuna, GRD 750 miljun (EUR 2,20 miljuni) – jiġifieri 25 % ta’ GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni) – huwa kumpatibbli mal-ħlas tal-kumpens mill-assiguraturi fl-ewwel kwart tal-2002. Wara dik id-data, EUR 1,32 miljun biss – jiġifieri 25 % ta’ GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni) bi tnaqqis ta’ EUR 3,52 miljuni – huwa kumpatibbli. Il-bqija tal-għajnuna mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    (270)

    Jekk il-garanzija Mill-Istat għadha ma tħallsitx, il-parti ta’ din il-garanzija li tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli (jiġifieri 25 % tal-garanzija li għadha ma tħallsitx, tnaqqas minnha EUR 1,32 miljun li huwa kumpatibbli) għandha tiġi revokata immedjatament. Il-kanċellazzjoni tal-garanzija inkumpatibbli mhijiex biżżejjed biex treġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali. Fil-fatt, bis-saħħa tal-garanzija inkumpatibbli tal-Istat, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha għal diversi snin garanzija li kieku ma kinitx tirċievi. Sabiex tiġi rkuprata din l-għajnuna inkumpatibbli addizzjonali, il-Kummissjoni tqis li, mill-għoti tas-self assigurat sat-tmiem tal-garanzija Mill-Istat inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata għajnuna ugwali għad-differenza bejn il-prezz totali tal-garanzija assigurata (rata tal-imgħax flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 bps. Dan l-ammont irid jiġi kkalkulat fir-rigward tal-parti tal-garanzija Mill-Istat li kienet tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

    4.14.   Self mogħti minn ETVA fl-1997 u fl-1998 (miżura E16)

    4.14.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (271)

    Din il-miżura tikkonsisti minn tliet selfiet mogħtija minn ETVA lil HSY fl-1997 u fl-1998.

    (272)

    L-ewwel, fil-25 ta’ Lulju 1997 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ GRD 1,99 biljun (EUR 5,9 biljuni), b’data ta’ skadenza ffissata għall-31 ta’ Ottubru 1997. Hija kellha rata ta’ mgħax ta’ ATHIBOR u 200 punt bażi u ngħatat biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Hija ġiet assigurata b’kontijiet riċevibbli mingħand il-Flotta Ellenika.

    (273)

    It-tieni, fil-15 ta’ Ottubru 1997 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ USD 10 miljuni, biex tkopri wkoll il-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma (137). Is-self kellu rata tal-imgħax ta’ LIBOR flimkien ma’ 130 punt bażi u kien assigurat kontra kontijiet riċevibbli mill-kuntratt mal-Flotta Griega. Fid-19 ta’ Mejju 1999 ETVA rċieva sigurtà addizzjonali għas-self permezz taċ-ċessjoni ta’ kull talba fir-rigward tal-Ftehim tal-Programm 1/97 li HSY kienet ikkonkludiet ma’ ISAP għall-bini u l-forniment ta’ 125 karozza tal-ferrovija. Is-self tħallas lura f’Jannar 2000.

    (274)

    It-tielet, fis-27 ta’ Jannar 1998 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ USD 5 miljuni, ukoll b’rata tal-imgħax ta’ LIBOR u 130 punt bażi. L-iskop kien ukoll li tkopri l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Ma ġiet ipprovduta l-ebda sigurtà għal din it-tielet linja ta’ kreditu.

    4.14.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (275)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li dawn is-selfiet jidhru li jikkostitwixxu għajnuna, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, il-fatt li l-ewwel żewġ selfiet kienu assigurati b’ammonti dovuti mill-Flotta Ellenika ma jfissirx awtomatikament li dawn is-selfiet kienu koperti mill-Artikolu 296 tat-Trattat.

    4.14.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (276)

    Elefsis jgħid li minħabba l-qagħda finanzjarja tat-tarzna f’dak il-mument, l-ebda bank privat ma kien jipprovdi dawn is-selfiet lil HSY.

    4.14.4.   Kummenti mill-Greċja

    (277)

    Il-Greċja u HSY isostnu li ETVA kiseb sigurtà adegwata biċ-ċessjoni tat-talbiet fuq il-kontijiet riċevibbli mill-Flotta Ellenika. Il-Greċja tindika li dawn it-tliet selfiet tħallsu lura b’mod sħiħ lill-bank sellief u ssostni li kwalunkwe għajnuna illegali, quod non, ġiet irkuprata permezz tal-ħlas lura. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Griegi jiddikjaraw li, minħabba t-tip ta’ sigurtajiet ipprovduti lill-bank sellief u l-fatt li HSY kienet attiva prinċipalment fis-settur tad-difiża, il-Kummissjoni mhijiex permessa li tanalizza dawn il-miżuri fuq il-bażi tal-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE iżda trid tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 298 tat-Trattat.

    4.14.5.   Valutazzjoni

    4.14.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (278)

    Rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 296 u 298 tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li ż-żewġ faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija fl-1997 kienu assigurati b’ammonti dovuti minn kuntratt militari. Madankollu, dan il-fatt waħdu ma jurix li l-faċilitajiet ingħataw biex jiffinanzjaw it-twettiq ta’ dawn il-kuntratti militari. Il-Greċja ma ressqitx evidenza li kien hemm obbligu kuntrattwali li jillimita l-użu ta’ dawn il-fondi għall-finanzjament tat-twettiq ta’ kuntratti militari. Mill-banda l-oħra, il-Greċja tindika li ż-żewġ selfiet ingħataw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. L-ewwel rapport Deloitte jikkonferma li dawn ingħataw għal skopijiet ta’ kapital ta’ ħidma u ma jindikax li kienu assenjati għall-finanzjament ta’ attività partikolari. Dan huwa sostnut mill-fatt li ngħatat sigurtà addizzjonali relatata ma’ kuntratt ċivili (jiġifieri l-kuntratt ma’ ISAP) fir-rigward tal-faċilità ta’ kreditu ta’ USD 10 miljuni. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li dawn it-tliet selfiet iffinanzjaw lit-tarzna kollha kemm hi u mhux biss l-attivitajiet militari. Kif indikat fis-Sezzjoni 3.3, il-Kummissjoni għalhekk tqis li 25 % tas-selfiet iffinanzjaw l-attivitajiet ċivili ta’ HSY mhumiex koperti bl-Artikolu 296 u għalhekk jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.14.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (279)

    Dwar is-sigurtajiet ipprovduti – il-konċessjoni tal-kontijiet riċevibbli mill-kuntratt mal-Flotta Ellenika u ma’ ISAP – il-Kummissjoni tqis li dawn ma offrewx protezzjoni soda kontra t-telf f’każ li HSY tfalli. Fil-fatt, kieku HSY waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, kien jieqaf it-twettiq tal-kuntratti li kien hemm mal-Flotta u ma’ ISAP. Billi l-ebda prodott ma kien jiġi kkonsenjat lill-Flotta u lil ISAP, dawn ma kinux ikunu responsabbli biex iħallsu l-prezz tax-xiri (138). Rigward l-eżistenza ta’ ammonti dovuti għall-prodotti diġà kkonsenjati lill-Flotta u lil ISAP, il-Greċja ma wrietx, l-ewwel nett, li dawn it-talbiet kienu jeżistu, it-tieni, li setgħu jinġabru u, it-tielet, li kienu jirrappreżentaw – fuq bażi kontinwa matul iż-żmien kollu tas-self – ammont kbir biżżejjed biex itaffi r-riskju tat-telf f’każ li HSY tfalli.

    (280)

    Kif konkluż fis-sezzjoni 3.1, fl-1997 u fl-1998, il-banek privati kienu jiċċarġjaw rata ta’ mgħax li tammonta għar-rata ta’ referenza flimkien ma’ 400 punt bażi, jiġifieri ATHIBOR u 700 punt bażi. Ma teżisti l-ebda rata ta’ referenza fid-dollaru. Madankollu, billi r-rata ta’ referenza f’muniti b’saħħithom ġiet stabbilita biż-żieda ta’ primjum ta’ 75 punt bażi (139) mar-rata ta’ bejn il-banek u billi ż-żewġ selfiet fid-dollaru kellhom rata tal-imgħax varjabbli mogħtija fuq LIBOR, il-Kummissjoni tħossha koerenti mal-approċċ preċedenti li tikkalkula l-ammont ta’ għajnuna fuq il-bażi ta’ US LIBOR u 475 punt bażi (jiġifieri US LIBOR u 75 punt bażi biex tinbena r-rata ta’ referenza, flimkien ma’ primjum tar-riskju ta’ 400 punt bażi biex jirrifletti r-riskju speċjali tas-self lil HSY). Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jidher li l-primjum iċċarġjat għal dawn it-tliet selfiet huwa inqas mir-rata li kienet tkun iċċarġjata minn investitur f’ekonomija tas-suq.

    (281)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li dik il-parti ta’ dawn it-tliet selfiet li ma taqax taħt l-Artikolu 296, jiġifieri 25 % ta’ dawn is-selfiet, tinkludi għajnuna mill-Istat. L-għajnuna tammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax iċċarġjata minn ETVA u r-rata tal-imgħax li kienet tkun iċċarġjata minn investitur f’ekonomija tas-suq, kif definit aktar ‘il fuq. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, hija ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.14.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (282)

    Dawn it-tliet selfiet ingħataw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Għalhekk huma jikkostitwixxu għajnuna operattiva, jiġifieri għajnuna mogħtija biex tiffinanzja l-operazzjoni tat-tarzna b’mod ġenerali u mhux proġett partikolari. Huma ngħataw fi żmien meta l-għajnuna għas-settur tal-bini tal-bastimenti kienet għadha rregolata bid-Direttiva 90/684/KEE. L-Artikolu 4 u 5 ta’ din id-Direttiva jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna operattiva għal attivitajiet ta’ bini tal-bastimenti u ta’ konverżjoni tal-bastimenti, li huma t-tnejn definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva. Madankollu, fis-snin li matulhom ingħata s-self, jiġifieri l-1997 u l-1998, HSY ma kellhiex attivitajiet bħal dawn. Id-Direttiva 90/684/KEE tipprojbixxi għajnuna għat-tiswija tal-bastimenti, li kienet l-attività ċivili ewlenija ta’ HSY fl-1997 u fl-1998. L-għajnuna għalhekk ma tistax tinstab kumpatibbli mas-suq komuni u, billi ngħatat b’mod illegali, għandha tiġi rkuprata.

    (283)

    Kif enfasizzat mill-Greċja, is-self ġie rimborżat. L-għajnuna kif definita qabel għalhekk trid tiġi rkuprata għall-perjodu mill-ħruġ tas-self lil HSY sal-ħlas lura tiegħu.

    4.15.   Kontrosussidjar bejn l-attivitajiet militari u ċivili sal-2001 (miżura E17)

    4.15.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (284)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li donnu kien hemm kontrosussidjar bejn l-attivitajiet militari u ċivili. B’mod partikolari, hija tiddeskrivi żewġ każijiet fejn, fil-qafas tal-kuntratti militari, HSY rċeviet ħlasijiet kbar bil-quddiem li kienu jaqbżu l-ħtiġijiet immedjati tagħha li joħorġu mit-twettiq tal-kuntratt korrispondenti, b’mod li HSY setgħet tuża dawn il-flus biex tiffinanzja attivitajiet oħra. L-ewwel nett, ir-Rapport Amministrattiv ta’ HSY 2001 isemmi li “kienu riċevuti ammonti li jlaħħqu sa EUR 81,3 miljun bħala ħlasijiet bil-quddiem għal attivitajiet militari, iżda fil-biċċa l-kbira ntużaw fuq attivitajiet oħra u l-ispejjeż operattivi tal-kumpanija.” It-tieni, fis-sottomissjoni tiegħu fil-qafas ta’ azzjoni legali quddiem Qorti Griega, il-konsorzju HDW/Ferrostaal jindika li mill-anqas parti mill-fondi (stmata minn Elefsis li taqbeż EUR 40 miljun) li ngħatat HSY għall-bini tal-gunboats (kuntratt iffirmat fil-21 ta’ Diċembru 1999) intuża għal skopijiet oħra.

    4.15.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (285)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tafferma li meta dokumenti jirreferu b’mod espliċitu għall-użu ta’ fondi riċevuti għal kuntratti militari għal “attivitajiet oħra”, il-Kummissjoni hija libera li tiddubita li dawn il-fondi huma koperti bl-Artikolu 296 u ma jikkostitwux għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1). Id-deċiżjoni tal-estensjoni tirrikkmanda wkoll l-introduzzjoni ta’ kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili u militari, sabiex ikun evitat li attivitajiet ċivili jiġu ffinanzjati b’għajnuna mill-Istat ipprovduta għall-attivitajiet militari.

    4.15.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (286)

    Elefsis isostni li l-kontrosussidjar huwa diffiċli biex jinstab billi m’hemm ebda separazzjoni fil-kontabilità tal-attivitajiet ċivili u militari ta’ HSY. Madankollu, meta jiġu analizzati l-attivitajiet imwettqa mit-tarzna fl-2001, jirriżulta li l-attivitajiet militari kienu limitati. Għalhekk huwa evidenti li l-“attivitajiet oħra” li, skont ir-rapport Amministrattiv, ġew iffinanzjati, kienu prinċipalment attivitajiet ċivili.

    (287)

    TKMS/GNSH, li ssottomettiet kummenti biss dwar din il-miżura u li ġejja (miżura E18c), tqis li l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat jirrikonoxxi li ċerti restrizzjonijiet fuq l-iżvelar tal-informazzjoni jistgħu jkunu ġġustifikati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax titlob lill-Greċja sabiex tiżvela informazzjoni li tirrigwarda, pereżempju, l-ammonti eżatti minfuqa fuq proġetti militari differenti. It-tieni, TKMS/GNSH tiddikjara li m’hemm ebda bażi legali biex titlob is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ċivili u militari.

    4.15.4.   Kummenti mill-Greċja

    (288)

    Il-Greċja ssostni li sakemm l-ammonti msemmija fl-ilment kienu marbuta mal-attivitajiet ta’ difiża tat-tarzna, il-proċedura mibdija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat hija żbaljata u ultra vires. Jekk il-Kummissjoni taħseb li l-miżuri ħolqu distorsjoni fii-kompetizzjoni, hija għandha ssegwi l-proċedura deskritta fl-Artikolu 298 tat-Trattat. HSY tgħid ukoll li m’hemm ebda obbligu legali biex HSY iżżomm kontijiet separati. Ma teżisti l-ebda bażi legali għat-talba tal-Kummissjoni.

    4.15.5.   Valutazzjoni

    4.15.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

    (289)

    Sabiex jiġi stabbilit jekk japplikawx l-Artikoli 296 u 298 tat-Trattat, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-fatti. Skont id-dokumenti kkwotati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għal mill-anqas diversi kwarti dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma ntużawx għall-iskop li jitwettaq il-kuntratt militari kkonċernat. La l-Greċja u lanqas HSY ma ċaħdu l-kwotazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Barra minn hekk, il-kontijiet ta’ HSY jikkonfermaw li HSY irċeviet ħlasijiet bil-quddiem fl-2000 u fl-2001 mingħand il-Flotta li kienu ferm aktar mill-fondi meħtieġa fil-perjodu immedjat biex jiġi ffinanzjat it-twettiq tal-kuntratti militari korrispondenti. Pereżempju, il-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2001 (140) turi li l-ħlasijiet bil-quddiem riċevuti minn HSY għall-kuntratti tal-gunboats u għall-kuntratt tas-sottomarini kienu jammontaw rispettivament għal EUR 49,1 miljun u EUR 33,1 miljun. Fl-istess data, is-somma tal-inventarji, ix-xogħol għaddej, is-self għall-inventarji u d-debituri kummerċjali (fit-termini tal-kontabilità, dawn il-partiti huma riferuti bħala “assi kurrenti”) relatati mal-kuntratti għall-Flotta kienu jammontaw għal EUR 14,8-il miljun. Fi kliem ieħor, il-ħlasijiet bil-quddiem qabżu bis-somma ta’ EUR 67,4 miljun l-assi kurrenti li riedu jiġu ffinanzjati. Billi l-ammonti kkwotati fid-deċiżjoni tal-estensjoni ma kinux ikkontestati u billi sors differenti juri li jidhru li huma approssimazzjoni raġonevoli tar-realtà, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għal mill-anqas sena, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma ntużawx għall-iskop li jitwettqu l-kuntratti militari kkonċernati.

    (290)

    Rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 u 298 tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-Greċja li kwalunkwe ħlas bil-quddiem li tħallas fil-qafas ta’ kuntratt militari awtomatikament jaqa’ taħt l-Artikolu 296. Fil-każ preżenti, b’mod partikolari, il-maniġment ta’ HSY innifsu rrikonoxxa li xi ħlas bil-quddiem kien jaqbeż bil-bosta l-ammont meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratti fil-perjodu immedjat u għalhekk intużaw temporanjament għal skopijiet oħra. Miżura taqa’ biss fl-ambitu tal-Artikolu 296 jekk il-Greċja tqisha bħala “meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-sigurtà tagħha li huma marbuta mal-produzzjoni jew negozju f’armi, munizzjoni u materjal tal-gwerra”. Il-Kummissjoni tosserva li l-Greċja ma spjegatx għaliex il-parti tal-ħlasijiet bil-quddiem li kienet taqbeż il-fondi neċessarji sabiex jitwettqu l-proġetti militari kkonċernati kkontribwiet għall-“protezzjoni tal-interessi esssenzjali tas-sigurtà tagħha”. Il-Kummissjoni nnifisha ma tistax tifhem kif dak jista’ jkun il-każ billi t-tarzna ma kellhiex bżonnhom biex tipproduċi l-materjal tal-gwerra kkonċernat u ma użathomx għal dak il-għan. F’każ bħal dan, fejn il-fatti jindikaw li l-Artikolu 296 ma japplikax, il-Greċja kellha tispjega għaliex hija xorta waħda tqis li dawn il-ħlasijiet żejda bil-quddiem ikkontribwew għas-sigurtà tagħha. Billi dan ma sarx, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-ħlasijiet bil-quddiem, fil-perjodu li matulu ma kinux meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratti militari kkonċernati, ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat tal-KE.

    (291)

    Billi l-ħlasijiet bil-quddiem għall-ewwel intużaw biex jiffinanzjaw l-attivitajiet kollha tat-tarzni, il-Kummissjoni tqis li 75 % ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem marru għal attivitajiet militari u 25 % għal attivitajiet ċivili. Fi kliem ieħor, għal mill-anqas sena, 25 % ta’ EUR 81.3 miljun u 25 % ta’ EUR 40 miljun kienu jaqgħu taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    4.15.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (292)

    Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem żejda jikkostitwixxu self bla mgħax mogħti mill-Istat. Huma għalhekk jagħtu vantaġġ selettiv lil HSY. Wieħed jista’ jargumenta li jekk l-Istat jixtri prodotti b’mod li jkun aċċettabbli għal kumpanija privata, il-kuntratt tax-xiri – inklużi t-termini tiegħu bħall-ħlasijiet bil-quddiem – ma jistgħux jagħtu vantaġġ selettiv lill-produttur. Madankollu, fil-qafas tal-kuntratti militari mogħtija lil HSY, l-Istat qatt ma ġab ruħu b’mod aċċettabbli għal kumpanija privata li trid tixtri prodotti. B’mod partikolari, kumpanija privata kienet tfittex li tħallas l-inqas prezz possibbli billi tikkunsidra l-fornituri potenzjali kollha fid-dinja. Għall-kuntrarju, il-Greċja dejjem illimitat l-għażliet tagħha għal fornituri attivi fil-Greċja (jew għal konsorzji li kellhom membru attiv fil-Greċja), sabiex issostni l-impjiegi fil-Greċja u sabiex iżżomm il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ prodotti militari fil-Greċja (141). Kumpanija privata għalhekk ma kinitx tikkonkludi dawn il-kuntratti tax-xiri. Barra minn hekk, kumpanija privata ma kinitx taċċetta li tagħmel ħlasijiet bil-quddiem li jaqbżu dak li kien meħtieġ biex jitwettqu l-ordnijiet tagħha, iżda kienet tipprova tillimita kemm jista’ jkun il-ħlasijiet bil-quddiem.

    (293)

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra dawn il-ħlasijiet żejda bil-quddiem bħala self bla mgħax. Id-dokumenti msemmija qabel juru li tal-anqas matul sena waħda, dawn il-fondi ntużaw għal attivitajiet oħra differenti mit-twettiq tal-kuntratti kkonċernati (142). Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidrahom ekwivalenti għal sena self bla mgħax. Skont l-analiżi tal-affidabbiltà tal-kreditu ta’ HSY ippreżentata fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, l-ammont ta’ għajnuna inkluża f’dan is-self wara t-30 ta’ Ġunju 1999 huwa ugwali għar-rata ta’ referenza għall-Greċja flimkien ma’ 600 punt bażi. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    4.15.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (294)

    Il-Kummissjoni ma sabitx bażi li fuqha din l-għajnuna setgħet tinstab kumpatibbli. Billi din l-għajnuna ssostni l-ħidma ġenerali tat-tarzna, tidher li hija għajnuna operattiva, iżda, kif diġà spjegat fil-valutazzjoni ta’ miżuri preċedenti, din it-tarzna ma kinitx intitolata li tirċievi għajnuna operattiva fl-1999, fl-2000 jew fl-2001.

    (295)

    Billi l-għajnuna hija illegali u inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata.

    (296)

    Rigward is-separazzjoni tal-kontijiet, il-Kummissjoni se tittratta din il-kwistjoni fl-aħħar tad-deċiżjoni.

    4.16.   Klawsola ta’ indennizz favur HDW/Ferrostaal f’każ li l-għajnuna tiġi rkuprata mingħand HSY (miżura E18c)

    4.16.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

    (297)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li l-Istat Grieg wiegħed li jikkumpensa lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal) f’każ li l-għajnuna inkumpatibbli mogħtija qabel u fiż-żmien tal-privatizzazzjoni tiġi rkuprata mingħand HSY. Minn perspettiva legali, din il-garanzija ngħatat permezz ta’ mekkaniżmu f’żewġ fażijiet:

    Fuq naħa waħda, ETVA ta garanzija lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal). Skont din il-garanzija ta’ kumpens, ETVA kellu jikkumpensa lil HDW/Ferrostaal għal kwalunkwe għajnuna rkuprata mingħand HSY. Id-deċiżjoni tal-estensjoni tissottolinja li fil-Ftehim għall-bejgħ tas-sehem ta’ HSY (minn hawn ‘il quddiem “HSY SPA”) konkluż bejn ETVA u HDW/Ferrostaal fil-11 ta’ Ottubru 2001, ETVA, li f’dak il-mument kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat, kien diġà wiegħed li jipprovdi din il-garanzija lil HDY/Ferrostaal. Il-garanzija mogħtija minn ETVA għalhekk tidher imputabbli lill-Istat.

    Mill-banda l-oħra, l-Istat ipprovda garanzija lix-xerrej ta’ 57,7 % tal-ishma ta’ ETVA (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus). Skont din il-garanzija ta’ kumpens, l-Istat kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont imħallas minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY bħala konsegwenza ta’ garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY.

    (298)

    Il-graff segwenti turi l-istruttura tal-garanzija f’żewġ fażijiet, kif deskritt fid-deċiżjoni tal-estensjoni (il-linji kontinwi jindikaw il-flussi ta’ kumpens taħt kull waħda miż-żewġ fażijiet tal-garanzija, filwaqt li l-linja maqtugħa tindika s-sjieda wara l-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY u ta’ 57,7 % tal-ishma ta’ ETVA).

    Image

    4.16.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

    (299)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li bejjiegħ privat ma kienx jagħti garanzija bħal din minħabba li mhijiex limitata fiż-żmien jew fl-ammont. Barra minn hekk, azzjonist f’ekonomija tas-suq kien jippreferi li jħalli lil HSY tfalli u tiġi likwidata milli jbigħha f’dawn iċ-ċirkustanzi. Fil-fatt, il-prezz tal-bejgħ riċevut mill-Istat kien biss ta’ EUR 6 miljuni u l-ħlasijiet ta’ kumpens li l-Istat kellu jistenna li jagħmel taħt il-garanzija kienu ferm akbar.

    (300)

    Filwaqt li l-benefiċjarju legali tal-garanzija f’żewġ fażijiet huwa HDW/Ferrostaal, id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li HSY hija l-benefiċjarju realital-mekkaniżmu kollu. Mingħajr provvediment bħal dan fuq kumpens mill-Istat, l-ebda investitur ma kien ikun lest li jixtri lil HSY. L-Istat Grieg irrikonoxxa b’mod espliċitu dan il-fatt. Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr garanzija bħal din, HSY kienet tibqa’ ma tinbiegħx, ma kinitx tkun kapaċi tiffaċċja d-diffikultajiet finanzjarji tagħha, u kienet tfalli.

    (301)

    Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika wkoll li garanzija bħal din tidher inkumpatibbli per se billi ddgħajjef l-“effet utile” ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ rkupru.

    4.16.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (302)

    Elefsis isostni, b’mod konsistenti mal-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni, li l-ebda bejjiegħ privat ma kien jagħti tali garanzija illimitata. Elefsis jikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li l-ebda investitur ma kien ikun lest li jixtri t-tarzna mingħajr provvediment bħal dan, billi Elefsis, li pparteċipa fil-proċedura tal-offerti u ried jixtri lil HSY, ma poġġiex dik il-kundizzjoni fl-offerta tiegħu għal HSY u kien lest li jixtri lil HSY mingħajr tali garanzija. Skont Elefsis, din il-garanzija ngħatat esklussivament lil HDW/Ferrostaal. Dawn tal-aħħar u HSY għalhekk huma l-benefiċjarji tal-garanzija.

    (303)

    Il-Bank ta’ Piraeus, li kkummenta biss dwar din il-miżura minħabba li hija l-unika waħda li fiha huwa involut direttament, jipprovdi diversi dokumenti li juru li ETVA kien diġà qabel li jagħti l-klawsola ta’ indennizz favur HDW/Ferrostaal fiż-żmien tal-konklużjoni tas-SPA ta’ HSY f’Ottubru 2001, fi żmien meta ETVA kien għadu kkontrollat mill-Istat. Il-Bank ta’ Piraeus jipproduċi kuntratti, dokumenti u artikli fl-istampa li juru li l-proċedura tal-privatizzazzjoni ta’ HSY kienet immexxija mill-Istat. Il-ftehim bejn il-gvern Grieg u l-Bank ta’ Piraeus, datat 20 ta’ Marzu 2002, jipprevedi li, minkejja li l-Bank ta’ Piraeus sar l-azzjonist maġġoritarju ta’ ETVA, il-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY ikompli jitmexxa mill-Istat. Fl-aħħar nett, il-Bank ta’ Piraeus juri li fl-istedina għall-offerti mibgħuta lil offerenti f’Lulju 2001, kien diġà stipulat b’mod espliċitu li jekk jiġi impost rkupru fuq HSY minħabba ksur potenzjali tar-regolamenti tal-UE fir-rigward tal-għajnuna mill-istat, l-ogħla offerent ma kienx se jkun responsabbli għall-ħlas ta’ tali rkupru.

    (304)

    TKMS/GNSH tindika li matul in-negozjati ma’ ETVA għax-xiri ta’ HSY, deher evidenti li HSY kienet irċeviet xi għajnuna finanzjarja mill-Istat Grieg. Madankollu, la l-firxa ta’ dawn il-miżuri u lanqas iċ-ċirkustanzi eżatti li bihom ittieħdu ma kienu magħrufa għax-xerrejja potenzjali. Matul il-proċess tal-offerti, ix-xerrejja ftit irċevew informazzjoni dwar id-diversi miżuri li issa huma s-suġġett ta’ din il-proċedura. Fi kliem ieħor, għax-xerrejja, l-implikazzjonijiet possibbli tal-għajnuna Mill-Istat ta’ HSY ma kinux kwantifikabbli. Sabiex tevita li tkun esposta għal kwalunkwe riskju minn għajnuna tal-imgħoddi jew preżenti, HDW/Ferrostaal insistiet li għandha tinkiseb approvazzjoni jew ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva mingħand il-Kummissjoni għall-miżuri ta’ għajnuna fl-imgħoddi. Jekk dan ma jkunx possibbli, ix-xerrej għandu jissuġġerixxi forma aċċettabbli ta’ garanzija lill-bejjiegħ. Wara kuntatti mal-Kummissjoni, deher evidenti li din ma kinitx lesta li toħroġ tali ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva. Fid-deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni li tapprova l-akkwist ta’ HSY minn HDW/Ferrostaal, il-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi li ma kienx magħruf id-daqs tas-sussidji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-klawsola ta’ indennizz ġiet miftehma fil-31 ta’ Mejju 2002 bħala addendum għall-HSY SPA, li biha ETVA, bħala l-bejjiegħ ta’ HSY, iggarantixxa li jagħmel tajjeb għal kwalunkwe telf finanzjarju li x-xerrej jista’ jsofri f’każ ta’ rkupru tal-għajnuna mingħand HSY. TKMS/GNSH tikkonkludi li l-ebda investitur ma kien jaqbel li jixtri HSY mingħajr tali garanzija. Din id-dikjarazzjoni kienet ikkonfermata wkoll mit-tieni rapport Deloitte, li ġie ppreżentat minn TKMS/GNSH f’Ġunju 2007.

    (305)

    TKMS/GNSH tqis li l-miżura mhijiex imputabbli lill-Istat billi ngħatat minn ETVA fi żmien meta dan ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Fil-fatt, fuq il-bażi tas-SPA ta’ HSY li kienet konkluża f’Ottubru 2001, ma kien hemm ebda obbligu kuntrattwali għal ETVA biex jikkumpensa lil GNSH. ETVA ddeċieda li ma jagħtix din il-garanzija qabel Mejju 2002. TKMS/GNSH issostni wkoll li ETVA u l-Istat aġixxew bħala bejjiegħ privat. Il-probabbiltà li l-garanzija kien se jkollha titħallas kienet relattivament baxxa. Mill-banda l-oħra, kieku t-tarzna kellha tiġi likwidata, it-telf fuq is-self u l-garanziji mogħtija lil HSY kien jirrappreżenta ammonti ferm akbar (il-kalkolu li jiġġustifika din id-dikjarazzjoni ġie pprovdut fit-tieni rapport Deloitte ppreżentat minn TKMS/GNSH). Barra minn hekk, TKMS/GNSH tikkunsidra li l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002 tipprevedi li l-Istat għandu jħallas indennizz lill-Bank ta’ Piraeus li jammonta biss għal 57,7 % ta’ kwalunkwe somma mħallsa minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal). Mill-banda l-oħra, il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal fil-31 ta’ Mejju 2002 tipprovdi li ETVA għandu jħallas indennizz lil HDW/Ferrostaal li jammonta għal 100 % ta’ kwalunkwe għajnuna rkuprata mingħand HSY. TKMS/GNSH tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA fil-31 ta’ Mejju 2002 hija usa’ minn dik li rċieva l-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002. Għalhekk, dan ma jistax jifforma mekkaniżmu waħdieni ta’ garanzija u l-fatt li ETVA ta garanzija aktar wiesgħa jikkonferma li huwa aġixxa bħal kwalunkwe bejjiegħ privat.

    (306)

    TKMS/GNSH ma tarax għaliex tali provvediment ta’ indennizz seta’ jikkostitwixxi evażjoni tal-irkupru tal-għajnuna. Fil-fatt, kieku kellha tiġi rkuprata l-għajnuna mingħand HSY, l-Istat ma kienx ser jikkumpensa lil HSY, iżda lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri TKMS/GNSH, li hija s-suċċessur ta’ HDW/Ferrostaal).

    (307)

    TKMS/GNSH (143) tikkunsidra wkoll li l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus tista’ tikkostitwixxi għajnuna lill-Bank ta’ Piraeus u lil ETVA.

    4.16.4.   Kummenti mill-Greċja

    (308)

    Skont il-Greċja u HSY, il-klawsola ta’ indennizz mhijiex għajnuna. L-ewwel nett, mhijiex imputabbli lill-Istat billi ngħatat mill-Bank ETVA, fi żmien meta ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat. It-tieni, il-Greċja u HSY isostnu li l-Istat Grieg aġixxa bħala investitur tas-suq meta biegħ is-sehem tiegħu f’HSY fil-kapaċità tiegħu bħala l-azzjonist prinċipali ta’ ETVA. Il-garanzija mogħtija lix-xerrej mill-bejjiegħa ta’ HSY hija kundizzjoni standard u normali fil-ftehimiet kummerċjali. Fil-fatt, il-Greċja tfakkar li hija ma pprovdietx garanzija lil HSY fir-rigward tar-responsabilità tagħha li tħallas lura l-għajnuna Mill-Istat illegali, iżda lix-xerrej ta’ HSY. Tali indennizz jitfa’ piż fuq il-bejjiegħ irrispettivament minn jekk ikunx inkluż bħala klawsola fil-ftehim kummerċjali jew le. Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Istat Grieg kien jaf jew messu jkun jaf dwar l-ammont konsiderevoli ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna li jistgħu jkunu illegali u inkumpatibbli u li l-ammonti jkollhom jiġu rkuprati u b’hekk jattivaw il-klawsola tal-indennizz, hija bla bażi. Fil-perjodu li fih ġiet ipprovduta l-klawsola tal-indennizz, ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li HSY kienet irċeviet għajnuna Mill-Istat illegali. Barra minn hekk, l-għeluq u l-likwidazzjoni ta’ HSY kienet tiġi ogħla għall-Istat, meta wieħed jikkunsidra l-prezz soċjali.

    (309)

    Barra minn hekk, HSY ma tarax kif hija setgħet tibbenefika finanzjarjament minn garanzija, li sar ftehim dwarha bejn il-Bank ETVA u HDW/Ferrostaal, jew minn garanzija miftehma bejn l-Istat Grieg u l-Bank ta’ Piraeus. Anki kieku HDW/Ferrostaal kellha tirċievi kumpens, il-konsorzju mhuwiex obbligat li jinjetta dan l-ammont f’HSY. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma turix ukoll kif il-klawsola tal-indennizz tista’ tinnewtralizza deċiżjoni ta’ rkupru. Skont il-każistika tal-Qrati, billi jħallas lura l-għajnuna, ir-reċipjent iċedi l-vantaġġ, u tkun tista’ tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna.

    (310)

    Fl-aħħar nett, kieku l-Kummissjoni qieset l-klawsola tal-indennizz bħala għajnuna mill-Istat, il-Greċja ssostni li kienu japplikaw l-Artikolu 296 sa 298 tat-Trattat tal-KE. F’dan il-kuntest, HSY tindika li minħabba li l-Flotta Ellenika dejjem kienet l-aktar klijent importanti tat-tarzna, il-proċedura u t-termini tal-privatizzazzjoni, fosthom id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 2941/2001, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-Istat-klijent, li għal raġunijiet ta’ difiża nazzjonali huwa interessat li jżomm il-ħidma u l-vijabilità tat-tarzna. F’dan il-każ, l-Istat Grieg adotta miżuri li kwalunkwe kumpanija privata li l-interessi tagħha huma relatati mal-vijabilità ta’ impriża oħra, kienet tadotta. Barra minn hekk, din il-valutazzjoni hija saħansitra aktar importanti meta l-Istat għandu l-obbligu li jġorr il-piż u t-telf tax-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-kumpanija, li jkun jiswa aktar flus u għalhekk mhux profittabbli.

    4.16.5.   Valutazzjoni

    4.16.5.1.   L-Artikolu 296 tat-Trattat

    (311)

    Il-Kummissjoni tqis li l-miżura ma taqx fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Fil-fatt, il-mekkaniżmu tal-indennizz japplika f’każ li l-għajnuna Mill-Istat tiġi rkuprata mingħand HSY. Kif sostniet il-Greċja u ġie aċċettat konsistentement mill-Kummissjoni (144), l-attivitajiet militari ta’ HSY huma essenzjali għas-sigurtà tal-Greċja u jaqgħu taħt l-Artikolu 296; għalhekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għalihom. Billi l-appoġġ Mill-Istat pprovdut għall-attivitajiet militari ta’ HSY huwa eżentat mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kwalunkwe rkupru ta’ għajnuna Mill-Istat jista’ jkun biss l-irkupru ta’ għajnuna Mill-Istat pprovduta għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY. Konsegwentement, din il-garanzija hija direttament u esklussivament relatata mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY.

    (312)

    Xi partijiet isostnu li, mingħajr din il-garanzija, l-ebda investitur ma kien jixtri lil HSY u t-tarzna probabbli kienet tfalli. Għalhekk, anki jekk tirrigwarda esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, din il-miżura xorta waħda kienet indispensabbli biex tassigura l-attivitajiet militari ta’ HSY u għalhekk taqa’ taħt l-Artikolu 296. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Fuq il-bażi tal-Artikolu 296, il-Greċja setgħet tat lill-attivitajiet militari l-appoġġ finanzjarju li kellhom bżonn biex jiżguraw il-kontinwazzjoni tagħhom. Il-Greċja b’hekk evitat il-waqfien tal-attivitajiet militari. B’mod alternattiv, il-Greċja setgħet tat l-appoġġ finanzjarju meħtieġ sabiex tirrendi l-attivitajiet militari attraenti għal investitur potenzjali, b’mod li dawn l-attivitajiet militari kienu jinxtraw u l-kontinwazzjoni tagħhom assigurata. Investitur li jixtri l-attivitajiet militari ma kienx ikollu bżonn garanzija bħal din billi, kif għadu kemm ġie spjegat, ma setgħet tiġi rkuprata l-ebda għajnuna mill-attivitajiet militari ta’ HSY. Konsegwentement, din il-miżura kienet meħtieġa biss sabiex jinstab xerrej għal HSY kollha kemm hi, jiġifieri inklużi l-attivitajiet ċivili. L-effett ta’ din il-miżura għalhekk kien li jagħmilha possibbli li jinstab xerrej għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY, u b’hekk tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Hija għalhekk ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

    4.16.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

    (313)

    Billi xi partijiet jikkontestaw li ż-żewġ garanziji (jiġifieri dik mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus u dik mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal) jikkostitwixxu mekkaniżmu waħdieni ta’ garanzija u li HSY hija l-benefiċjarju taż-żewġ garanziji, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta separatament il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal u turi li tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

    (314)

    Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, miżura trid tkun imputabbli lill-Istat. Xi partijiet jikkontestaw li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal hija imputabbli lill-Istat. Huma jsostnu li d-deċiżjoni li tingħata din il-garanzija ttieħdet b’mod indipendenti u liberu minn ETVA. B’mod partikolari huma jsostnu li l-garanzija ngħatat fil-31 ta’ Mejju 2002 permezz tal-Addendum għall-HSY SPA, fi żmien meta ETVA ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat iżda taħt il-kontroll tal-Bank ta’ Piraeus. Il-Kummissjoni twarrab din id-dikjarazzjoni u tikkunsidra li hemm biżżejjed evidenza li l-miżura hija imputabbli lill-Istat:

    L-ewwel nett, matul il-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, din il-garanzija kienet qiegħda tidher fid-dokumenti ppreżentati lill-offerenti potenzjali (145). Fi kliem ieħor, diġà matul il-proċess tal-privatizzazzjoni, kien hemm il-wegħda li x-xerrej ta’ HSY kien se jiġi kkumpensat għal kull għajnuna Mill-Istat rkuprata mingħand HSY. Barra minn hekk, fl-14 ta’ Settembru 2001, ETVA ntrabat b’mod espliċitu u ċar li jipprovdi din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal jekk l-Unjoni Ewropea tagħti l-approvazzjoni dwar l-għajnuna Mill-Istat mogħtija fl-imgħoddi u issa lil HSY (146). Il-klawsola 1.2.3 tal-HSY SPA ffirmata fil-11 ta’ Ottubru 2001 tirreferi b’mod espliċitu għad-dokument iffirmat fl-14 ta’ Settembru 2001. Id-diskussjoni rigward il-formulazzjoni preċiża tal-garanzija kompliet fix-xhur ta’ wara (147). Billi l-Kummissjoni ma tatx ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva dwar l-għajnuniet imgħoddija u preżenti lil HSY, fil-31 ta’ Mejju 2002 ETVA kellha toħroġ il-garanzija favur HDW/Ferrostaal, kif kien ġie maqbul mill-partijiet fl-14 ta’ Settembru 2001 u fil-Klawsola 1.2.3 tal-HSY SPA. Dan kollu juri li, anki jekk l-Addendum li jinkludi l-garanzija lil HDW/Ferrostaal ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, ETVA diġà ntrabat li jagħti din il-garanzija (kieku l-UE ma awtorizzatx l-għajnuniet imgħoddija u preżenti) fi żmien meta ETVA kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Fi kliem ieħor, l-Addendum tal-31 ta’ Mejju 2002 huwa t-twettiq ta’ kuntratt li ETVA daħal fih meta kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Kif muri fis-sezzjoni 3.2 tad-deċiżjoni preżenti, meta ETVA kien taħt il-kontroll tal-Istat, l-azzjonijiet kollha li ħa favur HSY jistgħu jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat (148). Dawn l-elementi kollha kienu kkonfermati mill-Greċja fl-ittra tagħha tat-23 ta’ Mejju 2005 (149),

    It-tieni, anki kieku kellu jiġi kkunsidrat li, fuq il-bażi tad-dokumenti hawn fuq imsemmija konklużi minn ETVA meta kien taħt il-kontroll tal-Istat (jiġifieri sal-aħħar ta’ Marzu 2002), ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali ta’ ETVA biex jagħti din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal, il-miżura xorta tkun imputabbli lill-Istat. Fil-fatt, il-Kummissjoni tosserva li l-Greċja kompliet timmaniġġja l-bejgħ ta’ HSY anki wara l-bejgħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus. L-Artikolu 8.2.2 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 bejn l-Istat u l-Bank ta’ Piraeus jipprovdi li ETVA ma kienx se jkun responsabbli għall-proċess tal-bejgħ ta’ HSY, li kien se jkompli jmexxi l-Istat. L-Artikolu 8.2.2.(b) pereżempju jipprovdi li l-Istat “għandu jassumi l-kontroll, kura u responsabilità tal-atti u n-negozjati max-xerrej terz tal-Impriża f’Hellenic Shipyards”. Skont l-Artikolu 8.2.2 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002, il-Bank ta’ Piraeus b’ittra tat-28 ta’ Mejju 2002 talab il-ftehim tal-Istat rigward il-garanzija li ETVA kien beħsiebu jagħti lil HDW/Ferrostaal. L-Istat ta l-awtorizzazzjoni tiegħu b’ittra tal-31 ta’ Mejju 2002. Dan kollu juri li l-għoti tal-garanzija huwa imputabbli lill-Istat.

    It-tielet, anki kieku kellhom jitwarrbu ż-żewġ punti preċedenti, il-garanzija xorta tkun għadha imputabbli lill-Istat. Il-Kummissjoni fil-fatt tosserva li l-Istat iddeċieda li jipprivatizza lil HSY (150). Meta l-Bank ta’ Piraeus ħa l-kontroll ta’ ETVA, huwa għalhekk kien obbligat bil-liġi li jipprivatizza lil HSY. Kif rikonoxxut minn TKMS/GNSH innifisha, HDW/Ferrostaal ma kinux jixtru lil HSY kieku ma rċevewx tali garanzija. Billi l-Istat iddeċieda li HSY kellha tinbiegħ, u billi l-għoti tal-garanzija kien indispensabbli sabiex tinbiegħ HSY, jista’ jiġi konkluż li l-Istat poġġa lil ETVA f’sitwazzjoni fejn huwa kien sfurzat joħroġ il-garanzija. Għaldaqstant, anki kieku kellu jiġi konkluż li ETVA ddeċieda li jagħti l-garanzija f’Mejju 2002 mingħajr ebda involvement dirett tal-Istat, il-miżura xorta tibqa’ imputabbli lill-Istat.

    Ir-raba’, anki kieku kellhom jitwarrbu l-punti kollha preċedenti, għandu jiġi konkluż li ETVA aċċetta biss li jagħti l-garanzija fil-31 ta’ Mejju 2002 minħabba li l-azzjonist ta’ kontroll tiegħu (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) kien irċieva garanzija mill-Istat li kienet tipproteġih kontra kwalunkwe dannu finanzjarju li jirriżulta minn din il-garanzija. Fil-fatt, kif se jintwera, investitur f’ekonomija tas-suq qatt ma kien se jagħti garanzija bħal din mingħajr ma jirċievi kontrogaranzija mill-Istat. L-għoti tal-garanzija seħħ biss minħabba li l-Istat kien ipproteġa l-unità ekonomika (jiġifieri l-grupp) li tat il-garanzija minn kwalunkwe konsegwenza negattiva (billi ta kontrogaranzija). F’każ bħal dan, fejn kumpanija sempliċement tittrasferixxi għajnuna lil kumpanija oħra, l-għoti tal-miżura huwa imputabbli lill-Istat.

    (315)

    Sabiex tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, miżura trid tkun iffinanzjata b’riżorsi tal-Istat. L-Avviż dwar il-garanziji jindika li “l-għajnuna tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, mhux fil-mument meta tintalab il-garanzija jew fil-mument meta jsiru l-ħlasijiet skont it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tikkostitwix jew le għajnuna Mill-Istat […] irid jiġi valutat fil-mument li tingħata l-garanzija.” Kif indikat aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tqis li ETVA ntrabat kuntrattwalment li jagħti din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal fi żmien meta l-Istat kien għadu jippossiedi l-maġġoranza kbira tal-ishma ta’ ETVA. Billi l-Avviż jindika li l-eżistenza tal-għajnuna trid tiġi analizzata fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija u mhux wara meta tiġi invokata l-garanzija, jista’ jiġi konkluż li bir-rabta tiegħu li jagħti l-garanzija, l-Istat poġġa riżorsi Mill-Istat fir-riskju u għalhekk il-garanzija tinvolvi riżorsi tal-Istat. Il-fatt li ETVA ġie mibjugħ lill-Bank ta’ Piraeus ftit wara ma jaffettwax din il-konklużjoni. Fil-fatt, kieku l-Istat informa korrettament lill-offerenti dwar l-obbligi kuntrattwali ta’ ETVA (fosthom l-impenn ta’ ETVA li jipprovdi l-garanzija lil HDW/Ferrostaal jekk il-Kummissjoni ma toħroġx ittra ta’ soljiev), l-offerenti kienu jieħdu inkonsiderazzjoni dan l-impenn ta’ ETVA. Huma għalhekk aktarx li rrevedew ‘l isfel il-prezz li kienu lesti li jħallsu biex jixtru lil ETVA. Dan ifisser li l-Istat biegħ lil ETVA bi prezz aktar baxx u għalhekk tilef riżorsi. Kif indikat qabel, anki kieku kellu jiġi konkluż li, fiż-żmien meta ETVA kien għadu proprjetà tal-Istat, ETVA ma ntrabatx kuntrattwalment li joħroġ il-garanzija, il-Kummissjoni tqis li bid-deċiżjoni li jipprivatizza lil HSY f’Jannar 2001 (fi żmien meta ETVA kien għadu proprjetà tal-Istat), l-Istat poġġa lil ETVA f’sitwazzjoni fejn dan ġie sfurzat joħroġ tali garanzija billi din kien indispensabbli sabiex jinstab xerrej għal HSY. Dan ifisser li meta l-offerenti għamlu l-offerta tagħhom għal ETVA, huma bilfors li kkunsidraw il-fatt li ETVA kien se jkollu joħroġ din il-garanzija. Għalhekk, huma pproponew prezz aktar baxx għax-xiri ta’ ETVA u dan għalhekk iwassal għall-konklużjoni li ntilfu riżorsi tal-Istat.

    (316)

    Anki kieku kellu jiġi konkluż li meta l-Istat biegħ lil ETVA ma kien hemm l-ebda obbligu (jew kuntrattwali jew de facto) sabiex tinħareġ din il-garanzija, xorta jista’ jiġi dimostrat li l-garanzija mogħtija minn ETVA tinvolvi riżorsi Mill-Istat. Fil-fatt, l-Istat ta lix-xerrej ta’ ETVA (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) garanzija li permezz tagħha l-Istat wiegħed li jħallas lura lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas taħt il-garanzija li ETVA kien se joħroġ favur HDW/Ferrostaal. Dan il-kontrogaranzija ngħatat f’kuntratti suċċessivi. Fil-Ftehim tat-18 ta’ Diċembru bejn l-Istat u l-Bank ta’ Piraeus għall-bejgħ ta’ 57,7 % ta’ ETVA, l-Istat intrabat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jħallas lix-xerrej ta’ HSY. Fil-Ftehim tal-20 ta’ Marzu bejn l-istess partijiet u li emenda l-ftehim tat-18 ta’ Diċembru 2001, l-Istat intrabat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas lix-xerrej ta’ HSY (151). B’ittra datata 31 ta’ Mejju 2002 mibgħuta lill-Bank ta’ Piraeus, l-Istat ikkonferma lil dan tal-aħħar li huwa kien se jħallas lura 100 % ta’ kwalunkwe ammont li jħallas ETVA lix-xerrej ta’ HSY (152). Fi kliem ieħor, meta ETVA ffirma l-Addendum għal HSY SPA fil-31 ta’ Mejju 2002, il-Bank ta’ Piraeus kien irċieva garanzija mill-Istat li kienet tipprovdi li huwa kien se jiġi kkumpensat 100 % għal kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas bħala konsegwenza tal-garanzija ppjanata li tingħata lil HDW/Ferrostaal (153). Dan juri li kwalunkwe ammont imħallas minn ETVA fl-aħħar mill-aħħar kien se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Istat u li l-garanzija tinvolvi riżorsi Mill-Istat.

    (317)

    Sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, huwa neċessarju li jintwera li l-Istat ma ġabx ruħu kif kien jagħmel investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili. F’dan ir-rigward, il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li, f’ċirkustanzi simili, investitur f’ekonomija tas-suq kien jaċċetta li joħroġ din il-garanzija favur HDW/Ferrostaal. Huma jargumentaw li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq għandu jiġi applikat fil-livell ta’ ETVA, li kienet l-entità legali li biegħet lil HSY, u fil-livell tal-gvern Grieg, li kien il-bejjiegħ ta’ ETVA.

    (318)

    Il-Kummissjoni tfakkar li, kif ġie indikat fis-Sezzjoni 3.2, meta ETVA xtara lil HSY u direttament wara injetta kapital biex iżommha ħajja, huwa ma aġixxiex bħal investitur f’ekonomija tas-suq iżda bħala awtorità pubblika li tat għajnuna biex iżżomm ħajja kumpanija meqjusa importanti għall-ekonomija Griega. Għalhekk, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien isib ruħu fis-sitwazzjoni ta’ ETVA. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien isib ruħu fis-sitwazzjoni li jbigħ dawn l-ishma ta’ HSY. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq ma jistax jintuża f’dan il-każ biex jiġġustifika l-fatt li l-Istat qiegħed ipoġġi riżorsi addizzjonali tal-Istat f’riskju (billi jagħti l-garanzija).

    (319)

    Madankollu anki jekk wieħed jikkunsidra li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq għandu jiġi applikat, il-Kummissjoni tqis li kieku l-Istat kien kumpanija privata li taġixxi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma kienx jaċċetta li jagħti din il-garanzija. Kull wieħed waħdu mit-tliet punti li ġejjin hu biżżejjed biex jipprova dan.

    (320)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li ETVA (u l-Istat permezz ta’ ETVA), filwaqt li kellu biss 51 % tal-ishma f’HSY (id-49 % l-oħra kienu proprjetà tal-impjegati (154)), wiegħed li jħallas lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal) 100 % ta’ kwalunkwe għajnuna li tiġi rkuprata mingħand HSY. Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jagħti indennizz li jammonta għal 100 % tal-ħsara sofruta mill-kumpanija mibjugħa. F’ċerti ċirkustanzi, investitur f’ekonomija tas-suq jista’ jaċċetta li jieħu responsabilità għal ċerti obbligi futuri tal-kumpanija mibjugħa, iżda biss fi proporzjon ugwali għas-sehem tiegħu, li fil-każ preżenti kien ta’ 51 %. Investitur f’ekonomija tas-suq kien jitlob lill-azzjonisti l-oħra sabiex jassumu r-responsabbiltà għad-49 % l-oħra tal-obbligi kkonċernati. Billi aċċetta li jerfa’ 100 % tal-obbligi potenzjali kbar (ta’ min ifakkar li l-kuntratt ma jiddefinix limitu massimu għall-ħlasijiet ta’ kumpens) tal-kumpanija mibjugħa, ETVA għamel rigal lill-azzjonisti l-oħra ta’ HSY (jiġifieri l-impjegati). Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan billi jassumi obbligi potenzjali kbar tal-kumpanija mibjugħa fi proporzjon li jaqbeż bil-bosta s-sehem tiegħu. Għalhekk, mis-sempliċi fatt li l-garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tammonta għal 100 % (jiġifieri minflok għal 51 %) tal-għajnuna li setgħet tiġi rkuprata mingħand HSY, jista’ jiġi konkluż li l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jipprovdi tali garanzija.

    (321)

    It-tieni, il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li l-qligħ nett (jiġifieri d-dħul tnaqqas minnu l-ispejjeż) kien ogħla jekk HSY tiġi mibjugħa (inklużi l-ħlasijiet dovuti taħt il-garanzija) – milli kieku HSY kellha tiġi likwidata. TKMS/GNSH issostni din id-dikjarazzjoni permezz tat-tieni rapport Deloitte. Dan ir-rapport iqabbel l-ispejjeż netti fiż-żewġ xenarji. Din l-analiżi ssir fil-livell ta’ ETVA u mbagħad fil-livell tal-Istat. Il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tat-test fil-livell ta’ ETVA huwa użu ħażin ta’ dan it-test. Fil-fatt, kif diskuss fis-sezzjoni 3.2, il-privatizzazzjoni ġiet deċiża u appoġġata finanzjarjament – ara pereżempju l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-Liġi 2941/2001 (155) – mill-gvern u ETVA qatt ma kien fil-pożizzjoni ta’ unità ekonomika indipendenti ħielsa li tfassal il-bejgħ ta’ HSY b’mod li jkabbar id-dħul tagħha u jnaqqas it-telf tagħha. Għalhekk huwa l-intervent tal-Istat kollu kemm hu li għandu jiġi eżaminat u mhux l-imġiba ta’ waħda mill-partijiet tiegħu.

    (322)

    Jekk it-test xorta waħda jiġi applikat fil-livell ta’ ETVA, wieħed irid iqabbel il-qligħ nett (jiġifieri d-dħul tnaqqas minnu l-ispejjeż) għal ETVA fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY u fil-każ tal-bejgħ ta’ HSY. Fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY, irid jiġi stabbilit x’ikunu l-ispejjeż magħmula minn ETVA. TKMS/GNSH issostni li t-telf ikun jammonta tal-anqas għas-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA lil HSY u li ma kinux kontrogarantiti mill-Istat. Il-Kummissjoni tosserva, madankollu, li l-ebda waħda minn dawn is-selfiet u garanziji ma tikkostitwixxi spiża normali tal-likwidazzjoni ta’ kumpanija (156). Fil-fatt, dawn is-selfiet u l-garanziji kollha ngħataw minn ETVA bħala awtorità pubblika minħabba li jew kienu jikkostitwixxu għajnuna Mill-Istat għall-attivitajiet ċivili jew kienu miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tal-Greċja skont l-Artikolu 296 tat-Trattat (157). Dawn is-selfiet u garanziji għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat it-test tal-bejjiegħ f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, jirriżulta li bħala operatur f’ekonomija tas-suq ETVA ma kien ikollu l-ebda spiża sinifikanti xi jġorr fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY. Jekk HSY tinbiegħ, ETVA kien jirċievi l-prezz tal-bejgħ ta’ EUR 6 miljuni. Rigward l-ispejjeż sostnuti jekk tinbiegħ HSY, ETVA ried joħroġ il-garanzija li bħalissa qiegħda tiġi analizzata, li kienet illimitata fid-daqs u għalhekk kienet tfisser ħlasijiet potenzjali ta’ għexieren jew saħansitra mijiet ta’ miljuni ta’ Euro. Meta wieħed iqabbel iż-żewġ xenarji, jirriżulta li investitur f’ekonomija tas-suq kien jippreferi li jillikwida t-tarzna (158). ETVA għalhekk ma aġixxiex bħala investitur f’ekonomija tas-suq. Jekk il-paragun bejn il-bejgħ ta’ HSY u l-likwidazzjoni ta’ HSY isir fil-livell tal-Istat, dan iwassal eżatt għall-istess konklużjonijiet. Ma kienx hemm spejjeż kbar għall-Istat fil-kapaċità tiegħu bħala imprenditur/sid fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY billi s-self u l-garanziji kollha mogħija mill-Istat (direttament jew permezz ta’ ETVA) lil HSY ingħataw mill-Istat bħala awtorità pubblika, minħabba li jew kienu jikkostitwixxu għajnuna Mill-Istat għall-attivitajiet ċivili jew miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tal-Greċja skont l-Artikolu 296 tat-Trattat. Kieku kellha tinbiegħ HSY, l-Istat kien jirċievi biss ftit miljuni ta’ euros filwaqt li, minħabba li ta l-garanzija, huwa daħal fir-riskju li jkollu jħallas għexieren jew mijiet ta’ miljuni ta’ euros. Bħala konklużjoni, l-Istat ma aġixxiex b’mod aċċettabbli għal kumpanija private f’ċirkustanzi simili.

    (323)

    Il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li r-riskji ta’ HSY li jkollha tħallas lura l-għajnuna Mill-Istat kienu limitati ħafna, billi f’dak iż-żmien ma kienu għaddejjin ebda investigazzjonijiet mill-Kummissjoni. Għaldaqstant huma jsostnu li r-riskju għal ETVA u l-Istat li jkollhom iħallsu indennizz taħt il-garanzija kien żgħir. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din id-dikjarazzjoni. Din qisha qiegħda tallega li, billi matul is-snin ta’ qabel il-Greċja kien irnexxielha taħbi l-fatt li kienet ingħatat għajnuna Mill-Istat illegali u inkumpatibbli lil HSY u l-użu ħażin ta’ għajnuna approvata qabel mill-Kummissjoni, hija setgħet tagħti din il-garanzija. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tosserva li HDW/Ferrostaal insistiet fuq li tirċievi din il-garanzija u ma kinitx lesta li tiffirma l-konklużjoni tal-bejgħ ta’ HSY qabel ma tirċievi l-garanzija. L-importanza mogħtija lill-garanzija minn HDW/Ferrostaal hija prova li dan l-investitur privat kien iqis li l-probabbiltà li HSY kien se jkollha tħallas lura l-għajnuna mill-Istat ma kinitx żgħira. Il-fatt li, mill-bidu tal-proċedura tal-privatizzazzjoni, il-Greċja ntrabtet li tagħti garanzija bħal din lill-ogħla offerent tipprova wkoll li l-Greċja qieset li investitur privat kien isib garanzija bħal dik importanti ħafna (kundizzjoni sine qua non, skont l-ittra tal-Greċja tat-23 ta’ Mejju 2005 ikkwotata fin-nota 149 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni u skont it-tieni rapport Deloitte), li tista’ tkun il-każ biss jekk investitur privat iqis li l-probabbiltà ta’ rkupru mhijiex limitata ħafna.

    (324)

    Il-Kummissjoni tosserva wkoll li f’dan il-kuntest fejn l-ammont ta’ għajnuna li seta’ jiġi rkuprat mingħand HSY kien diffiċli biex jiġi stmat, bejjiegħ f’ekonomija tas-suq li jkunu qiegħed ibigħ lil HSY kien tal-anqas idaħħal limitu massimu li jillimita l-ħlas potenzjali lix-xerrej, fil-kuntratt tal-bejgħ. Bejjiegħ f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jidħol fir-riskju li jkollu jħallas mijiet ta’ miljuni ta’ euros, anki kieku kellu jkun aċċettat li l-probabbiltà ta’ ħlas daqshekk għoli tista’ tkun żgħira ħafna. Għalhekk, il-fatt li ma ddaħħal l-ebda limitu massimu fil-garanzija jikkostitwixxi prova addizzjonali li ETVA u l-Istat ma aġixxewx b’mod aċċettabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq.

    (325)

    It-tielet, meta jiġi valutat jekk l-Istat aġixxiex jew le bħala investitur f’ekonomija tas-suq, huwa neċessarju li jitqies l-intervent sħiħ tal-Istat. F’dan il-każ, l-Istat ta diversi ammonti kbar ta’ għajnuna biex jiffaċilita l-privatizzazzjoni ta’ HSY (jiġifieri l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-Liġi 2941/2001 (159)). B’mod partikolari huwa ħallas lura lill-ħaddiema ta’ HSY l-ammont ta’ EUR 4.3 miljuni li huma kienu investew fil-qafas tat-tliet żidiet kapitali ta’ HSY. Din il-miżura, li kienet immirata sabiex tassigura li l-impjegati ma jfixklux il-bejgħ ta’ HSY, ma kinitx tkun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq, fost ħwejjeġ oħra billi ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali biex jagħmel dan u barra minn hekk billi l-impjegati kien għad kellhom jagħtu EUR 24 miljun lil ETVA bħala l-prezz għax-xiri tal-ishma. Fl-aħħar nett, l-Istat talab lill-offerenti sabiex iħallsu parti mill-prezz tax-xiri ta’ HSY fil-forma ta’ żieda kapitali (160). Dawn l-elementi kollha juri li matul il-bejgħ ta’ HSY, l-Istat ma aġixxiex bil-għan li jimmassimizza d-dħul tiegħu u jnaqqas l-ispejjeż, iżda bil-għan li jiffaċilita l-bejgħ ta’ HSY u t-tkomplija tal-operazzjonijiet tat-tarzna. Għalhekk, matul il-bejgħ ta’ HSY, l-Istat Grieg ma ġabx ruħu bħala investitur f’ekonomija tas-suq.

    (326)

    Fuq il-bażi ta’ kull waħda minn dawn it-tliet konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħti l-garanzija.

    (327)

    Dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ u l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju, il-Kummissjoni tqis li l-ebda investitur ma kien jixtri lil HSY sħiħa (jiġifieri bl-attivitajiet ċivili wkoll) mingħajr il-garanzija. It-tieni rapport Deloitte jikkonferma din il-konklużjoni: “Fuq il-bażi tal-esperjenza tagħna u l-analiżi ta’ hawn fuq, aħna nemmnu li l-ebda investitur razzjonali ma kien ikun lest li jakkwista lil HS u b’mod parallel jassumi kwalunkwe riskju addizzjonali relatat mal-għajnuna mill-Istat (li f’dak iż-żmien la kienet ċerta u lanqas kwantifikata mill-KE), għall-kumpanija li a) kienet taħt is-sjieda u ġestjoni ta’ kumpanija proprjetà tal-Istat (Bank ETVA) għal numru ta’ snin, u fl-istess ħin b) kellha pożizzjoni negattiva konsiderevoli fl-ekwità tal-azzjonisti, fost problemi operattivi oħra (jiġifieri produttività baxxa, spejjeż operattivi għolja, persunal żejjed, eċċ.).” Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-Greċja, li pprevediet li garanzija bħal din kienet se tkun neċessarja biex tattira investituri privati, wiegħdet fid-dokumenti tal-offerti li l-ogħla offerent kien se jirċievi tali garanzija (161). Din il-konklużjoni li garanzija bħal din kienet meħtieġa sabiex jinstab xerrej għal HSY hija loġika billi investitur li jwettaq diliġenza dovuta ta’ HSY kien isib li HSY kienet gawdiet minn diversi miżuri li setgħu jikkostitwixxu għajnuna li l-Kummissjoni setgħet suċċessivament titlob li jiġu rkuprati (162). Kuntrarju għal din il-konklużjoni, Elefsis isostni li din il-garanzija ma kinitx neċessarja u b’mod partikolari jsostni li huwa kien ikun lest li jixtri lil HSY mingħajr dik il-garanzija, xi ħaġa li hija illustrata mill-fatt li, fl-offerta tiegħu għax-xiri ta’ HSY, huwa ma poġġiex din il-garanzija bħala kundizzjoni biex jixtri lil HSY. Il-Kummissjoni tħoss li d-dikjarazzjoni ta’ Elefsis hija nieqsa mill-kredibilità. Il-Kummissjoni l-ewwel nett tfakkar li, anki jekk dan kien minnu li Elefsis ma talabx garanzija bħal din fl-offerta tiegħu, dan ma jippruvax li, kieku Elefsis intgħażel bħala l-offerent preferut, huwa ma kienx ser jitlob din il-garanzija fi stadju aktar tard tan-negozjati mal-bejjiegħ (163). Huwa probabbli ħafna li Elefsis kien jagħmel dan. Fil-fatt, malli HSY inbiegħet lil HDW/Ferrostaal, Elefsis beda jressaq ilmenti mal-Kummissjoni, li fihom isostni li HSY kienet ibbenefikat minn diversi miżuri kbar ta’ għajnuna li l-Kummissjoni għandha tirkupra. Investitur konvint li kumpanija rċeviet għexieren ta’ miljuni ta’ euro f’għajnuna inkumpatibbli mhuwiex ser jieħu r-riskju huwa nnifsu li jixtri l-kumpanija, ħlief jekk jirċievi garanzija. Il-Kummissjoni għalhekk twarrab id-dikjarazzjoni ta’ Elefsis u tqis li mingħajr din il-garanzija l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jixtri lil HSY fl-intier tagħha, jiġifieri HSY li jinkludi l-attivitajiet ċivili. Kif indikat qabel, kieku HSY ma nbigħetx, il-Greċja setgħet kompliet tgħin l-attivitajiet militari fuq il-bażi tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Mill-banda l-oħra, minħabba l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Greċja ma kinitx titħalla tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ċivili. Il-Kummissjoni tosserva li l-qagħda finanzjarja ta’ HSY ħżienet b’mod drammatiku bejn l-1998 u l-2002. Minkejja li HSY ma tippubblikax kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li dawn l-attivitajiet kienu qegħdin jagħmlu telf kbir matul dawk is-snin. Minbarra l-attività tat-tiswija tal-bastimenti, it-tliet kuntratti prinċipali mhux militari li twettqu matul dawn is-snin kienu l-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis. Kif ġie spjegat f’din id-deċiżjoni (ara d-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura E12c), il-kuntratti ma’ ISAP u OSE twettqu b’dewmien sinifikanti, li ġiegħel li HSY tħallas penali għoljin u tipprovdi materjal tal-ferroviji mingħajr ħlas, li kien jirrappreżenta wkoll spiża għolja għal HSY. Għalhekk huwa evidenti li dawn il-kuntratti kienu qegħdin jagħmlu telf kbir. Kif ġie spjegat ukoll f’din id-deċiżjoni, il-kuntratt konkluż ma’ Strintzis fil-bidu tal-1999 kien falliment kbir għal HSY. Il-kuntratt ġie kkanċellat fl-2002, HSY kellha tħallas l-indennizzi kuntrattwali lil Strintzis u biegħet il-bwieq fl-2004 bi prezz li kien biss porzjon żgħir tal-għexieren ta’ miljuni ta’ euro fi spejjeż li HSY għamlet biex tibni dawn il-bwieq. Għalhekk dan il-kuntratt ukoll għamel telf kbir. Fl-aħħar nett, l-aħħar attività ċivili kienet it-tiswija tal-bastimenti. Dan huwa negozju b’marġinu baxx billi teżisti kompetizzjoni ħarxa bejn it-tarzni. Il-Kummissjoni għalhekk tiddubita kemm din l-attività ħalliet profitt, u, fi kwalunkwe każ, żgur li ma setgħetx tikkumpensa għat-telf kbir li rriżulta mill-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis. Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li l-attivitajiet ċivili kienu qegħdin jagħmlu telf kbir sal-2002. Kif intwera f’din id-deċiżjoni, dawn l-attivitajiet ġew appoġġati kostantement b’għajnuna, li parti minnha issa trid tiġi rkuprata. Fuq kollox, il-falliment sabiex jitwettqu sewwa l-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis huwa prova li, kieku ma nxtrawx minn kumpanija kbira u kieku ma bbenefikawx mill-ħiliet tekniċi u ta’ ġestjoni tal-proġett ta’ din tal-aħħar, l-attivitajiet ċivili kienu jibqgħu jagħmlu t-telf. It-tieni rapport Deloitte jikkonferma li HSY kellha “problemi operattivi” (jiġifieri produttività baxxa, spejjeż operattivi għolja, persunal eċċessiv.). Konsegwentement, kieku l-attivitajiet ċivili ma nbigħux, huma kienu jieqfu ma jdumux (ħlief kieku l-Greċja kompliet tagħti għajnuna illegali u inkumpatibbli lil dawn l-attivitajiet). Fil-qosor, f’dan il-paragrafu l-Kummissjoni wriet li mingħajr din il-garanzija, l-ebda investitur ma kien jixtri l-attivitajiet ċivili ta’ HSY u, kieku dawn l-attivitajiet ma nxtrawx, huma kienu jieqfu fi żmien qasir. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċjarju tal-garanzija hija HSY u l-vantaġġ kien li ppermettiet it-tkomplija tal-attivitajiet ċivili.

    (328)

    Elefsis ma jaqbilx mal-konklużjoni preċedenti rigward l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju. Elefsis isostni li, minbarra HSY, HDW/Ferrostaal ukoll kienet benefiċjarja tal-garanzija mogħtija minn ETVA. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-valutazzjoni. Kif intwera, fid-dokument tas-sejħa għall-offerti ppreżentat lill-offerenti, diġà kien indikat li huma kienu se jiġu kkumpensati jekk l-għajnuna Mill-Istat tiġi rkuprata mingħand HSY. Dan ifisser li meta HDW/Ferrostaal għamlet l-offerta tagħha għax-xiri ta’ HSY, hija assumiet li, jekk tiġi rkuprata xi għajnuna mingħand HSY, hija kienet se tirċievi indennizz korrispondenti mingħand ETVA (164). Fi kliem ieħor, il-prezz tax-xiri propost minn HDW/Ferrostaal diġà kien qiegħed jikkunsidra l-garanzija tal-indennizz. Il-garanzija għalhekk ma ffavorietx lil HDW/Ferrostaal.

    (329)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna hija HSY. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

    (330)

    Rigward il-garanzija mogħtija mill-Istat Grieg lill-Bank ta’ Piraeus, din ukoll tikkostitwixxi għajnuna. Hija miżura selettiva ffinanzjata b’riżorsi tal-Istat. Investitur f’ekonomija tas-suq li ried ibigħ lil ETVA ma kienx jagħti garanzija bħal din. Fil-fatt, l-unika ġustifikazzjoni għall-għoti ta’ din il-garanzija kienet il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Kieku din il-garanzija ma ngħatatx, ma kienx ikun neċessarju li tiġi pprovduta l-garanzija lill-Bank ta’ Piraeus. Billi, kif ġie spjegat, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien se jagħti l-garanzija mogħtija minn ETVA, li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jagħti l-garanzija lill-Bank ta’ Piraeus (billi din il-garanzija ma kinitx tkun neċessarja, jiġifieri kienet tkun irrilevanti). Dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus, il-Kummissjoni tfakkar li l-proċedura preżenti tirrigwarda għajnuna Mill-Istat potenzjali lil HSY. Ma jissemma l-ebda benefiċjarju potenzjali ieħor fid-deċiżjoni tal-estensjoni. Għalhekk, l-għajnuna lil HSY biss tista’ tiġi investigata fil-qafas tal-proċedura preżenti. Kieku l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus kellha tikkostitwixi għajnuna lil HSY, din ma tikkostitwix għajnuna Mill-Istat addizzjonali apparti l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Fil-fatt, huwa bis-saħħa ta’ din il-garanzija li investitur privat aċċetta li jixtri lil HSY u b’hekk ġew salvati l-attivitajiet ċivili ta’ HSY. Fi kliem ieħor, il-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus ma tipprovdix vantaġġ addizzjonali għal HSY u għalhekk tista’ ma tikkostitwix għajnuna addizzjonali lil HSY: il-vantaġġ kollu għal HSY huwa mogħti bil-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. F’din il-proċedura, li tirrigwarda għajnuna potenzjali mill-Istat lil HSY, il-Kummissjoni għalhekk m’għandhiex għalfejn tadotta opinjoni finali dwar l-identità tal-benefiċjarju tal-garanzija mogħtija mill-Istat Grieg lill-Bank ta’ Piraeus u l-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tinvestiga aktar din il-garanzija. Huwa biżżejjed li tiġi investigata l-ewwel garanzija – il-garanzija ta’ ETVA lil HDW/Ferrostaal – u li tiġi kkanċellata jekk tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli lil HSY.

    4.16.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

    (331)

    Rigward il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal, il-Kummissjoni ma tarax kif din l-għajnuna setgħet titqies kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat. Dwar l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li HSY kienet f’diffikultà. Il-Kummissjoni diġà indikat li l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti mill-1 ta’ Jannar 1999 kienet irregolata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98. L-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija kienu l-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Il-garanzija ma ssodisfatx b’mod ċar il-kundizzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna stipulata fis-sezzjoni 3.2.2 tal-linji gwida. Pereżempju, taħt il-kundizzjoni (b) “Ritorn għall-vijabilità”, l-għoti tal-għajnuna jrid ikun “kundizzjonali fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni fil-każ ta’ kull miżura ta’ għajnuna individwali”. Il-Kummissjoni tosserva li l-għoti tal-garanzija ma kienx kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni. Barra minn hekk, dan il-pjan, billi ma ġiex ippreżentat lill-Kummissjoni, ma ġiex approvat minnha. Il-linji gwida jindikaw ukoll li “il-pjan irid jiġi sottomess fid-dettall kollu rilevanti lill-Kummissjoni”. Din il-prekonsultazzjoni tal-Kummissjoni kienet partikolarment neċessarja f’dan il-każ billi l-Kummissjoni kienet diġà approvat pjan ta’ ristrutturazzjoni fl-1997, li kien naqas milli jirrestawra l-vijabilità ta’ HSY. Il-garanzija kisret ukoll il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fis-sezzjoni 3.2.3 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Fil-fatt, permezz tad-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni kienet awtorizzat għajnuna għall-investiment taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE, li kienet tip ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni (165). Kif innotat fl-analiżi tal-miżura P1, l-Istat ta din l-għajuna f’Diċembru 1997 (iżda ma ħallashiex). Kif intwera f’din id-deċiżjoni, il-kumpanija rċeviet diversi għajnuniet mhux notifikati u inkumpatibbli fis-snin ta’ qabel il-privatizzazzjoni tal-2001-02. L-għajnuna għar-ristrutturazzjoni awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 ġiet mogħtija lit-tarzna iżda l-kundizzjonijiet marbuta mal-approvazzjoni tagħha ma ġewx irrispettati.

    (332)

    Billi l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli favur HSY, il-Kummissjoni tqis li din għandha tiġi mwaqqfa immedjatament.

    4.16.5.4.   Projbizzjoni per se tal-garanzija

    (333)

    Kif indikat fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-garanzija mogħtija lil HDW/Ferrostaal hija inkumpatibbli mas-suq komuni għal raġuni oħra. Il-Kummissjoni tqis li din hija per se inkumpatibbli billi, peress li timpedixxi kwalunkwe rkupru ta’ għajnuna mingħand HSY milli jkollu “effet utile”, hija timpedixxi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (334)

    TKMS/GNSH u HSY jikkontestaw din il-pożizzjoni. B’mod partikolari, huma jfakkru li HSY ma hija r-riċevitur tal-ebda ħlas ta’ indennizz. Fil-fatt, il-garanzija maħruġa minn ETVA tassigura lil HDW/Ferrostaal u mhux lil HSY. Għaldaqstant, jekk il-Kummissjoni tordna l-ħlas lura tal-għajnuna, HSY ikollha tagħmel dan il-ħlas lura u dan iġib lura s-sitwazzjoni inizjali. TKMS/GNSH ma tistax tifhem għaliex il-kumpens ta’ TKMS/GNSH (bħala s-suċċessur ta’ HDW/Ferrostaal) għandu jinvalida din il-konklużjoni. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda obbligu għal TKMS/GNSH biex terġa’ tinvesti f’HSY l-indennizz li tirċievi.

    (335)

    Il-Kummissjoni tosserva li 100 % tal-ishma ta’ HSY ġew mixtrija minn HDW/Ferrostaal u issa huma miżmuma minn TKMS/GNSH. Dan ifisser li, anki jekk HSY u l-azzjonist tagħha huma żewġ entitajiet legali differenti, huma jiffurmaw unità ekonomika waħda. Bis-saħħa tal-garanzija, din l-unità ekonomika se tiġi kkumpensata 100 % għal kwalunkwe għajnuna li hija jkollha trodd lura lill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li dan jikkostitwixxi tneħħija tal-“effet utile” ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ rkupru.

    (336)

    Rigward in-nuqqas ta’ provvediment legali li jġiegħel lil TKMS/GNSH terġa’ tinjetta kwalunkwe kumpens riċevut f’HSY, il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif dan jista’ jinvalida l-konklużjoni preċedenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li ma hemm l-ebda obbligu, ma hemm ukoll l-ebda projbizzjoni biex tagħmel dan. Għalhekk, TKMS/GNSH setgħet tinjetta l-kumpens riċevut f’HSY. Barra minn hekk, wieħed jista’ raġonevolment jassumi li, billi TKMS huwa grupp ta’ suċċess, ir-riżorsi finanzjarji tiegħu huma allokati b’mod ottimali bejn l-entitajiet legali differenti tal-grupp. Għalhekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li, jekk entità legali waħda tal-grupp ikollha tħallas multa u entità legali oħra tirċievi kumpens għal dik il-multa, it-tmexxija tal-grupp tiddeċiedi li tittrasferixxi dan l-ammont lill-ewwel entità, u b’hekk terġa’ tistabbilixxi l-aħjar allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-entitajiet legali differenti tal-grupp. Fi kliem ieħor, anki jekk ma hemm l-ebda obbligu biex TKMS/GMSH terġa’ tinjetta l-fondi f’HSY, huwa probabbli li l-maniġment se jiddeċiedi li jagħmel dan.

    (337)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal hija per se inkumpatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    5.   KONKLUŻJONI

    (338)

    Il-Kummissjoni sabet li, mis-sittax-il miżura koperti bil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, xi wħud ma jikkostitwux għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87 (1), uħud jikkostitwixxu għajnuna kumpatibbli, diversi jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli u bosta miżuri ta’ għajnuna approvati mill-Kummissjoni fl-imgħoddi ntużaw ħażin. Għall-każijiet ta’ għajnuna inkumpatibbli mogħtija bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u għall-każijiet ta’ għajnuna użata ħażin, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata.

    (339)

    Il-Kummissjoni tqis li l-problema segwenti tista’ tfixkel l-irkupru effettiv tal-għajnuna u li huwa meħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali biex ikun evitat li dan iseħħ. Dan se jiġi spjegat fis-sezzjoni li jmiss.

    5.1.   Ħtieġa li jiġi assigurat li r-rimborż tal-għajnuna li bbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili ta’ HSY ma jiġix iffinanzjat parzjalment mill-attivitajiet militari

    (340)

    Kif spjegat fis-Sezzjoni 3.3 u applikat għall-miżuri kkonċernati, il-Kummissjoni aċċettat li jekk l-għajnuna Mill-Istat ġiet ipprovduta lit-tarzna mingħajr ma kienet stanzjata biex tiffinanzja attività preċiża, jista’ jitqies li 75 % tal-għajnuna bbenefikaw minnha l-attivitajiet militari u 25 % ibbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili. Din il-konklużjoni toħroġ mill-fatt li HSY ma għandhiex kontijiet separati u għalhekk l-użu tal-fondi ma jistax jiġi intraċċat.

    (341)

    Madankollu, jekk il-Kummissjoni taċċetta li 75 % ta’ kwalunkwe dħul ta’ flus mill-Istat se tiffinanzja l-attivitajiet militari tat-tarzna, hija trid tikkonkludi wkoll li 75 % ta’ kwalunkwe ħruġ ta’ flus mit-tarzna se jiġi appoġġat mill-parti militari ta’ HSY. Fi kliem ieħor, 75 euroċenteżmu minn kull euro rkuprat mingħand HSY jitħallas mill-parti militari ta’ HSY. It-talba biex HSY tħallas lura l-għajnuna riċevuta mill-attivitajiet ċivili tista’ treġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali tal-attivitajiet ċivili tat-tarzna biss jekk il-Greċja tippreżenta evidenza soda lill-Kummissjoni li dan il-ħlas lura kien iffinanzjat esklussivament mill-parti ċivili tat-tarzna.

    (342)

    Fi kliem ieħor, billi l-maġġoranza tal-attivitajiet ta’ HSY huma militari u HSY ma żżommx kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili, hemm riskju ċar li l-ħlas lura tal-għajnuna riċevuta mill-attivitajiet ċivili jiġi ffinanzjat prinċipalment b’fondi li kieku kienu jiffinanzjaw l-attivitajiet militari. L-irkupru li suppost kellu jinġarr kompletament mill-parti ċivili tat-tarzna jkun inġarr prinċipalment mill-parti militari. Billi l-Istat ipprovda appoġġ finanzjarju u finanzjament kbir u ripetut għall-attivitajiet militari ta’ HSY (166), l-użu ta’ fondi li altrimenti kienu jiffinanzjaw l-attivitajiet militari, favuri l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, huwa simili għal trasferiment ta’ għajnuna Mill-Istat lill-attivitajiet ċivili tat-tarzna. Fi kliem ieħor, parti mill-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Istat għall-attivitajiet militari tkun fil-fatt qiegħda tgħin l-attivitajiet ċivili ta’ HSY (u għalhekk ma taqax fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Fil-fatt, dawn il-fondi ma jistgħux jitqiesu bħala neċessarji għall-finanzjament tal-produzzjoni militari għax ma jintużawx għal dak il-għan). Għalhekk ma kinitx se tiġi restawrata s-sitwazzjoni inizjali fis-swieq ċivili u, barra minn hekk, kienet se tingħata għajnuna inkumpatibbli addizzjonali għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY.

    (343)

    Għaldaqstant, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni inizjali li kien ikun hemm mingħajr l-għajnuna tal-Istat u biex jiġi evitat l-għoti ta’ għajnuna addizzjonali għall-attivitajiet ċivili, il-Greċja trid tassigura li l-għajnuna tiġi rkuprata esklussivament mill-parti ċivili tat-tarzna (167),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-għajnuna favur l-ispejjeż tal-investimenti li għamlet HSY qabel il-31 ta’ Diċembru 2001 u li kienu relatati mal-programm ta’ investiment deskritt fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 rigward il-każ N 401/1997 (din il-miżura ssemmiet il-miżura P1 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) taqa’ fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997.

    Kull għajnuna favur l-ispejjeż ta’ investimenti oħra li għamlet HSY – u b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001 – ma taqax fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    Artikolu 2

    Il-garanzija li l-Greċja tat lil ETVA bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 1999 u li tkopri self ta’ GRD 4,67 miljuni (EUR 13,72-il miljun) mogħti minn ETVA lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura P2 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) tikkostitwixxi għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    Jekk il-garanzija tkun għadha ma tħallsitx fid-data ta’ din id-deċiżjoni, il-garanzija tal-Istat għandha tiġi mwaqqfa immedjatament. Barra minn hekk, trid tiġi rkuprata l-għajnuna għall-perjodu mill-ħlas tas-self assigurat lil HSY sal-iskadenza tal-garanzija.

    L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza tal-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u l-prezz totali tas-self assigurat (ir-rata tal-imgħax flimkien mal-primjum tal-garanzija mħallsa minn HSY).

    Artikolu 3

    Is-self li jammonta għal GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) li ngħata f’Lulju 1999 minn ETVA lil HSY u ġie mħallas lura fl-2004 (din il-miżura ssemmiet il-miżura P3 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxi għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    Għall-perjodu mill-ħruġ tas-self lil HSY sakemm ġie mħallas lura, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u r-rata tal-imgħax tas-self.

    Artikolu 4

    Is-self fuq sentejn li jammonta għal EUR 13,75-il miljun li ġie konkluż fil-31 ta’ Mejju 2002 bejn ETVA u HSY u qatt ma tħallas lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura P4 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) ma jikkostitwix għajnuna.

    Artikolu 5

    L-għajnuna li tammonta għal GRD 54 biljun (EUR 160 miljun) li ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 rigward il-każ ta’ għajnuna Mill-Istat C 10/1994 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E7 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) intużat ħażin u trid tiġi rkuprata.

    Artikolu 6

    L-għajnuna li tammonta għal EUR 29,5 miljun li ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2002 fir-rigward tal-kawża N 513/2001 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E8 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) intużat ħażin u trid tiġi rkuprata.

    Artikolu 7

    75 % tal-injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) magħmula minn ETVA f’HSY matul is-snin 1996 u 1997 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E9 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) hija koperta bl-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-25 % l-oħra tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija kumpatibbli mas-suq komuni.

    Artikolu 8

    L-injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal GRD 800 miljun (EUR 2,2 miljuni) magħmula minn ETVA fHSY fl-20 ta’ Mejju 1998 (din iż-żieda kapitali, kif ukoll it-tnejn li ġejjin, issemmew il-miżura E10 fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) ma tikkostitwix għajnuna.

    L-injezzjonijiet ta’ kapital li jammontaw għal GRD 321 miljun (EUR 0,9 miljun) u għal GRD 397 miljun (EUR 1,2 miljun) magħmula minn ETVA f’HSY rispettivament fl-24 ta’ Ġunju 1999 u fit-22 ta’ Mejju 2000, jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Din l-għajnuna trid tiġi rkuprata.

    Artikolu 9

    Il-kontrogaranziji mogħtija mill-Istat lil ETVA sabiex jassigura l-garanziji li ETVA kien ħareġ fil-qafas tal-kuntratti li HSY ikkonkludiet mal-Organizzazzjoni Ellenika tal-Ferroviji (OSE) u mal-Ferroviji Elettriċi Ateni-Piraeus (ISAP) dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E12b fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    Fil-każ tal-kontrogaranziji marbuta mal-kuntratti ma’ ISAP, l-għajnuna tammonta għad-differenza bejn it-tariffa annwali ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 4,8 %) u l-primjums li fil-fatt ħallset HSY (jiġifieri l-primjum ta’ garanzija mħallas lil ETVA flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas lill-Istat). Din l-għajnuna trid tiġi rkuprata għall-perjodu sakemm skadew il-kontrogaranziji tal-Istat.

    Fil-każ tal-kontrogaranziji relatati mal-kuntratti ma’ OSE, dawn iridu jitwaqqfu immedjatament jekk għadhom ma tħallsux. Barra minn hekk, trid tiġi rkuprata l-għajnuna għall-perjodu minn meta kienu fis-seħħ il-kontrogaranziji. L-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn it-tariffa annwali ta’ 680 punt bażi (jiġifieri 6,8 %) u l-primjums li fil-fatt ħallset HSY (jiġifieri l-primjum ta’ garanzija mħallas lil ETVA flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas lill-Istat).

    Artikolu 10

    L-implimentazzjoni tal-kuntratti eżistenti bejn HSY fuq naħa waħda u OSE u ISAP fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll l-emendi tal-kuntratti aċċettati minn OSE fl-2002-2003 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E12c fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti), ma jikkostitwixxux għajnuna.

    Artikolu 11

    Is-self li jammonta għal GRD 16,9-il biljun (EUR 49,7 miljun) mogħti fid-29 ta’ Ottubru 1999 minn ETVA lil HSY u mħallas lura fl-2004 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E13a fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija inkumpatibbli mas-suq komuni.

    L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għall-perjodu sa Ġunju 2001 hija d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u r-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY lil ETVA.

    Għall-perjodu minn hemmhekk ‘il quddiem sal-ħlas lura tas-self, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’400 punt bażi u r-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY lil ETVA.

    Artikolu 12

    Il-garanziji ta’ EUR 3,26 miljuni u EUR 3,38 miljuni mogħtija rispettivament minn ETVA fl-4 ta’ Marzu 1999 u fis-17 ta’ Ġunju 1999 u li ġew ikkanċellati fl-2002 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E13b fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) jikkostitwixxu għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija inkumpatibbli ma-suq komuni.

    L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għall-perjodu sal-kanċellazzjoni tal-garanziji tammonta għad-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija annwali ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 4,8 %) u l-primjum ta’ garanzija li fil-fatt ħallset HSY.

    Artikolu 13

    75 % tal-garanzija Mill-Istat mogħtija fit-8 ta’ Diċembru 1999 biex tassigura self li jammonta għal GRD 10 biljuni (EUR 29,3 miljun) mogħti minn ETVA lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura E14 fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

    Il-25 % l-oħra tal-garanzija mill-Istat ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. GRD 750 miljun (EUR 2,20 miljun) ta’ din l-għajnuna kienu kumpatibbli mas-suq komuni sal-31 ta’ Marzu 2002. Wara dik id-data, EUR 1,32 miljun biss kienu kumpatibbli mas-suq komuni. Il-bqija tal-għajnuna hija inkumpatibbli.

    Jekk il-garanzija Mill-Istat għadha mhix imħallsa, il-parti ta’ din il-garanzija li tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli (jiġifieri 25 % tal-garanzija li għadha ma tħallsitx, bi tnaqqis ta’ EUR 1,32 miljun li huwa kumpatibbli) trid titwaqqaf immedjatament.

    Barra minn hekk, għall-perjodu mill-ħlas tas-self assigurat lil HSY sat-terminazzjoni tal-garanzija Mill-Istat inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata għajnuna li tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u l-prezz totali tas-self assigurat (rata tal-imgħax flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY).

    Din l-għajnuna hija kkalkulata fir-rigward ta’ dik il-parti tal-garanzija Mill-Istat li kienet tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

    Artikolu 14

    75 % tas-self li jammonta għal GRD 1,99 biljun (EUR 5,9 miljuni), USD 10 miljuni u USD 5 miljuni mogħti rispettivament minn ETVA lil HSY fil-25 ta’ Lulju 1997, fil-15 ta’ Ottubru 1997 u fis-27 ta’ Jannar 1998 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E16 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

    Il-25 % l-oħra tas-self jikkostitwixxu għajnuna.

    L-għajnuna inkluża fl-ewwel self, li kien denominat fi drachmas, tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’400 punt bażi u r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY. L-għajnuna inkluża fit-tieni u fit-tielet self, li kienu denominati f’dollari Amerikani, tammonta għad-differenza bejn US LIBOR miżjuda b’475 punt bażi u r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY.

    Fit-tliet każijiet, l-għajnuna ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

    Din l-għajnuna għalhekk trid tiġi rkuprata.

    Artikolu 15

    25 % ta’ EUR 81,3 miljun u ta’ EUR 40 miljun, li jirrappreżentaw approssimazzjonijiet tal-ħlasijiet bil-quddiem li għamlet il-Flotta Griega fl-2000 u fl-2001 iżjed mill-ispejjeż li għamlet HSY fit-twettiq tal-kuntratti korrispondenti matul dak il-perjodu (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E17 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti), jikkostitwixxu għajnuna matul sena waħda.

    Din l-għajnuna ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. L-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għar-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi, li trid tingħadd matul sena waħda.

    Artikolu 16

    Il-garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal li kienet tipprovdi li ETVA jikkumpensa lil HDW/Ferrostaal għal kull għajnuna Mill-Istat rkuprata mingħand HSY (din il-miżura kienet parti mill-miżura msemmija l-miżura E18c fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, il-garanzija hija per se inkumpatibbli mas-suq komuni. Il-garanzija għalhekk għandha tiġi mwaqqfa immedjatament.

    Artikolu 17

    Billi l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, kif definita fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11-15, ibbenefikaw minnha esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, hija trid tiġi rkuprata mill-attivitajiet ċivili ta’ HSY. F’dan ir-rigward, il-Greċja trid tipprovdi evidenza dettaljata – fosthom konferma tal-kumpanija indipendenti li tivverifika l-kontijiet tagħha – li l-ħlas lura ġie ffinanzjat esklussivament mill-parti ċivili ta’ HSY.

    Artikolu 18

    1.   Il-Greċja għandha tirkupra mingħand HSY l-għajnuna li trid tiġi rkuprata kif definit fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11-15.

    2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ HSY sal-irkupru attwali tagħhom.

    3.   Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (168).

    4.   L-irkupru tal-għajnuna għandu jkun immedjat u effettiv.

    5.   Il-Greċja għandha tassigura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 19

    1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tissottometti l-informazzjoni segwenti lill-Kummissjoni:

    (a)

    l-ammont (prinċipali u l-imgħaxijiet tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

    (b)

    deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex tiġi rrispettata din id-Deċiżjoni;

    (ċ)

    dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

    2.   Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna. Hija għandha tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex tiġi rrispettata din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħax tal-irkupru li diġà ġie rkuprat mingħand il-benefiċjarju.

    Artikolu 20

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Greċja.

    Brussell, it-2 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  Il-bidu tal-proċeduri tħabbar fil-ĠU C 202, 10.8.2004, p. 3. L-estensjoni tal-proċedura tħabbret fil-ĠU C 236, 30.9.2006, p. 40.

    (2)  ĠU C 47, 12.2.1998, p. 3. Id-deċiżjoni ntbagħtet lill-Greċja fl-1 ta’ Awwissu 1997 (ittra SG(97)D 6556).

    (3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

    (4)  ĠU C 202, 10.8.2004, p. 3.

    (5)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

    (6)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

    (7)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

    (8)  Fil-fatt, huwa mfakkar li kwalunkwe sottomissjoni ta’ parti interessata trid tintbagħat lill-Greċja għall-kummenti. Il-Greċja għandha xahar żmien biex twieġeb. Billi xi sottomissjonijiet kienu pjuttost voluminużi, il-Greċja setgħet talbet sabiex tingħata aktar żmien biex twieġeb. Jekk xi asserzjonijiet ma jkunux issostanzjati sew, il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn titlob għal aktar dokumenti biex isostnu dawn it-talbiet. Il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tistaqsi wkoll lill-Greċja mistoqsijiet preċiżi dwar kwistjonijiet ġodda mqajma fis-sottomissjoni tal-parti interessata.

    (9)  Din l-ittra għandha 65 paġna, flimkien ma’ 290 paġna ta’ annessi, l-ittra tal-24 ta’ April għandha 35 paġna, flimkien ma’ 900 paġna ta’ annessi u l-ittra tat-2 ta’ Ġunju għandha 63 paġna, flimkien ma’ 1 750 paġna ta’ annessi.

    (10)  L-informazzjoni pprovduta f’din is-sezzjoni fil-biċċa l-kbira ġejja mid-dokument “Hellenic Shipyards S.A. – Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001, li tqassam lill-appaltaturi interessati. Kopja ta’ dan ir-rapport ġiet ipprovduta minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007.

    (11)  ĠU L 380, 31.12.1990, p. 27. Fl-Artikolu 10 hemm dispożizzjonijiet speċjali li jirreferu għall-Greċja.

    (12)  ĠU C 88, 30.3.1993, p. 6.

    (13)  ĠU C 138, 20.5.1994, p. 2.

    (14)  PV(95) 1258, 26.7.1995, SEC(95) 1322/2, 24.7.1995.

    (15)  ĠU C 68, 6.3.1996, p. 4.

    (16)  ĠU C 80, 13.3.1997, p. 8.

    (17)  ĠU L 148, 6.6.1997, p. 1.

    (18)  ĠU C 306, 8.10.1997, p. 5.

    (19)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.2772 tal-25.4.2002, ĠU C 143, 15.6.2002, p. 7.

    (20)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.3596 tal-10.12.2004, ĠU C 103, 29.4.2006, p. 30.

    (21)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.3932 tal-10.11.2005, ĠU C 287, 18.11.2005, p. 5.

    (22)  ĠU C 186, 6.8.2002, p. 5.

    (23)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 44.

    (24)  L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw din il-valutazzjoni fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (25)  Sezzjoni 2.1 tal-ittra tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (26)  Sabiex jiġu valutati r-riżorsi proprji tal-kumpanija, l-ekwità netta hija ferm aktar rilevanti mill-kapital tal-ishma. Fil-fatt, l-ekwità netta tqis il-profitti miżmuma u t-telf tas-snin preċedenti, li rispettivament iżidu u jnaqqsu r-riżorsi proprji tal-kumpanija.

    (27)  Is-sena finanzjarja 2003 kienet mill-1.1.2003 sat-30.9.2003.

    (28)  ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

    (29)  Il-Kummissjoni tosserva li HSY ippruvat tissellef mis-suq b’rata aktar baxxa, iżda mingħajr suċċess. Dan il-fatt jidher mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi ta’ HSY datati 1 ta’ Diċembru 1998 u 27 ta’ Jannar 1999, li kopji tagħhom kienu pprovduti minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007. It-tentattiv biex tissellef mis-suq ġie rrappurtat ukoll fl-istampa (“Hellenic Shipyards set first euromarket loan”, Reuters News, 19 ta’ Marzu 1999).

    (30)  Bis-saħħa tal-ħfir tad-dejn implimentat mill-Istat, HSY kienet kważi ħielsa mid-dejn, b’mod li l-ispejjeż tal-imgħaxijiet (jiġifieri r-rata tal-imgħax imħallsa lill-banek li sellfu) kienu baxxi ħafna fl-1997 u fl-1998 (dawn żdiedu b’mod drammatiku fis-snin ta’ wara). Kieku fl-1997 u fl-1998 l-ispejjeż tal-imgħaxijiet kienu f’livell aktar normali, ir-riżultati finanzjarji kienu jkunu inqas favorevoli u wisq probabbli ma kien jiġi rreġistrat ebda profitt fl-1998.

    (31)  Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ħaseb ukoll għal żieda drammatika fil-attivitajiet ta’ konverżjoni ta’ bastimenti wara l-1998. HSY ma rnexxiliex tikseb dan il-għan.

    (32)  Dan fil-fatt kien l-ewwel kuntratt għall-bini ta’ bastimenti li ġie konkluż ma’ kumpanija privata fi kważi għoxrin sena.

    (33)  Mill-ewwel sena, il-kontijiet ta’ HSY kienu jinkludu provvediment għat-telf previst li jirriżulta mit-twettiq ta’ dan il-kuntratt. Fis-snin ta’ wara, l-ammont ta’ dawn il-provvedimenti żdied kull sena. Barra minn hekk, jidher li dawn il-provvedimenti ma kinux biżżejjed billi TKMS/GNSH bdiet proċedura kontra l-bejjiegħ ta’ HSY fuq dik il-kwistjoni. Rigward ir-raġunijiet għall-konklużjoni ta’ kuntratt li, meta jittieħed separatament, mhuwiex profittabbli, il-Kummissjoni tinnota li, bil-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, il-maniġment probabbilment stenna li jkopri parti mill-ispejjeż fissi tat-tarzna (il-ktieb tal-ordnijiet għall-bini tal-bastimenti kien vojt dak iż-żmien) u għalhekk li jnaqqas it-telf mistenni tat-tarzna.

    (34)  Dan il-kuntratt ġie rrappurtat mill-istampa. Ara pereżempju “Hellenic lands crucial submarine contract”, Lloyd’s List International, 30 ta’ Lulju 1999.

    (35)  Skont paġni 5-12 tar-rapport tas-Servizzi ta’ Konsulenza Finanzjarja Deloitte (minn hawn ‘il quddiem “l-ewwel rapport Deloitte”) ppreżentat minn HSY b’appoġġ għall-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-bini tas-sottomarini kellu jibda biss fl-2003.

    (36)  Skont artikli fl-istampa, f’Ottubru 1998 il-maniġment ta’ HSY kien diġà wissa lill-azzjonisti dwar id-diffikultajiet mistennija (ara l-artiklu tal-istampa kkwotat fin-nota 38 ta’ qiegħ il-paġna). Skont il-Minuti tal-Bord tad-Diretturi ta’ HSY datati 1 ta’ Diċembru 1998, kien mistenni telf għall-1999. Fil-bidu ta’ Diċembru 1999, il-maniġment ta’ HSY irrikonoxxa pubblikament li t-tarzna kienet ippjanata li tirreġistra telf ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29 miljun) għas-sena 1999 u għas-sena 2000 (“Hellenic boss expects profit in 2001”, Lloyd’s List, 6 ta’ Diċembru 1999). Il-possibbiltà ta’ telf daqshekk kbir għall-1999 kien diġà rrappurtat mill-istampa f’Novembru 1999 (“Brown & Root team ousted from Hellenic”, Lloyd’s List, 19 ta’ Novembru 1999).

    (37)  Ħlief kieku l-Istat ipprovda għajnuna addizzjonali (mhux kompatibbli) biex isostni l-attivitajiet ċivili tat-tarzna u appoġġ fuq skala kbira għall-attivitajiet militari.

    (38)  Għaldaqstant, it-tarzna kienet f’riskju li ma tirċevix l-għajnuna għall-investiment imwiegħda mill-awtoritajiet Griegi, li ffissaw id-data tal-31 ta’ Diċembru 1999 sabiex jitlesta l-programm. Skont il-liġi Griega, sabiex jinkiseb prolungament ta’ dan il-perjodu, riedu jsiru tal-anqas 50 % tal-ispejjeż.

    (39)  Fid-dokument “Hellenic Shipyards S.A. – Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001 u li ġie pprovdut lill-appaltaturi interessati (kopja ta’ dan id-dokument kienet ipprovduta minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007), tidher id-deskrizzjoni segwenti: “Fl-1999 madankollu, ir-riżultati finanzjarji tal-Kumpanija reġgħu saru negattivi. Brown & Root insistew li jipproċedu bil-bidliet strutturali fil-persunal. Dawn il-bidliet ma ġewx aċċettati mill-Azzjonisti (Bank ETBA u l-Impjegati), u l-kuntratt ta’ Brown & Root ġie revokat” (paġna 15). L-artikli fl-istampa huma iżjed espliċiti: “Huwa maħsub li l-maniġment informa lis-sidien ta’ Hellenic sa minn Ottubru li għadda li din is-sena kienet se tkun sena ħażina sakemm ma jittiħdux miżuri sabiex jirrazzjonalizzaw l-impjegati, li huma l-proprjetarji konġunti tat-tarzna ma’ bank mill-Istat. Bil-flus jintefqu fuq il-modernizzar ta’ Hellenic għall-ewwel darba f’ħafna snin, it-tagħmir ġdid għamel il-problema rrappurtata tal-ħaddiema żejda aktar evidenti, iżda l-azzjonisti sal-lum irrifjutaw proposti sabiex jitnaqqsu minimu ta’ 250 impjieg, l-aktar klerikali. Fl-istess waqt, il-maniġment fittex li jintroduċi flessibilità akbar fil-prattiċi tax-xogħol tat-tarzna. Iżda r-riżultat prinċipali jidher li kien li jiġu antagonizzati l-mexxejja tal-unjins li fittxew it-tneħħija tat-tim amministrattiv magħmul minn tmien persuni, immexxija mis-Sur Groves, li huwa ssekondat minn Brown & Root tal-UK.”

    (40)  Premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2004 dwar il-miżuri implimentati minn Spanja għal Siderúrgica Añón SA (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 22); Premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal Sniace SA (ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35).

    (41)  Ara nota 35 ta’ qiegħ il-paġna.

    (42)  Paġna 5-19 tar-rapport.

    (43)  Ara nota 29 ta’ qiegħ il-paġna.

    (44)  Il-Kummissjoni hawnhekk tiddeskrivi xi wħud mill-iżbalji li jidhru f’Kapitlu 5.0 “Credit Worthiness of Hellenic Shipyards S.A” tal-ewwel rapport Deloitte.

    L-ewwel, dwar l-“Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment (Status u Evoluzzjoni)”, l-ewwel rapport Deloitte f’paġna 5-4 isostni li fit-30 ta’ Ġunju 1999“l-ammont iċċertifikat qabeż il-50 % tal-investiment totali”. Madankollu, fir-realtà, l-ammont iċċertifikat fit-30 ta’ Ġunju 1999 kien jammonta għal 18 % tal-programm ta’ investiment totali. Dan juri li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment kienet bil-mod. Għalhekk l-“Istatus u l-Evoluzzjoni” tal-pjan kien fattur “negattiv” fit-tabella fil-paġna 5-2 tar-rapport.

    It-tieni, dwar il-kriterji “Disponibilità ta’ proprjetà li tista’ tiġi ipotekata” (paġna 5-5 u 5-6), il-Kummissjoni tħoss li dan l-element huwa irrilevanti sabiex tevalwa jekk bank privat kienx jagħti s-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA u l-Istat. Fil-fatt, is-self ta’ dawn tal-aħħar ma kien assigurat b’ebda dritt fuq il-proprjetà. Meta jivvaluta jekk self jew garanzija mogħtija mill-Istat tikkostitwixxix għajnuna, wieħed irid jivvaluta jekk din it-transazzjoni preċiża kinitx tkun aċċettabbli għal investitur privat. Il-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tivvaluta jekk HSY, billi tikkonkludi tip ieħor ta’ kuntratt li jagħti aktar dritt lil min isellef, kinitx tkun kapaċi tikseb is-self u l-garanziji. Anki jekk l-eżistenza ta’ proprjetà li setgħet tkun ipotekata tkun rilevanti, il-Kummissjoni tosserva li l-proprjetà eżistenti kienet diġà ipotekata għal ammont ta’ EUR 199 miljun sal-1998 u għal ammont ta’ EUR 51 miljun sal-2003. Għaldaqstant, sellief potenzjali kien ikun kapaċi jikseb biss dritt inizjali fuq parti limitata tal-proprjetà. Barra minn hekk, l-assi tanġibbli ta’ HSB kellhom valur ta’ likwidazzjoni baxx. Dan huwa kkonfermat mis-Servizzi ta’ Konsulenza Finanzjarja Deloitte nfushom f’paġna 8-8 u 8-9 tat-tieni rapport tagħhom miktub fit-18 ta’ Ġunju 2007 (minn hawn ‘il quddiem “it-tieni rapport Deloitte”) u ppreżentati min TKMS/GNSH b’appoġġ għall-ittra tagħha datata l-21 ta’ Ġunju 2007. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li d-“Disponibilità ta’ Proprjetà li tista’ tiġi ipotekata” hija irrilevanti fl-evalwazzjoni tal-miżuri, u, anki kieku tkun rilevanti, sellief potenzjali ma kienx jikkunsidra dan l-element daqshekk pożittiv daqskemm tindika Deloitte fl-ewwel rapport Deloitte.

    It-tielet, id-“Disponibilità ta’ bini marbut ma’ xogħol li għaddej li jista’ jkun ipotekat” (paġna 5-7) mhix toffri protezzjoni solida għal kreditur jekk HSY ma tħallasx u twaqqaf l-attività. Fil-fatt, il-valur kummerċjali ta’ xogħol li jkun għadu għaddej huwa ġeneralment baxx meta mqabbel mal-fondi missellfa sabiex jinbena u meta mqabbel mal-valur tal-kuntratt. Dan kien illustrat miż-żewġ bwieq tal-laneċ ordnati mil-linji Strintzis, li nbiegħu bi prezz baxx u biss sentejn (jiġifieri mhux qabel minn) sentejn wara r-revoka tal-kuntratt għall-bini tal-bastimenti. Rigward it-twassil tar-riċevibbli lil bank li jsellef, din mhijiex protezzjoni b’saħħitha lanqas billi jekk it-tarzna twaqqaf l-attivitajiet tagħha, ix-xerrej ma jirċevix il-prodott ordnat u għalhekk ma jkollux iħalles il-prezz tax-xiri. Dan ifisser li s-sigurtà tkun bla siwi eżattament fix-xenarju fejn tkun meħtieġa. It-talbiet marbuta mal-għoti tal-kuntratti għalhekk ma jippermettux lill-bank li jsellef li jirkupra wisq flus fil-każ ta’ falliment ta’ HSY (ara, pereżempju, in-noti 128 u 131 ta’ qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni preżenti). Konsegwentement, sellief potenzjali ma kienx jikkunsidra dan l-element b’mod pożittiv daqskemm tindika Deloitte fl-ewwel rapport Deloitte.

    Ir-raba’, rigward is-“Self bankarju totali għall-proporzjon ta’ ekwità tal-azzjonisti u l-obbligazzjonijiet ta’ djun pendenti f’dak iż-żmien”, il-“Kuntratti ffirmati mal-Klijenti (il-ktieb tal-ordnijiet ta’ HS)”, l-“Evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni tad-dħul” u l-“Evoluzzjoni tal-profittabilità”, il-Kummissjoni tirreferi għall-kummenti tagħha żviluppati aktar qabel fid-deċiżjoni preżenti. Fost affarijiet oħra, il-Kummissjoni tfakkar li sa mill-aħħar kwart tal-1998 seta’ jiġi previst li HSY kienet se turi telf fl-1999. Fix-xhur ta’ wara, deher evidenti li d-daqs ta’ dan it-telf kien se jkun kbir, u li kellu jkun mistenni wkoll telf kbir għas-sena 2000, b’mod li l-ekwità netta tal-HSY kienet kważi tispiċċa. Fil-qosor, il-Kummissjoni tħoss li l-ewwel rapport Deloitte ma jqisx li r-riżultati finanzjarji negattivi tas-snin 1999 u 2000 kienu diġà prevedibbli qabel il-bidu tas-sena rispettiva.

    Il-ħames u l-aħħar, kif diġà spjegat, kwalunkwe sellief potenzjali kien jara ċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet għala tneħħa l-maniġment eżistenti ta’ HSY bħala fattur negattiv. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni bħala “Mhux definibbli” f’paġna 5-2 ma tistax tiġi aċċettata mill-Kummissjoni.

    (45)  Dan il-punt huwa żviluppat fis-sezzjoni li jmiss (sezzjoni 3.2) fejn il-Kummissjoni tanalizza l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA għall-Istat. Li jkun bank għall-iżvilupp kien l-uniku mandat ta’ ETVA f’dak il-mument. Fin-nota 63 ta’ qiegħ il-paġna, l-awtoritajiet Griegi jindikaw ir-reazzjoni tagħhom għad-deċiżjoni ta’ estensjoni: “ETVA kien l-uniku bank għall-iżvilupp fil-Greċja, u għalhekk m’hemm ebda mod kif wieħed iqabbel l-attività għall-iżvilupp tiegħu ma’ dik ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu.”

    (46)  Ara nota 53 ta’ qiegħ il-paġna.

    (47)  Rigward il-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni ma tarax ukoll x’“valur” kellu s-sehem ta’ HSY u għalhekk x’“valur” kien qiegħed jipprova jippreżerva ETVA. Fil-fatt, il-qagħda finanzjarja kienet tant ħażina li wieħed ma jirnexxilux jara kif l-ishma setgħu kellhom xi valur sinifikanti.

    (48)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 52.

    (49)  Ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006, paragrafu 156.

    (50)  Ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006, paragrafu 156.

    (51)  Il-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma ġie ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 2001 u emendat fl-20 ta’ Marzu 2002, f’liema data sar l-għeluq tal-bejgħ.

    (52)  Hemm bosta artikli fl-istampa li juru l-involviment tal-gvern f’dik id-deċiżjoni. Ara pereżempju “Deadline for Greek shipyard/Government to decide on purchase of Hellenic Shipyards”, Financial Times, 19 ta’ April 1985, “According to the Greek minister of national economy and shipping, Mr G. Arsenis, the government is under pressure to buy the Hellenic Shipyards because of the structure of Greek industry”, Lloyd’s List International, 29 ta’ Ġunju 1985, “Government to buy ailing Greek shipyard”, Financial Times, 17 ta’ Lulju 1985, “Mr A Drossoyannnis, the Greek Minister for National Defence, has announced that all future naval new building orders will be placed with Hellenic Shipyards”, Lloyd’s List International, 26 ta’ Lulju 1985, “Jobless shipyard workers march in Athens”, The Wall Street Journal, 12 ta’ Lulju 1985.

    (53)  B’ittra tal-25 ta’ Novembru 1986, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’injezzjoni kapitali ta’ USD 58,3 miljun minn ETVA lil HSY. Il-każ kien irreġistrat taħt in-numru N 230/86. B’ittra tal-20 ta’ Marzu 1987 (referenza SG (87) D/3738), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li l-injezzjoni ta’ kapital minn ETVA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li madankollu hija kompatibbli mas-suq komuni.

    (54)  Kapitolu E (Artikolu 12-15) tal-Liġi 2367/1995.

    (55)  Pereżempju l-Artikolu 13 tal-Liġi 2367/1995 kien jipprovdi għat-tnaqqis ta’ 600 min-numru ta’ ħaddiema fil-kumpanija u speċifika l-inċentivi għan-nies żejda. Barra dan, skont l-artikolu 14 ta’ din il-liġi, 99 % tad-djun eżistenti ta’ HSY dak iż-żmien kienu ser jiġu maħfura.

    (56)  Kif indikat qabel, l-Istat fil-fatt beda jagħti għajnuniet kbar lil HSY malli xtraha.

    (57)  Kif stabbilit qabel, HSY ma kellha ebda aċċess għall-banek mit-30 ta’ Ġunju 1999. Billi HSY ma setgħetx tissellef mis-suq u billi kienet f’qagħda finanzjarja prekarja, kieku ETVA rrifjuta li jagħti s-self jew talab rati tal-imgħax aktar għoljin, dan kien jiggrava d-diffikultajiet ta’ HSY (jew saħansitra wassal għall-falliment), xi ħaġa li ma kinitx tkun aċċettabbli għall-Istat. Għaldaqstant ETVA, minħabba l-influwenza tal-istat, ma kellu ebda għażla għajr li jagħti s-self mitlub minn HSY.

    (58)  Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 93(2) tat-Trattat tal-KE lil Stati Membri u partijiet interessati oħra dwar l-għajnuna li l-Greċja tat lil Hellenic Shipyards plc, ĠU C 80, 13.3.1997, p. 8.

    (59)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 56.

    (60)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata t-18 ta’ Settembru 2002 (irreġistrata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2002 bin-numru A/36895), mibgħuta fil-qafas tal-kawża CP 101/2002.

    (61)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 56.

    (62)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-20 ta’ Novembru 2003, mibgħuta fil-qafas tal-Kawża CP 101/2002.

    (63)  Barra minn hekk, huma ngħataw flimkien mal-involviment diġà eżistenti ta’ ETVA f’HSY, b’mod li l-esponiment totali ta’ ETVA lejn HSY kien sinifikanti. Il-prova tas-sinifikat ta’ dan l-esponiment hija li r-Rapport Annwali ta’ ETVA tas-sena 2000 jirrikonoxxi d-dannu li sar lill-bank bl-involviment f’Hellenic Shipyards (p. 42-43).

    (64)  L-ittra tal-Greċja datata l-15 ta’ Ġunju 2006 (il-proċedura tal-irkupru għandha n-numru CR 40/2002).

    (65)  Fid-Deċiżjoni C 10/1994, il-Kummissjoni ma tivvalutax ir-rinunzja tad-djun li jirriżultaw mill-bini ta’ “bastimenti militari” minħabba li hija “attività li mhijiex fl-ambitu tat-Trattat tal-KE”. Bl-istess mod fid-deċiżjoni N 513/2001, il-Kummissjoni ma tivvalutax 75 % tal-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 118-il miljun minħabba li hija marbuta ma’ bini ta’ bastimenti militari.

    (66)  Huwa mfakkar li HSY ma żammitx kontijiet separati bejn l-attivitajiet militari u ċivili matul is-snin ikkonċernati. Għaldaqstant, miżura tista’ tiġi kkunsidrata li tiffinanzja attività partikolari biss jekk id-deċiżjoni tal-għoti tindika eżatt liema attività hija ffinanzjata.

    (67)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2-18.

    (68)  Matul l-istess sena, ir-rinunzja tad-djun relatati mal-attivitajiet militari tat-tarzna ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni.

    (69)  Dan huwa ċar ukoll mill-kliem tad-Deċiżjoni C 10/1994.

    (70)  Din kienet ukoll l-informazzjoni pprovduta lill-appaltaturi interessati waqt il-proċess ta’ privatizzazzjoni fl-2001, kif jista’ jiġi konkluż mir-rapport dwar id-“Diliġenza Dovuta” tad-19 ta’ Ġunju 2001 imwettaq minn Arthur Andersen għal HDW u Ferrostaal, p. 23 (ipprovdut bħala Appendiċi Ċ tar-rapport ippreżentat minn TKMS u GNSH fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2007).

    (71)  Il-Kummissjoni tfakkar li l-privatizzazzjoni tal-2001-202 – u saħansitra anqas il-programm ta’ investiment matul dak il-perjodu – ma kinux mitluba mill-Kummissjoni.

    (72)  Sezzjoni 1.3.b. tal-ittra datata l-20 ta’ Ottubru 2004.

    (73)  Ammont ipprovdut f’EUR mill-awtoritajiet Griegi.

    (74)  Din l-informazzjoni tidher fis-Sezzjoni 1.3 u fl-Annessi 4, 5 u 6 tal-ittra tal-Greċja datata l-20 ta’ Ottubru 2004.

    (75)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14

    (76)  Ara nota 14 ta’ qiegħ il-paġna għall-ittra tal-Greċja tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (77)  Il-Punt 2.1.2 tal-Avviż dwar il-garanziji jindika li “anki jekk qatt ma jsiru ħlasijiet mill-Istat taħt il-garanzija, xorta jista’ jkun hemm għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1). L-għajnuna tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, mhux fil-mument meta tiġi invokata l-garanzija jew fil-mument meta jsiru l-ħlasijiet skont it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tirrappreżentax jew le għajnuna mill-Istat, u, jekk iva, x’jista’ jkun l-ammont ta’ dik l-għajnuna, irid jiġi valutat fil-mument li tingħata l-garanzija.”

    (78)  Pereżempju, “Portugal shipyards” issemmew bħala kompetituri ta’ HSY f’paġna 10 tad-dokument “Hellenic Shipyards S.A. - Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001 u mqassam lill-appaltaturi interessati. Kopja ta’ dan ir-rapport ġie pprovdut minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007.

    Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ ta’ Amalgamazzjoni Nru COMP/M.2772 – HDW/Ferrostaal/Hellenic Shipyard taħt l-intestatura “Definizzjoni ġeografika tas-suq” tindika li “il-partijiet jargumentaw, li s-suq għall-kostruzzjoni, it-tiswija u l-konverżjoni ta’ kull tip ta’ bastiment kummerċjali huwa dinji fl-ambitu ġeografiku, billi l-ispejjeż tat-trasport għall-bastimenti huma relattivament baxxi m’hemmx ostakoli sinifikanti għall-kummerċ.”

    (79)  Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil HSY kienu bbażati fuq l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett tal-kummerċ. Dawn id-deċiżjonijiet qatt ma ġew ikkontestati. Għaldaqstant, fl-evalwazzjoni tal-miżuri implimentati matul l-istess perjodu, mhijiex meħtieġa verifika estensiva tal-osservanza ta’ dawn iż-żewġ kriterji.

    (80)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1.

    (81)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

    (82)  Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Greċja fis-sezzjoni 1.3.a u l-Anness 4 tal-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (83)  Kieku t-tarzna kienet waqqfet l-operazzjonijiet, l-organi ta’ kontroll kompetenti kienu jkunu jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqu ebda kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-pjan u għalhekk il-kundizzjoni li jitħallas l-ewwel porzjon ma kinitx tintlaħaq.

    (84)  Fis-sezzjoni 1.2.2 “L-ewwel kontroll magħmul mill-organi kompetenti” (traduzzjoni Ingliża) tal-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jispjegaw li l-Ministeru tal-ekonomija nazzjonali kien tard fil-kitba tal-formola ta’ kontroll, bir-riżultat li l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 1999 stabbilita fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni mill-gvern ma kinitx tiġi rrispettata. Sabiex l-għajnuna titħallas wara dik id-data, l-awtoritajiet Griegi riedu jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu biex jiġi implimentat il-pjan ta’ investiment. Id-deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni kienet tippresupponi l-estensjoni tal-kumitat għad-deċiżjoni nnifsu, li kienet ikkumplikata minn bidliet leġiżlattivi.

    (85)  ĠU C 368, 23.12.1994, p. 12.

    (86)  Id-differenza bejn iż-żewġ rati tal-imgħax trid tiġi mmultiplikata bil-prinċipali tas-self pendenti (jiġifieri li għadu ma tħallasx lura) matul is-sena inkwistjoni.

    (87)  Bl-istess mod, l-Avviż dwar il-garanziji jindika li l-għajnuna tingħata meta tingħata l-garanzija u mhux f’data futura (ara nota 80 ta’ qiegħ il-paġna).

    (88)  Fil-fatt, il-valur tas-suq ta’ self jiddependi fuq il-valur preżenti tal-likwidità futura, li titnaqqas billi tintuża rata tal-imgħax li tirrifletti r-riskju tas-self. Jekk ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self tkun inqas mill-aħħar rata ta’ mgħax, il-valur tas-suq jinżel immedjatament taħt il-valur nominali tas-self.

    (89)  Kieku l-proprjetarju l-ġdid ta’ ETVA ddeċieda wara l-privatizzazzjoni li jtawwal self assigurat mhux mill-Istat lil hinn mill-maturità inizjali tiegħu, ma jkun hemm ebda għajnuna fil-perjodu lil hinn mill-maturità inizjali billi ma jkun hemm ebda riżorsi tal-Istat skont ir-raġunament li għadu kemm ġie spjegat.

    (90)  Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Greċja fis-Sezzjoni 1.3 u fl-Anness 6 tal-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004.

    (91)  Ara n-nota 87 ta’ qiegħ il-paġna.

    (92)  Wieħed jista’ jistaqsi għaliex ETVA kien iffirma l-kuntratt tas-self fil-31 ta’ Mejju 2002 jekk ma kellu ebda intenzjoni li jħallas l-ammont korrispondenti lil HSY. Il-Kummissjoni tosserva li d-data tal-kuntratt hija l-istess eżatt bħad-data tal-iffirmar tal-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY. Għalhekk huwa probabbli li x-xerrejja ta’ HSY poġġew lil ETVA taħt pressjoni biex jagħti iżjed finanzjament lil HSY billi heddu li ma jaċċettawx l-għeluq tal-bejgħ. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ETVA probabbilment aċċetta li jikkonkludi dan il-kuntratt ta’ self, iżda inkluda dispożizzjonijiet fil-kuntratt li jippermettulu li jirrifjuta li jagħti s-self meta HSY titlob dan is-self. Kif se jiġi spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E18c, taħt is-sezzjoni 8.2.2 tal-kuntratt tal-20 ta’ Marzu 2002, il-Bank ta’ Piraeus kien mistenni li jgħin lill-Istat itemm il-bejgħ ta’ HSY. Fuq dik il-bażi, l-Istat probabbilment għamel ukoll pressjoni fuq ETVA biex jiffirma dan il-kuntratt ta’ self biex jiffaċilita l-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY.

    (93)  HSY issottomettiet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Paragrafu 4 ta’ din l-ittra jindika li “minħabba l-fatt li HSY kienet ikkooperat mill-qrib mal-Istat Grieg fil-kuntest tat-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea, il-Kumpanija ma tħoss li hemm bżonn la li terġa’ tissottometti informazzjoni li diġà ġiet ippreżentat mill-Istat Grieg, u lanqas li terġa’ tippreżenta l-istess argumenti, li l-kontenut tagħhom hija tappoġġja b’mod sħiħ, iżda għall-iskop tal-kompletezza tat-tweġiba u sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-kompitu tagħha, hija se tiġbor fil-qosor l-argumenti li diġà tressqu u se tissottometti kwalunkwe evidenza ġdida li nġabret matul iż-żmien li għadda bejn it-tweġiba tal-Istat Grieg u t-tweġiba preżenti u se tippreżenta kwalunkwe argument ġdid jew supplimentari.” F’din id-deċiżjoni, il-kummenti ta’ HSY u tal-Greċja dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni għalhekk ser jingħaqdu, minflok ma jiġu ripetuti darbtejn l-argumenti.

    (94)  Taħt id-Direttiva 90/684/KEE, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni (Kapitolu III) hija maqsuma bejn għajnuna għall-investiment (Artikolu 6), għajnuna għall-għeluq (Artikolu 7), għajnuna għar-R&D (Artikolu 8) u għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni (Artikoli 9 u 10).

    (95)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-15 ta’ Frar 2008, paragrafu 26.

    (96)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-19 ta’ Marzu 2007. Din kienet ripetuta fl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007, paragrafu 62 u 63.

    (97)  Id-dettalji ta’ din il-parteċipazzjoni se jiġu pprovduti fl-analiżi tal-miżura E10.

    (98)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-31 ta’ Marzu 2003, silta mit-tweġiba għall-mistoqsija 5.

    (99)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-29 ta’ Ġunju 2007, silta mill-paragrafi 49, 50 u 51.

    (100)  Il-Kummissjoni ma setgħetx u fil-fatt ma injoratx li l-impjegati kellhom skopijiet bħall-preżervazzjoni tal-impjiegi u għalhekk ippruvaw jiddefendu dawn l-iskopijiet meta kienu qegħdin imexxu l-kumpanija tagħhom stess. Madankollu, il-prezz għoli tax-xiri kien ifisser li l-preżervazzjoni u ż-żieda fil-valur tal-ishma kienu se jsiru wkoll objettiv importanti għall-impjegati.

    (101)  Ta’ min ifakkar li l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati permezz ta’ tnaqqis mill-pagi u l-allowances tagħhom, minbarra li kien stipulat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995, kien ukoll stipulat fl-Artikolu 12 tal-Liġi 2367/1995.

    (102)  Ta’ min ifakkar li ETVA seta’ inforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma kieku l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri kif previst fil-kuntratt ta’ Settembru 1995.

    (103)  Ta’ min ifakkar li l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati permezz ta’ tnaqqis mill-pagi u l-allowances tagħhom, minbarra li kien stipulat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995, kien ukoll stipulat fl-Artikolu 12 tal-Liġi 2367/1995.

    (104)  Fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien indikat b’mod ċar li l-impjegati kellhom iħallsu b’mod parallel il-prezz tax-xiri u l-kontribuzzjoni għaż-żieda fil-kapital. Dan il-ħlas doppju għalhekk mhuwiex xi ħaġa li ma kinitx mistennija. Huwa parti essenzjali mill-kuntratt ta’ Settembru 1995. Il-Greċja messha vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet bażiċi tal-kuntratt kinux vijabbli qabel ma ppreżentatu lill-Kummissjoni bħala privatizzazzjoni. Jekk id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ kuntratt li l-Greċja nnifisha ppreżentat lill-Kummissjoni jirriżultaw li ma jistgħux jiġu infurzati, irid jiġi konkluż li d-Deċiżjoni C 10/1994 kienet ibbażata fuq informazzjoni qarrieqa mill-Greċja u d-deċiżjoni għandha tiġi revokata.

    (105)  Paragrafi 59 u 60 tal-ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-29 ta’ Ġunju 2007.

    (106)  Paragrafu 191 tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006 tindika: “Mill-31.12.1998 saż-żmien tal-bejgħ tal-ishma ta’ HSY lill-konsorzju HDW/FS (11.10.2001) kienet tnaqqset parti mis-salarji tal-azzjonisti impjegati, kif spjegat hawn fuq, bħala ħlas lil ETVA tal-prezz għax-xiri ta’ 49 % tal-ishma.” Stqarrija simili saret minn HSY fil-paragrafi 35 u 36 tal-ittra tagħha tal-31 ta’ Ottubru 2006. Qabel id-deċiżjoni tal-estensjoni, l-awtoritajiet Griegi kienu għamlu dikjarazzjonijiet simili fit-tmien kapitolu tal-ittra tagħhom tas-26 ta’ Mejju 2005. Barra minn hekk, f’diversi ittri l-Greċja indikat li l-impjegati kienu s-sidien ta’ 49 % tal-ishma. B’hekk, il-Greċja tat l-impressjoni li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien ġie implimentat. Il-Kummissjoni skopriet biss wara li bdiet il-proċedura li l-Greċja ma kinitx implimentat il-liġi tagħha stess (jiġifieri l-Liġi 2367/1995), billi hija kienet trasferiet is-sjieda ta’ 49 % ta’ HSY lill-impjegati iżda ma kinitx implimentat il-bqija tal-kuntratt, jiġifieri li titlob il-ħlas tal-prezz tax-xiri minn għandhom. Mill-banda l-oħra, fl-ittra tagħhom tal-31 ta’ Marzu 2003, l-awtoritajiet Griegi kienu impliċitament issuġġerew li (parti mill-)impjegati ma kinux ħallsu (parti mill-)pagamenti annwali kif ippjanat.

    (107)  L-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 mibgħuta lill-Greċja (mistoqsija 3) u tat-23 ta’ Awwissu 2007 mibgħuta lil HSY.

    (108)  L-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 mibgħuta lill-Greċja (mistoqsija 4) u tat-23 ta’ Awwissu 2007 mibgħuta lil HSY. L-ittra tal-aħħar intbagħtet lill-Greċja għall-kummenti fit-13 ta’ Novembru 2007, u tat l-opportunità lill-Greċja biex tikkummenta għat-tieni darba.

    (109)  Punti 2.3.c u 2.4 tal-ittra tal-Greċja tad-29 ta’ Ġunju 2007, l-ittra ta’ HSY tad-9 ta’ Ottubru 2007, u l-ittri tal-Greċja tal-14 ta’ Diċembru 2007 u tal-15 ta’ Frar 2008.

    (110)  Fir-rigward tat-tiswija tal-ΚΕΥΜΑR fl-ewwel xhur tal-2003, il-Greċja ssostni li, billi t-tiswijiet kienu ferm aktar sofistikati milli f’każijiet oħra, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li l-persentaġġ tas-sigħat indiretti kien ta’ 25 % minflok 20 %.

    (111)  Paragrafu 144 tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006.

    (*)  informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali

    (112)  L-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2004 (mistoqsija 2.2) li l-Greċja wieġbet għaliha bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007.

    (113)  Wisq probabbli, din il-figura tindika kemm tiswa siegħa produttiva tal-impjegati ta’ HSY kull siegħa għal HSY f’sena partikolari. In-numru ta’ sigħat produttivi mwettqa minn ħaddiem huwa biss porzjon tan-numru ta’ sigħat imħallsa minn HSY lil dan il-ħaddiem. Dan in-numru jiddependi fuq bosta fatturi, speċjalment l-istruttura u l-effiċjenza tat-tarzna. Mill-banda l-oħra, is-sottokuntratturi huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Għalhekk huma jridu jkunu kompetittivi u flessibbli. Huma għandhom spejjeż fissi limitati (jiġifieri l-ħaddiema permanenti) u l-ispejjeż tagħhom iridu jkunu baxxi. It-tarznari jużaw is-sottokuntratturi preċiżament għaliex huma irħas milli kieku jqabbdu iżjed ħaddiema huma nfushom.

    (114)  Il-konsulent josserva:

     

    “In-numru ta’ sigħat tax-xogħol għal kull persuna tas-sottokuntratturi jista’ jiġi derivat mill-ispejjeż, billi jintuża prezz medju ta’ siegħa siegħa li jkun komparabbli bejn sottokuntratturi tal-istess sengħa u pajjiż.

     

    Skont ir-rapport “Żvilupp tal-Pagi 2006“ ippubblikat mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, is-salarju minimu gross għal kull xahar huwa ugwali għal EUR 625,97 fil-Greċja u EUR 1 254,28 fi Franza.

     

    Il-prezz tas-suq medju għal kull siegħa xogħol minn persuna fit-tiswija tal-bastimenti fi Franza jvarja bejn EUR 40 u EUR 50, billi jiġi applikat il-proporzjon ta’ 2 li jeżisti bejn Franza u l-Greċja għas-salarji minimi, wieħed jista’ jistenna prezz ta’ EUR 20 sa 25 għall-prezz tax-xogħol kull siegħa minn persuna fit-tiswija tal-bastimenti fil-Greċja.

     

    Bħala riżultat tal-istħarriġ li għamilna, jidher li din ir-rata kienet tvarja bejn EUR 30 u 36 fil-bidu tal-2007. Dan il-prezz huwa l-prezz fatturat għal kull siegħa tax-xogħol diretta u tinkludi l-ispejjeż kollha relatati: sigħat indiretti, sigħat ta’ tmexxija, spejjeż ġenerali u spejjeż operattivi.

     

    Billi ma sibniex fejn jinsabu l-pagi medji tas-settur tat-tiswija tal-bastimenti meta mqabbla mal-pagi minimi fiż-żewġ pajjiżi, nippreferu li nużaw figura konservattiva, u għalhekk l-istimi tagħna se jiġu kkalkulati bi prezzijiet tax-xogħol għal kull siegħa kull persuna li jvarjaw bejn 30 u 36 Euro fis-siegħa.

     

    Ir-rati tax-xogħol għal kull siegħa tas-sottokuntratturi msemmija fl-anness 6 tas-sottomissjoni tal-Greċja lill-Kummissjoni huma kif ġej

    (f’Euro)

    Sena

    Diretti

    Jinkludu l-profitt (15 %) u l-ispejjeż indiretti (20 %), skont il-metodoloġija inkluża fl-anness 6 tas-sottomissjoni tal-Greċja

    2002

    25,97

    40

    2003

    27,49

    42,3

    2004

    (…)

    (…)

    2005

    (…)

    (…)

    2006

    (…)

    (…)

     

    Jekk nikkalkulaw il-kwantità sottokuntrattata ta’ sigħat tax-xogħol kull persuna bbażata fuq l-ispejjeż tax-xogħol kull siegħa kull persuna li jvarjaw bejn 30 u 36 Euro għall-2006 u derivati minn dawn iċ-ċifri għas-snin ta’ qabel billi nużaw l-indiċi ta’ eskalazzjoni ppubblikat mill-Eurostat, niksbu ċ-ċifri li ġejjin:

    INDIĊI: Im-Ici-tot

    2002

    2003

    (9 m)

    2004

    2005

    2006

    Indiċi tal-UE-27

    108,9

    112,8

    116,5

    119,7

    121,6

    Indiċi tal-Greċja

    113,5

    116,6

    127,0

    127,7

    133,9

    Bilanċ tax-xogħol ikkuntrattat

    3 804 891

    16 471 323

    (…)

    (…)

    (…)

    Stima tal-konsulent

    Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna (valur minimu)

    25,4

    26,1

    28,5

    28,6

    30

    Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur (stima massima)

    149 598

    630 388

    (…)

    (…)

    (…)

    Stima tal-konsulent

    Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna (valur massimu)

    30,5

    31,4

    34,2

    34,3

    36

    Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur (stima minima)

    124 665

    525 324

    (…)

    (…)

    (…)

    Ċifri għal Hellenic Shipyard

    Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna

    25,97

    27,49

    (…)

    (…)

    (…)

    Prezz tax-xogħol għal kull siegħa + indirett + profitt

    40,0

    44,5

    (…)

    (…)

    (…)

    Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur

    95 232

    370 142

    (…)

    (…)

    (…)“

    (115)  L-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2004 (mistoqsija 2.2.d) li l-Greċja wieġbet għaliha bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007.

    (116)  Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni, Ġabra [2000] II-3871, paragrafi 82 u 84.

    (117)  B’mod partikolari, ETVA ma jistax, fuq naħa waħda, ma jimplimentax il-parti tal-kuntratt ta’ Settembru 1995 li tirrigward l-ħlas tal-prezz tax-xiri (jiġifieri ma jfittixx li jirċievi l-ħlasijiet annwali korrispondenti) u, fuq in-naħa oħra, isostni li fuq il-bażi tal-istess kuntratt huwa kien obbligat li jipparteċipa fiż-żidiet kapitali. Fi kliem ieħor, billi ETVA u l-Greċja kienu ddeċidew li ma jimplimentawx sewwa dispożizzjonijiet importanti tal-kuntratt, huma ma jistgħux fl-istess ħin jinvokaw b’mod selettiv dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-kuntratt biex isostnu li ETVA kien kuntrattwalment obbligat li jagħmel ċertu affarijiet (jiġifieri jipparteċia fiż-żidiet kapitali).

    (118)  L-impjegati ta’ HSY ipparteċipaw fiż-żieda kapitali. Madankollu, huma ma sabux ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħal ETVA. Fil-fatt, huma kienu diġà kisru l-kuntratt ta’ Settembru 1995 billi ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA. Barra minn hekk, huma kienu f’sitwazzjoni differenti minn ETVA u minn investitur f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, huma kienu kkonċernati bil-preżervazzjoni tal-impjiegi tagħhom, li ħeġġithom sabiex jinvestu f’HSY, anki jekk ir-ritorn finanzjarju mistenni ma kienx suffiċjenti biex jikkonvinċi investitur f’ekonomija tas-suq sabiex jinvesti.

    (119)  Il-Greċja pprovdiet kopja ta’ din il-liġi bħala Anness 10 tal-ittra tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2006.

    (120)  Mhuwiex għal kollox ċar mis-sottomissjonijiet tal-Greċja u ta’ HSY (inkluż ir-rapport Deloitte) jekk il-primjum kienx jammonta għal 0,4 % kull sena, iżda jitħallas kull tliet xhur, jew 0,4 % kull tliet xhur. Filwaqt li dan huwa importanti fil-proċedura tal-irkupru, huwa ma jbiddilx il-konklużjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    (121)  Din il-lista ġiet ipprovduta fil-paġni 3–11 u 3–12 tar-rapport, fil-qafas tal-analiżi tas-self ta’ GRD 10 biljuni li bbenefika minn garanzija mill-Istat mogħtija fuq il-bażi tal-Liġi 2322/1995 (miżura E14 ta’ din id-deċiżjoni).

    (122)  Il-Kummissjoni awtorizzat skemi ta’ garanzija mingħajr għajnuna għall-bini ta’ bastimenti fil-Ġermanja (ĠU C 62, 11.3.2004, p. 3), l-Olanda (ĠU C 228, 17.9.2005, p. 10), Franza (ĠU C 259, 27.10.2006, p. 14) u l-Finlandja (ĠU C 152, 6.7.2007, p. 6). Dawn l-aħħar żewġ skemi jinkludu b’mod espliċitu garanziji fuq ħlasijiet bil-quddiem.

    (123)  Billi l-Istat kellu 100 % ta’ ETVA meta dan tal-aħħar ta l-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem, il-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY lil ETVA kien diġà remunerazzjoni għall-Istat.

    (124)  L-emendi kienu kif ġej:

     

    Ftehim tal-Programm 33a – SD 33a (Provvista ta’ 20 HA/A): il-penali kienu kkalkulati sal-31/12/2002 u rreġistrati fl-emendi bħala ammonti stabbiliti. Ġie maqbul li dawk l-ammonti għandhom jitħallsu f’10 pagamenti, bl-ewwel pagament irid jitħallas meta tiġi kkonsenjata l-ewwel vettura u d-disa’ pagamenti l-oħra jitħallsu meta ssir kull waħda mill-aħħar disa’ konsenji. Ġie maqbul li l-evoluzzjoni tal-penali kellha tieqaf mill-01/10/2003, bil-kundizzjoni li l-konsorzja (Siemens AG, Siemens SA u HSY) ifornu lill-OSE b’vetturi tal-ferrovija ekwivalenti. Il-konsorzju ssodisfa dik il-kundizzjoni biss parzjalment, u għalhekk l-OSE kkalkulat u talbet l-ammonti ta’ penali għall-perjodu kollu.

     

    Ftehim tal-Programm 39 – SD 39 (Forniment ta’ 24 lokomottiva elettrika): il-penali kienu kkalkulati sal-31/12/2002 u rreġistrati fl-emendi bħala ammonti stabbiliti. Ġie maqbul li dawk l-ammonti għandhom jitħallsu f’10 pagamenti, bl-ewwel pagament isir meta tiġi kkonsenjata l-ewwel vettura u d-disa’ pagamenti l-oħra jitħallsu meta ssir kull waħda mill-aħħar disa’ konsenji. Ingħata perjodu bla penali bħala estensjoni taż-żmien ta’ konsenja. Ma sar l-ebda provvediment fir-rigward tal-vetturi tal-ferrovija ekwivalenti fil-każ tal-PA 39 SD 39, iżda l-iskeda tal-konsenja ġiet emendata. L-OSE talbet l-ammonti tal-klawsola tal-penali li kienu ġew stabbiliti sal-31/12/2002 u ġabrithom mingħand il-konsorzju (Siemens AG, Siemens SA u HSY).

     

    Ftehim tal-Programm 35 – SD 35 (Forniment ta’ 29 vettura tal-ferrovija): ma ngħatax perjodu bla penali, u għalhekk l-OSE talbet u ġabret l-ammonti tal-klawsola tal-penali. Ġie ċċarġjat imgħax tan-nuqqas ta’ ħlas fuq l-ammonti tal-penali li ntalab għall-perjodu li fih ma tħallsux l-ammonti.

    (125)  Saż-żmien tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006, kienet inżammet is-somma ta’ EUR 9 932 511,99 u kien għad baqa’ tinżamm is-somma ta’ EUR 826 556.

    (126)  Il-konsorzju għall-ftehim tal-programm kien jikkonsisti minn HSY, Siemens AG u ABB Daimler-Benz Transportation (Bombardier Transportation mill-1 ta’ Mejju 2001). Il-perċentwali ta’ implimentazzjoni għall-ftehim kienu 22,06 % tal-prezz totali finali mħallas għal HSY u 77,94 % għall-kumpaniji l-oħra.

    (127)  Dak il-ftehim kien jipprovdi wkoll għall-konfigurazzjoni u l-installazzjoni ta’ protezzjoni awtomatika tal-ferroviji u sistema ta’ identifikazzjoni f’ħamsin unità multipla. L-iskeda kienet tipprovdi għat-tlestija tax-xogħol f’Jannar 2004. Fid-deċiżjoni Nru 578/4/4-9-2002 il-bord iddeċieda unanimament li jestendi ż-żmien ta’ konsenja sad-19 ta’ Mejju 2004, minħabba l-fatt li l-konsorzju ma kienx jaħti għad-dewmien. Ix-xogħol fl-aħħar nett tlesta fl-4 ta’ Ġunju 2004. Taħt il-paragrafu 14 tal-ftehim tal-programm, il-penali għan-nuqqas ta’ konformità ma’ żmien miftiehem għall-konsenja kellhom jibdew erbgħin ġurnata wara d-data kuntrattwali tal-konsenja u jekk biss il-fornitur kien jaħti għan-nuqqas ta’ konformità. Konsegwentement, ma kienx hemm raġuni biex jiġu imposti penali u mgħax minħabba dan id-dewmien.

    (128)  Mhuwiex għal kollox ċar mis-sottomissjoni tal-Greċja u HSY (inkluż l-ewwel rapport Deloitte) jekk is-self inizjalment kienx denominat fid-drachmas jew fl-euros. It-tweġiba tal-Greċja għad-deċiżjoni tal-ftuħ tagħti biss ammonti f’euros u tindika rata ta’ mgħax ibbażata fuq tliet xhur Euribor. Mill-banda l-oħra, l-ewwel rapport Deloitte jindika li s-self ammonta għal GRD 16,92-il biljun u r-rata tal-imgħax kienet ibbażata fuq Libor. Din il-kwistjoni tista’ tiġi ċċarata fil-qafas tal-proċedura tal-irkupru.

    (129)  Fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2007, TKMS u GNSH issottomettew it-tieni rapport Deloitte. Appendiċi C ta’ dan ir-rapport huwa “The Due Diligence Report on Hellenic Shipyards S.A.” bit-titolu “Copy for Presentation Purposes” u s-Sommarju Eżekuttiv ippreparat minn Arthur Andersen, datat 19 ta’ Ġunju 2001. Il-paġna 7 ta’ dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuta janalizza r-riċevibbli ta’ HSY, u jindika li d-dejn kummerċjali dovut minn Strintzis Lines “jista’ jinġabar biss mal-konsenja tal-bastimenti fl-2002.” Dan jikkonferma li, ħlief għall-ħlasijiet limitati bil-quddiem li kienu diġà tħallsu dak iż-żmien u għalhekk ma setgħux jinġabru aktar, il-bqija tal-prezz tax-xiri ma setax jinġabar qabel il-konsenja tal-bastimenti.

    (130)  Fl-ittri datati 21 ta’ Ottubru 2004 u 17 ta’ Diċembru 2004 fil-Kawża CP 71/2002, l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li HSY applikat biex tirċievi għajnuna operattiva ta’ 9 % għaż-żewġ bastimenti, li ġiet aċċettata mill-Ministeru kompetenti. L-awtoritajiet Griegi madankollu kkonfermaw li fl-aħħar nett ma ngħatat ebda għajnuna billi HSY ma lestietx il-bini tal-bastimenti. Id-deċiżjonijiet tal-għoti kienu fl-aħħar mill-aħħar revokati. Miżura 13(c) tad-deċiżjoni tal-estensjoni tittratta dan is-suġġett.

    (131)  Ara nota 127 ta’ qiegħ il-paġna.

    (132)  Rigward il-possibilità li jinġabar dħul waqt it-twettiq tal-kuntratt (jiġifieri qabel il-konsenja), il-Kummissjoni għal darba oħra tirreferi għad-dokument ikkwotat fin-nota 132 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni, li jindika li fil-31 ta’ Diċembru 2000 id-dejn kummerċjali relatat mal-kuntratti ma’ OSE kien jammonta biss għal EUR 0,5 miljun. Barra minn hekk, id-dokument jindika li dawn l-ammonti dovutii se jiġu kkumpensati bil-ħlasijiet rispettivi bil-quddiem riċevuti. Dan juri li f’dak il-mument ma setgħu jinġabru l-ebda flus mingħand OSE.

    (133)  Il-marġinu inizjali huwa 25 bps, li tela’ għal 125 bps mill-1 ta’ April 2000. Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-ewwel rapport Deloitte.

    (134)  L-artiklu li ġej mill-istampa jissuġġerixxi li l-attività tat-tiswija tal-bastimenti ma ġietx disturbata b’mod sinifikanti: “Contracts – Hellenic declares business as usual after Athens earthquake”, Lloyd’s List International, 14 ta’ Settembru 1999.

    (135)  L-ittra li biha l-Greċja għamlet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (136)  Figura mill-ittra tal-Greċja datata d-29 ta’ Ġunju 2007.

    (137)  Fid-19 ta’ Mejju 1999, din il-linja ta’ kreditu kienet konvertita minn USD għal EUR.

    (138)  Rigward il-possibilità li jinġabru flus qabel il-konsenja tal-prodotti, il-Kummissjoni tirreferi għad-dokument ikkwotat fin-nota 132 ta’ qiegħ il-paġna, li hemm referenza għalih ukoll fin-nota 12 ta’ qiegħ il-paġna. Dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuta jirreferi għal perjodu wara l-ħlas lura tas-self li attwalment qiegħed jiġi valutat. Madankollu, huwa utli li jingħad li qabel il-konsenja ta’ prodott, ma jistgħu jinġabru kważi l-ebda flus. B’mod partikolari dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuti juri li fil-31 ta’ Diċembru 2000, ma setgħu jinġabru kważi l-ebda flus mingħand Strintzis, il-Flotta Griega, OSE u ISAP.

    (139)  Ara l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont, ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

    (140)  Din il-karta tal-bilanċ tidher fid-dokumenti sottomessi minn TKMS u GNSH, deskritti fin-nota 128 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni.

    (141)  Fil-każ tas-sottomarini, il-kundizzjonijiet imqiegħda mill-Istat Grieg iwasslu għar-riżultat li l-ewwel sottomarin kellu jinbena kompletament f’Kiel (il-Ġermanja) filwaqt li t-tnejn ta’ wara kellhom jiġu armati f’HSY (ara paragrafu 44 ta’ din id-deċiżjoni). Probabbli kien ikun irħas u aktar effiċjenti li t-tliet sottomarini kollha jiġu prodotti fil-Ġermanja. Kien ikun ukoll aktar razzjonali li ma tiġix inkluża HSY, li kienet kumpanija f’diffikultà u barra minn hekk ma kellha ebda esperjenza bis-sottomarini, fil-konsorzju.

    (142)  F’mument minnhom, dawn il-fondi kienu meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż iġġenerati mit-twettiq tal-kuntratti militari kkonċernati. F’dak il-mument, il-fondi ma kinux aktar disponibbli biex jiffinanzjaw attivitajiet oħra ta’ HSY. Fi kliem ieħor, parti mill-vantaġġ mogħti mill-Istat ġiet irtirata. Il-vantaġġ li fadal kien li matul il-kwarti preċedenti, it-tarzna kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-fondi b’xejn, filwaqt li hija ma kinitx tkun tista’ tissellef dawk il-flus mill-banek.

    (143)  Paġna 30 tal-ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006.

    (144)  Pereżempju, ir-rinunzja tad-dejn kbir ħafna relatat mal-attivitajiet militari ssemmiet fid-Deċiżjoni K 10/1994 tal-15 ta’ Lulju 1997 iżda ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-ispejjeż tal-għeluq marbuta mal-attivitajiet militari ssemmew fid-deċiżjoni N 513/2001 iżda ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u l-istess sar għal diversi miżuri fid-deċiżjoni tal-estensjoni.

    (145)  Pereżempju, l-istedina biex jiġu sottomessi offerti vinkolanti għall-akkwist tal-ishma ta’ Hellenic Shipyards S.A. datata t-2 ta’ Lulju 2001 tindika li “huwa stipulat li jekk tiġi imposta multa minħabba ksur potenzjali tar-regolamenti tal-KE fir-rigward tal-għajnuna mill-istat, l-ogħla appaltatur mhux se jkun responsabbli għall-ħlas ta’ multa simili. Din l-assigurazzjoni se tieħu preċedenza fuq it-trasferiment tal-Ishma.”

    (146)  Il-minuti tal-laqgħa li saret fl-14 ta’ Settembru 2001, li ġew iffirmati mill-partijiet, jindikaw li “huwa miftiehem li l-awtorizzazzjoni tal-UE se tkun kundizzjoni li tippreċedi l-għeluq tal-kuntratt wara l-iffirmar tiegħu. B’mod alternattiv, f’każ li deċiżjoni bħal din tiġi ttardjata mill-UE […] jew ma tkunx sodisfaċenti, il-partijiet qablu li l-bank ETVA kien se jassumi l-obbligu li jipprovdi garanzija lil HDW-Ferrostaal b’rabta ma’ kwalunkwe kwistjonijiet pendenti relatati mal-UE, fir-rigward ta’ sussidji mill-Istat tal-imgħoddi u preżenti, jekk ikun hemm, relatati ma’ HSY.”

    (147)  Pereżempju, f’ittra datata s-6 ta’ Diċembru 2001 u indirizzata lil HDW u kkupjata lil Ferrostaal, Alpha Finance, li kienet il-konsulent tal-Istat u ta’ ETVA tindika: “Ingħatajna struzzjonijiet mill-Ministeru tal-Iżvilupp u l-bank ETVA sabiex nipprovduk bil-lingwa mehmuża, proposta mill-bank ETVA, għal […] l-ittra ta’ garanzija li għandha tiġi pprovduta mill-bank ETVA lil HDW/Ferrostaal fil-każ li l-Klawsola 1.2.3 tal-Ftehim ma tiġix sodisfatta.” Fil-messaġġi bil-faks datati 23 ta’ Jannar 2002, 31 ta’ Jannar 2002 u 8 ta’ Marzu 2002, HDW bagħtet lil Alpha Finance kummenti dwar il-formulazzjoni eżatta tal-garanzija.

    (148)  Il-Bank ta’ Piraeus issottometta diversi artikoli mill-istampa b’rabta mal-perjodu Ottubru 2001 sa Mejju li juru li l-gvern kien direttament involut fil-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY.

    (149)  L-ittra tat-23 ta’ Mejju 2005 tindika:

    “Il-bejgħ ta’ HSY sar bil-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni (Liġi 2001/1990). Il-proċedura tad-dikjarazzjoni, li kienet tippreċedi l-konklużjoni ta’, inizjalment il-kuntratt promissorju tal-11.10.2001, u, suċċessivament, il-kuntratt eżekuttiv (31.5.2002), kienet tinkludi l-kundizzjonijiet essenzjali kollha tat-trasferiment, kif ukoll il-konsenja tal-memorandum analitiku tal-konsulent finanzjarju (datat April 2001) u s-sottomissjoni tal-offerti. Matul dawn l-istadji kollha, li fihom il-partijiet kollha interessati (inkluż l-ilmentatur) kellhom aċċess għall-informazzjoni, ġiet stipulata l-kundizzjoni tal-garanzija.”

    Għalhekk, kif sottolinjat ukoll fl-ittra tas-17.12.2004, hija ma tikkonċernax biss kundizzjoni legali u finanzjarja komuni, iżda wkoll kundizzjoni li hija inkluża fid-negozjati għall-privatizzazzjoni tat-Tarzna mill-bidu nett u, b’mod partikolari, fil-forma ta’ kundizzjoni (sine qua non) kritika, li mingħajrha ma kinitx tkun possibbli l-konklużjoni tal-bejgħ tal-ishma ta’ HSY. Hija karatteristika li, kif issemma aktar ‘il fuq, din il-kundizzjoni, bi stipulazzjonijiet differenti iżda dejjem bl-istess objettiv, jiġifieri t-tħaffif raġonevoli tat-transazzjoni fil-qafas tar-regoli tas-suq, tidher mill-bidu tal-proċedura tal-privatizzazzjoni fit-testi li ġejjin:

     

    Id-Dikjarazzjoni tal-Konsulent

     

    L-Istedina għas-Sottomissjoni ta’ Offerti Vinkolanti

     

    L-Offerta tal-Impriża Xerrejja Konġunta (b’mod partikolari mingħajr ma kienet inkluża fid-Dikjarazzjoni tal-Ħruġ minn din il-kundizzjoni)

     

    Fit-testi tan-Negozjati u, fl-aħħar nett,

     

    Fil-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma tal-11 ta’ Ottubru 2001.

    Għalhekk, id-dikjarazzjoni ta’ garanzija li hija inkluża mal-addendum tal-kuntratt ta’ garanzija tal-31.5.2002 kienet indirizzata lill-appaltatur kandidat mill-bidu nett u għalhekk ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat għax-xerrej finali. L-istess kundizzjoni kienet tkun valida għal kull appaltatur, billi, kif diġà ssemma, hija ġiet inkluża fil-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni. Huwa wkoll awtoevidenti li, billi l-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni bdiet fi Frar 2001 (fi żmien meta l-azzjonist prinċipali tal-Bank dak iż-żmien bejjiegħ ETVA kien l-Istat Grieg), l-Istat, bħala bejjiegħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus, kellu jipprovdi wkoll u fil-fatt ipprovda l-garanzija tiegħu stess lix-xerrej tal-ishma tiegħu f’ETVA (Bank ta’ Piraeus), fir-rigward tal-ass li kien għall-bejgħ, jiġifieri t-Tarznari, minħabba li l-bejjiegħ kellu jipprovdi tali garanzija. Dawn il-garanziji, kif diġà ġie enfasizzat, huma inklużi bi trasparenza u ċarezza assoluta fit-testi kuntrattwali kollha tad-denazzjonalizzazzjoni u prinċipalment fil-kuntratt promissorju tal-11.10.2001, jirrigwardaw il-karattru tat-transazzjoni (bejgħ ta’ assi definit), huma validi għall-appaltaturi kollha u ma jagħtu l-ebda benefiċċju addizzjonali lil ħadd. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, hija ppruvata n-natura vera ta’ din il-garanzija (bħala kundizzjoni meħtieġa għat-transazzjoni u komuni taħt ir-regoli tas-suq), kif ukoll il-karattru vinkolanti tagħha, fuq il-bażi tal-proċeduri kollha li jippreċedu l-privatizzazzjoni iżda wkoll tal-Ftehim dwar il-Bejgħ-Xiri tal-ishma ta’ HSY tal-11.10.2001 innifsu, li suċċessivament kien segwit mill-Ftehim dwar il-Bejgħ-Xiri tal-ishma ta’ ETVA tat-18.10.2001 u l-Ewwel Att ta’ Emenda tat-18.3.2002 bejn ETVA u l-Istat Grieg. Il-punt fundamentali, madankollu, huwa – u dan huwa enfasizzat b’mod enfatiku – li l-kundizzjoni fuq il-garanzija hija inkluża fil-proċedura sħiħa tad-denazzjonalizzazzjoni u mhijiex stipulata għall-ewwel darba wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Madankollu, hija ma tikkostitwix “invenzjoni” tal-aħħar minuta, kif jixtieq juri l-ilmentatur, li l-għan tagħha huwa li tevadi r-Regoli Komunitarji dwar il-legalità tal-għajnunijiet mill-Istat.

    “L-Istat Grieg bħala bejjiegħ tal-ishma ta’ ETVA kellu, mhux biss fiż-żmien tal-kuntratt tat-18.10.2001, iżda wkoll skont il-liġi, jittrasferixxi lill-Bank ta’ Piraeus l-ishma tiegħu f’ETVA ħielsa minn kll obbligazzjoni. Minħabba li l-Bank ta’ Piraeus ma kellu ebda involvement fil-proċedura tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, huwa għandu, skont il-liġi u d-drawwiet tat-transazzjoni, ikun assigurat kontra kwalunkwe obbligu li joħroġ mill-kuntratt tat-trasferiment ta’ HSY li fih huwa ma kienx qiegħed jipparteċipa. U hija din l-assigurazzjoni li l-garanzija tal-Istat Grieg tat-18.3.2002 tipprovdi għaliha. Din il-garanzija kienet tinftiehem waħidha u legali. L-Istat Grieg ta billi kellu obbligu kuntrattwali, li jaġixxi fil-konfront tal-Bank ta’ Piraeus bħala parti għal kuntrat, jiġifieri bħala fisku, u mhux bħala aġent ta’ poter pubbliku.”

    Il-Kummissjoni tfakkar li fiż-żmien ta’ dik l-ittra, il-Greċja, fil-kummenti tagħha dwar l-allegazzjonijiet ta’ Elefsis li l-garanzija kienet tikkostitwixxi għajnuna lil HDW/Ferrostaal, xtaqet turi li din il-garanzija ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ mogħti b’mod selettiv lil HDW/Ferrostaal iżda kienet offruta lill-appaltaturi kollha (fosthom Elefsis) li pparteċipaw fil-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY. Fis-sottomissjonijiet suċċessivi tagħha lill-Kummissjoni, il-Greċja billi rrealizzat li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra din il-garanzija bħala għajnuna lil HSY, ippruvat tpoġġi fid-dubju l-imputabilità tal-miżura għall-Istat billi ssostni li l-garanzija ma ġietx konkluża qabel Mejju 2002, li hija kontradizzjoni totali tad-dikjarazzjonijiet magħmula fl-ittra tat-23 ta’ Mejju 2005.

    (150)  Kif indikat fil-paragrafu 59 ta’ din id-deċiżjoni, il-privatizzazzjoni ġiet deċiża bid-deċiżjoni Nru.14/3-1-2001 tal-Kumitat Interministerjali rilevanti għall-Privatizzazzjoni.

    (151)  Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-formulazzjoni u l-istruttura tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 mhijiex ċara. L-Artikolu 8.2.4 tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 jipprovdi li, fir-rigward tal-għajnuna inkluża fl-Artikolu 3 sa 6 tal-Liġi 2941/2001 (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi), l-Istat kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % tal-ammont li jitħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Madankollu, fil-każ tal-irkupru ta’ għajnuna mhux inkluża fl-Artikoli 3-6 tal-Liġi 2941/2001, l-Artikolu 8.2.4 tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 ma japplikax. Għalhekk, ikun applikabbli l-Artikolu 8.2.1. Dan l-artikolu jipprovdi li l-Istat iħalas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tal-ammont li jitħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 8.2.2 tal-ftehim jindika li, minkejja l-bejgħ tal-maġġoranza tal-ishma ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus, kien l-Istat – u mhux il-Bank ta’ Piraeus/ETVA – li kellu jmexxi l-bejgħ li kien għaddej ta’ HSY. Dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-punt 8.2.2(d), jindika li l-Istat iwiegħed li x-Xerrej (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) ma jsofri l-ebda ħsara b’rabta mal-privatizzazzjoni ta’ Hellenic Shipyards. Billi, kif muri fl-Artikolu 8.2.4 (u mill-Artikolu 7.4 tal-Ftehim tat-18 ta’ Diċembru 2001), il-ftehim kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-Bank ta’ Piraeus u ETVA dalwaqt kienu se jingħaqdu, l-impenn meħud mill-Istat fl-Artikolu 8.2.2 ma kienx se jiġi rrispettat kieku dan kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tas-somma mħallsa minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Fi kliem ieħor, sabiex jiġi implimentat l-impenn meħud fil-paragrafu 8.2.2 – jiġifieri li jiġi żgurat li l-Bank ta’ Piraeus ma jsofrix mill-bejgħ ta’ HSY – il-mekkaniżmu stipulat fl-Artikolu 8.2.4 irid japplika fil-każijiet kollha ta’ rkupru tal-għajnuna, u mhux biss fil-każijiet ta’ rkupru tal-għajnuna li joħorġu mil-Liġi 2941/2001.

    (152)  B’ittra datata t-28 ta’ Mejju 2002, il-Bank ta’ Piraeus ikkonsulta lill-gvern dwar il-formulazzjoni tal-garanzija li ETVA kien beħsiebu jagħti lil HDW/Ferrostaal u talab konferma li, jekk tiġi kkanċellata din il-garanzija, tapplika dik prevista fl-Artikolu 8.2.4 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002. B’ittra tal-31 ta’ Mejju 2002, il-gvern ta l-qbil tiegħu li ETVA joħroġ din il-garanzija u kkonferma li, f’każ li tiġi invokata, tapplika dik prevista fl-Artikolu 8.2.4. Dan ifisser li anki jekk, kuntrarju għall-konklużjoni preċedenti, il-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 kien obbliga lill-Istat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tal-ammont imħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal, dan ġie mmodifikat bl-ittra tal-gvern tal-31 ta’ Mejju 2002, li tiddikjara b’mod ċar li l-mekkaniżmu pprovdut fl-Artikolu 8.2.4 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 (jiġifieri kumpens ta’ 100 %) japplika.

    (153)  Bi tweġiba għal mistoqsija preċiża mill-Kummissjoni mibgħuta b’ittra tat-12 ta’ Frar 2008, il-Greċja kkonfermat fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Marzu 2008 li hija obbligata li tħallas lill-Bank ta’ Piraeus l-ammont sħiħ (jiġifieri 100 % u mhux 57,7 %) imħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal.

    (154)  Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E7, l-impjegati kienu s-sidien ta’ dawn l-ishma iżda ma ħallsux il-prezz tax-xiri li suppost kellhom iħallsu lil ETVA.

    (155)  Ara l-paragrafu 33 għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi.

    (156)  Kawża C-334/99 Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummissjoni, paragrafi 133-141.

    (157)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, skont dak li taf hi, l-ebda waħda mis-selfiet u l-garanziji koperti bl-Artikolu 296 ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni. Għalhekk ma kinux ikunu aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq.

    (158)  Meta wieħed jikkunsidra l-istmellija tar-riskju tal-aġenti ekonomiċi, il-bejgħ ta’ HSY ikun preferut fuq il-likwidazzjoni ta’ HSY biss jekk l-aspettattiva statistika tal-ħlasijiet li jirriżultaw mill-garanzija tkun konsiderevolment anqas minn EUR 6 miljuni.

    (159)  Ara l-paragrafu 33 għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi.

    (160)  Din diġà ġiet analizzata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-estensjoni, b’mod partikolari fid-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura 18(a). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tieni rapport Deloitte jindika: “Il-klawsola d) hawn fuq, rigward l-allokazzjoni tal-konsiderazzjoni bejn ammont destinat għal żieda kapitali tal-ishma u prezz offrut għall-ksib tal-ishma eżistenti, bi proporzjon stabbilit ta’ 2:1, mill-esperjenza tagħna fi transazzjonijiet simili, mhijiex terminu komuni ħafna. Madankollu, fid-dawl tal-problemi operattivi sinifikanti u l-qagħda finanzjarja sejra lura tal-Kumpanija, aħna nemmnu li d-deċiżjoni meħuda mill-Bejjiegħa (u l-Konsulenti tagħhom) li jiffissaw dawn it-termini kienet kemm razzjonali kif ukoll raġonevoli.” (paġna 9–2). Il-Kummissjoni tinterpreta din il-kwotazzjoni bħala konferma li din l-allokazzjoni tal-prezz tax-xiri kienet talba razzjonali u raġonevoli tal-Istat jekk wieħed jikkunsidra li l-għan tiegħu kien li jiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ HSY fuq il-perjodu fit-tul (mira bħala awtorità pubblika), u mhux jekk wieħed jikkunsidra li l-għan tiegħu kien li jimmassimizza d-dħul mill-bejgħ (mira bħala investitur f’ekonomija tas-suq).

    (161)  Ara n-nota 149 ta’ qiegħ il-paġna.

    (162)  Il-Kummissjoni ma tgħidx li diliġenza dovuta kienet tippermetti li jiġu identifikati l-miżuri kollha li għandhom jiġu rkuprati skont din id-deċiżjoni, iżda xi wħud minnhom. Fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007, TKMS/GNSH ippreżentat xi rapporti ta’ diliġenza dovuta li saru fl-2001 minn Arthur Andersen f’isem HDW/Ferrostaal. F’dawn ir-rapporti, Arthur Andersen jindika li mhuwiex eskluż li HSY irċeviet għajnuna mill-Istat li fil-futur għandha tiġi rkuprata.

    (163)  B’mod partikolari, billi ETVA u l-Greċja wiegħdu li jagħtu din il-garanzija fid-dokument tal-offerti sottomess lill-appaltaturi, il-fatt li din il-garanzija ma ssemmietx bħala kundizzjoni fid-dokumenti tal-offerta sottomessi minn Elefis, ma kinux jimpeduh milli jitlobha iżjed tard fil-proċess tan-negozjati.

    (164)  Dan il-punt huwa enfasizzat fit-tieni rapport Deloitte li jiddikjara li, kieku HDW/Ferrostaal kellha terfa’ r-riskju li jkollha tħallas lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn HSY fis-snin ta’ qabel, hija ma kinitx tixtri lil HSY.

    (165)  Dan huwa ċar mit-test tas-Seba’ Direttiva dwar il-Bini tal-Bastimenti u mill-istruttura tagħha, li fiha l-“Għajnuna għall-Investiment” hija parti minn “Kapitolu III Għajnuna għar-ristrutturazzjoni”.

    (166)  Ara r-rinunzja kbira ħafna tad-dejn imsemmija fid-Deċiżjoni C 10/1994, il-ħlas tal-ispejjeż tal-għeluq imsemmi fid-deċiżjoni N 513/2001, u l-għajnuniet finanzjarji kollha pprovduti mill-Istat u li jaqgħu taħt l-Artikolu 296 li ssemmew fid-deċiżjoni tal-estensjoni.

    (167)  Pereżempju, fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju mill-Istat li ġie pprovdut lil HSY mingħajr ma kien indikat għall-finanzjament ta’ attività preċiża, il-Kummissjoni qieset li 25 % biss tal-appoġġ finanzjarju gawdew minnu l-attivitajiet ċivili. Madankollu, jekk tiġi rkuprata 25 % biss tal-għajnuna, 6,25 % biss (jiġifieri 25 % ta’ 25 %) tal-għajnuna mill-Istat fil-fatt ġiet irkuprata mill-attivitajiet ċivili. Dan ma jirrestawrax is-sitwazzjoni inizjali tal-attivitajiet ċivili ta’ HSY, minħabba li huma rċevew 25 % tal-għajnuna mill-Istat u se jroddu lura biss 6,25 %.

    (168)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


    Top