Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0246

    2009/246/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta' Frar 2009 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 73, 19.3.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/246/oj

    Related international agreement

    19.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 73/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' Frar 2009

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

    (2009/246/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 300 (2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-att ta' Adeżjoni ta' l-2005 u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, skont id-Deċiżjoni 2008/881/KE (2).

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, huwa approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (*).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jiddepożita l-atti previsti fl-Artikolu 8 tal-Protokoll.

    Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    O. LIŠKA


    (1)  Kunsens mogħti fis-16 ta' Diċembru 2008 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 324, 3.12.2008, p. 1.

    (*)  Ara ĠU L 324, 3.12.2008, p. 3.


    Top