Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0379

    2009/379/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Mejju 2009 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/04/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/379/oj

    12.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 117/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Mejju 2009

    li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    (2009/379/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ċerti ammonti għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 li huma disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) huma stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tal-24 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007, u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (2).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), ġie mħassar u huwa sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 daħħal fl-Artikolu 7 tiegħu rati ġodda miżjuda tal-modulazzjoni obbligatorja. F’konformità mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti (5), iż-żieda fir-rati ta’ modulazzjoni obbligatorja għandha titnaqqas mir-rata tal-modulazzjoni volontarja.

    (4)

    B’konsegwenza, l-ammonti ta’ modulazzjoni volontarja u obbligatorja disponibbli għall-FAEŻR inbidlu.

    (5)

    F’ġieħ iċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2006/410/KEE għandha titħassar u tinbidel b’test ġdid,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikoli 10(2), u 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (6) u l-Artikoli 9(1), 10(3), 134 u 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2006/410/KE hija mħassra.

    Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

    (3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

    (4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (5)  ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.

    (6)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.


    ANNESS

    (EUR miljuni):

    Sena tal-baġit

    L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    Ammonti disponibbli għall-FAEŻR

    Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    L-Artikolu 9(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007

    L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

    2007

    984

    22

     

     

     

     

     

    44 753

    2008

    1 241

    22

     

     

     

    362

     

    44 592

    2009

    1 305,7

    22

     

     

     

    424

    40,66

    44 886,64

    2010

     

     

    1 867,1

    22

     

    429,8

    82,11

    44 744,99

    2011

     

     

    2 095,3

    22

    484

    403,9

    122,61

    44 489,19

    2012

     

     

    2 355,3

    22

    484

    372,3

    122,61

    44 736,79

    2013

     

     

    2 640,9

    22

    484

    334,9

    122,61

    44 969,59


    Top