Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0321

    2009/321/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' April 2009 li tiffissa data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2564) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 95, 9.4.2009, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/321/oj

    9.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 95/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' April 2009

    li tiffissa data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2564)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/321/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

    (2)

    Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha jew ma waslet l-ebda dokumentazzjoni fi żmien l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

    (3)

    Konsegwentement, u skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri dwar dan. Dak it-tagħrif kien ukoll ippubblikat b’mezzi elettroniċi fit-18 ta’ Jannar 2008.

    (4)

    Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dak it-tagħrif, intwera interess li jittieħed ir-rwol ta’ parteċipant għal uħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

    (5)

    Għalhekk għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti mniżżlin fl-Anness, l-iskadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għandha tkun il-31 ta’ Mejju 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

    (2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


    ANNESS

    SUSTANZI U TIPI TA’ PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ISKADENZA L-ĠDIDA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAD-DOKUMENTAZZJONI HIJA L-31 TA’ MEJJU 2010.

    Isem

    Numru tal-KE

    Numru CAS

    Tip ta’ prodott

    RMS

    Estratt tal-Margosa

    283-644-7

    84696-25-3

    19

    DE

    Prodott tar-reazzjoni tal-adipat dimetil, tal-glutarat dimetil, tas-suċċinat dimetil mal-perossidu tal-idroġenu/mal-Perestan

    432-790-1

    -

    4

    HU


    Top