EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0512

2009/512/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ĠU L 173, 3.7.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/512/oj

Related international agreement

3.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ġunju 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/512/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) (il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-25 ta’ Frar 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/216/KE (2) tal-25 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  ĠU L 68, 12.3.2008, p. 15.

(2)  ĠU L 68, 12.3.2008, p. 14.


Top