This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0420
2009/420/EC: Commission Decision of 28 May 2009 amending Decision 2006/133/EC requiring Member States temporarily to take additional measures against the dissemination of Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (the pine wood nematode) as regards areas in Portugal, other than those in which it is known not to occur (notified under document number C(2009) 3868)
2009/420/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al . (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3868)
2009/420/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al . (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3868)
ĠU L 135, 30.5.2009, p. 29–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 26/09/2012; Imħassar b' 32012D0535
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006D0133 | Emenda | artikolu 2 | 16/06/2009 | |
Modifies | 32006D0133 | Emenda | anness 1 | 16/06/2009 | |
Modifies | 32006D0133 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 16/06/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012D0535 |
30.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3868)
(2009/420/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (2), il-Portugall qiegħed jimplimenta pjan ta’ eradikazzjoni kontra t-tixrid tan-nematodu tal-pini. |
(2) |
Fis-16 ta’ Jannar 2009 r-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li kien fih PWN ħaj u ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 għal-Linji gwida għar-regolazzjoni tal-materjal għall-imballaġġ tal-injam fil-kummerċ internazzjonali (minn hawn ’il quddiem “l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15”) kif mitlub mid-Deċiżjoni 2006/133/KE. |
(3) |
Fl-20 ta’ Frar 2009 l-Belġju informa lill-Kummissjoni b’ħames kunsinni mhux konformi ta’ skart tal-injam u qoxra tas-siġra ġejjin mill-Portugall. Il-qoxra tas-siġra interċettata kienet akkumpanjata minn ċertifikati ta’ trattament fitosanitarju għall-fumigazzjoni. Madankollu d-Deċiżjoni 2006/133/KE teħtieġ li l-qoxra tas-siġra tgħaddi minn trattament tas-sħana. Fil-każ tal-kunsinna interċettata ta’ skart tal-injam, barra minn dan, instabu inkonsistenzi fid-dokumentazzjoni mehmuża. |
(4) |
Fil-11 ta’ Frar 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ qoxra tas-siġar u skart tal-injam ta’ njam suxxettibbli li kien ġej mill-Portugall fejn instab PWN ħaj. Fl-20 ta’ Frar 2009 u t-3 ta’ Marzu 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ njam suxxettibbli li kien ġej mill-Portugall li ma kienx akkumpanjat minn passaport tal-pjanti, kif mitlub skont il-punt 1(a) tal-Anness mad-Deċiżjoni 2006/133/KE. Fit-3, is-6 u t-18 ta’ Marzu 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 kif mitlub skont id-Deċiżjoni 2006/133/KE. |
(5) |
Fl-1 ta’ April 2009, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall fejn instab PWN ħaj. Barra minn hekk, fil-21 ta’ April 2009 l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ erba’ kunsinni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. |
(6) |
Fl-24 ta’ Marzu 2009 u fit-3 ta’ April 2009, il-Litwanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. |
(7) |
L-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-Portugall mit-2 sal-11 ta’ Marzu 2009 żvelaw li l-movimenti ta’ materjal tal-injam u mballaġġ tal-injam mhumiex ikkontrollati għal kollox, kif mitlub mid-Deċiżjoni 2006/133/KE. B’mod partikolari, l-ispetturi skoprew bosta każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità filwaqt li kienu qed iwettqu kontrolli tat-triq fil-fruntiera Spanjola. Għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż ir-riskju li l-PWN jinxtered għal żoni ’l barra miż-żoni demarkati fil-Portugall. |
(8) |
Fid-dawl ta’ dawk is-sejbiet il-ġodda f’bosta Stati Membri u tar-riżultati tal-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni, hemm bżonn li l-Portugall jintensifika l-kontrolli uffiċjali applikati fuq il-moviment ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati għal żoni oħra sal-livell massimu fattibbli ta’ kontrolli sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni 2006/133/KE ġew sodisfatti. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jiffukaw fuq il-movimenti li jippreżentaw l-ogħla riskju li jxerrdu PWN ħaj ’il barra miż-żoni demarkati. Biex ir-riskji ta’ frodi jkunu limitati, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fejn injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli qed joħorġu miż-żoni demarkati. Ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull ġimgħa biex ikunu jistgħu jsegwu l-iżviluppi tal-qagħda fil-Portugall mill-qrib. |
(9) |
Barra minn hekk, biex tiżdied is-sorveljanza fuq il-materjali li jistgħu jippromwovu t-tixrid ta’ PWN ħaj fi Stati Membri oħra, huwa xieraq li jissaħħaħ il-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq injam, qoxra tas-siġar u pjanti, li ġejjin mill-Portugall u jiddaħħlu fit-territorju tagħhom. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jikkonsistu minn kontroll dokumentarju, kontroll tal-identità u, kif ikun xieraq, kontroll tas-saħħa tal-pjanti, li tista’ tinkludi ttestjar għall-preżenza ta’ PWN. Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tkun proporzjonata għar-riskju. F’każ ta’ konferma ta’ nuqqas ta’ konformità, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa, kif stipulati fid-Direttiva 2000/29/KE. |
(10) |
Fil-mument id-Deċiżjoni 2006/133/KE ma tistipulax għal rekwiżiti li jridu jiġu applikati fuq il-movimenti ta’ njam suxxettibbli, li joriġina f’żoni ’l barra miż-żoni demarkati fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid, inkluż dawk li ma żammewx il-wiċċ tond naturali tagħhom, kif ukoll fil-forma ta’ kaxxi tal-imballaġġ, kaxxi, qratel, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, paliti tal-kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-paliti, sew jekk qegħdin effettivament jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip (minn hawn ’il qudiiem “materjal tal-imballaġġ ta’ njam suxxettibbli”) miż-żoni demarkati għal żoni oħra fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi kif ukoll fil-moviment ta’ dawn il-materjali minn parti taż-żona demarkata fejn PWN huwa magħruf li jseħħ fil-parti taż-żona demarkata ddeżinjata bħala żona ta’ lqugħ. |
(11) |
In-nuqqas ta’ rekwiżiti bħal dawn ġej mill-fatt li mballaġġ ta’ njam suxxettibbli li ma joriġinax miż-żoni demarkati ma jippreżentax riskju ta’ ġarr ta’ PWN anke jekk jiċċirkola fi ħdan iż-żoni demarkati. Madankollu, bħalissa mhuwiex possibbli li ssir distinzjoni bejn materjal tal-imballaġġ ta’ njam bħal dan u materjal tal-imballaġġ tal-injam li joriġina fi ħdan iż-żoni demarkati li ma jkunx immarkat skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 b’kontradizzjoni mad-Deċiżjoni 2006/133/KE. |
(12) |
Minħabba f’hekk, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, materjal tal-imballaġġ ta’ njam suxxettibbli ta’ kwalunkwe oriġini, li jħalli ż-żona demarkata mingħajr ma jkun immarkat skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 irid jitqies mill-entitajiet uffiċjali responsabblli tal-Istati Membri bħala materjal li mhux konformi mad-Deċiżjoni 2006/133/KE. Għalhekk huwa xieraq li jiġu pprojbiti l-movimenti ta’ materjal bħal dan, li joriġina f’żoni għajr iż-żoni demarkati, miż-żoni demarkati għal żoni għajr dawk iż-żoni demarkati fi Stati Membri jew pajjiżi terzi, kif ukoll moviment ta’ dawk il-materjali mill-parti taż-żoni demarkati fejn huwa magħruf li jseħħ PWN fil-parti taż-żoni demarkati ddeżinjati bħala żona ta’ lqugħ, sakemm il-materjal ma jkunx jista’ jiġi identifikat bħala liberu mir-riskju ta’ tixrid ta’ PWN. |
(13) |
Materjal bħal dan għandu jkun identifikat bħala liberu mir-riskju li jxerred PWN meta għadda minn wieħed mit-trattamenti approvati speċifikati fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali FAO għall-miżuri Fitosanitarji Nru 15 u ġie mmarkat skont l-Anness II ta’ dan l-Istandard. Bħalissa m’hemm l-ebda alternattiva li tista’ tipprovdi l-istess livell ta’ garanziji mogħtija, b’mod partikolari, li m’hemm l-ebda sistema fis-seħħ fil-livell Komunitarju li teħtieġ li l-entitajiet uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri jiċċertifikaw l-oriġini tal-injam użat biex jiġi prodott materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli, u li l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawn mhix possibbli fil-medda l-qasira taż-żmien. |
(14) |
Hemm indikazzjonijiet li kaxxi magħmula interament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas jikkostitwixxu riskju iktar baxx għat-tixrid ta’ PWN meta mqabbel ma’ daqsijiet eħxen. Għalhekk huwa xieraq li kaxxi bħal dawn jiġu eżentati, tkun xi tkun l-oriġini tal-injam użat biex jipproduċihom, mill-obbligi ta’ trattament u mmarkar kif stipulat fl-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. |
(15) |
Sabiex jingħata żmien biżżejjed lill-operaturi biex jaddattaw ruħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, dan tal-aħħar ma għandux japplika qabel is-16 ta’ Ġunju 2009. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu: “Meta tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness, il-Portugall għandu japplika l-ogħla livell fattibbli ta’ kontrolli uffiċjali għal movimenti ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli minn żoni demarkati li jinsabu fit-territorju tiegħu għal żoni għajr għal dawk iż-żoni demarkati fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi. Huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-movimenti li jippreżentaw l-ogħla riskju li jxerrdu PWN ħaj ’il barra miż-żoni demarkati. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fil-punti fejn injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli qed joħorġu miż-żoni demarkati. Ir-riżultati għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull ġimgħa.” |
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-Istati Membri tad-destinazzjoni għajr għall-Portugall għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq injam, qoxra tas-siġar u pjanti, li jkunu ġejjin mill-Portugall u li ddaħħlu fit-territorju tagħhom. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu kontroll dokumentarju li jinkludi kontroll għall-preżenza u konformità tal-markament skont id-Deċiżjoni, kontroll tal-identità u, kif xieraq, kontroll tas-saħħa tal-pjanti li tista’ tinkludi ttestjar għall-preżenza ta’ PWN. 2. Kontrolli uffiċjali skont il-paragrafu 1 għandhom jitwettqu bi frekwenza li tiddependi b’mod partikolari fuq ir-riskju marbut mat-tipi differenti ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli u l-istorja tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni tal-operatur responsabbli għall-moviment ta’ njam, qoxra tas-siġar, u pjanti suxxettibbli. 3. F’każ li n-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu kkonfermati wara kontrolli uffiċjali mwettqa skont il-paragrafu 1, għandhom jittieħdu miżuri xierqa, simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/29/KE.” |
(3) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-16 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 248.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt (1) (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-Punt (2) (g) jinbidel b’dan li ġej:
|