This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0177
2009/177/EC: Commission Decision of 31 October 2008 implementing Council Directive 2006/88/EC as regards surveillance and eradication programmes and disease-free status of Member States, zones and compartments (notified under document number C(2008) 6264) (Text with EEA relevance)
2009/177/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6264) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32021R0620
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32002D0300 | ||||
Repeal | 32002D0308 | ||||
Implicit repeal | 32002D0536 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32002D1005 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32003D0114 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32003D0378 | 02/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32003D0458 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32003D0729 | 02/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32003D0839 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32004D0373 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32004D0850 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32005D0107 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32005D0475 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32005D0748 | 02/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32005D0813 | 18/09/2007 | |||
Implicit repeal | 32006D0214 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32006D0674 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32007D0104 | 02/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32007D0345 | 01/08/2009 | |||
Implicit repeal | 32008D0427 | 01/08/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009D0975 | Emenda | anness 1 | DATEFF | |
Modified by | 32010D0171 | Emenda | anness 1 | DATEFF | |
Modified by | 32012D0753 | Emenda | anness I P. B | ||
Modified by | 32012D0753 | Emenda | anness I P. C | ||
Modified by | 32013D0706 | Emenda | anness I P. A | ||
Modified by | 32013D0706 | Emenda | anness I P. B | ||
Modified by | 32013D0706 | Emenda | anness I P. C | ||
Modified by | 32015D1310 | Sostituzzjoni | anness I P. C Test | ||
Modified by | 32018D0998 | Sostituzzjoni | anness I P. C TABL Test | 13/07/2018 | |
Modified by | 32020D1179 | Żieda | anness I parti C Test | ||
Modified by | 32020D1179 | Tħassir | anness I parti C Test | ||
Modified by | 32020D1179 | Tħassir | anness I parti B Test | ||
Modified by | 32020D1179 | Sostituzzjoni | anness I parti A Test | ||
Modified by | 32020D1179 | Sostituzzjoni | anness I parti B Test | ||
Modified by | 32020D2110 | Sostituzzjoni | anness I parti C | 01/01/2021 | |
Repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Ottubru 2008
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6264)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/177/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 44(3), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 50(2)(a), l-Artikoli 50(3), 51(2), 59(2) u 61(3) u l-Artikolu 64 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi miżuri minimi ta’ prevenzjoni bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi ta’ negozji ta’ produzzjoni tal-akkwakultura u oħrajn relatati ma’ din l-industrija jkunu jafu aktar dwar il-mard tal-annimali tal-akkwakultura u jitħejjew aħjar għalih, u li jkunu applikati miżuri minimi ta’ kontroll jekk ikun hemm suspett ta’ ċertu mard jew jekk dan ifaqqa’ f’annimali akkwatiċi. Hija tħassar u tissostitwixxi, mill-1 ta’ Awwissu 2008, id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura (2). |
(2) |
L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li, fejn Stat Membru li ma jkunx magħruf li jkun infettat iżda li ma jkunx iddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness tagħha jfassal programm ta’ sorveljanza biex jikseb status ta’ ħelsien minn waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skont il-proċedura regolatorja. |
(3) |
L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi wkoll li fejn dak il-programm ta’ sorveljanza jkun ikopri kompartimenti jew żoni waħidhom li jikkomprendu anqas minn 75 % tat-territorju tal-Istat Membru u l-kompartiment jew iż-żona jkunu jikkonsistu f’erja ta’ qbid ta’ ilma li ma tkunx tinqasam ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, għandha tkun segwita proċedura differenti, inkluż il-mudell tal-formuli li jkollhom jintbagħtu lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali (“il-Kumitat”), kif provdut fl-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE. |
(4) |
L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li, fejn ikun magħruf li Stat Membru jkun infettat minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV tagħha jfassal programm biex jeqred waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skont il-proċedura regolatorja. |
(5) |
Fejn Stat Membru jkun jixtieq jikseb l-istatus ta’ ħelsien minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva għat-territorju kollu tiegħu skont l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, huwa għandu jissottometti prova biex ikun dikjarat ħieles minn mard skont il-proċedura regolatorja. |
(6) |
L-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li Stat Membru jista’ jiddikjara żona jew kompartiment ġewwa t-territorju tiegħu bħala ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV tiegħu taħt ċerti kondizzjonijiet. Stat Membru li jagħmel dikjarazzjoni bħal din għandu jissottomettiha lill-Kumitat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu. |
(7) |
Barra minn dan, l-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li fejn dik iż-żona jew kompartiment jikkomprendi aktar minn 75 % tat-territorju tal-Istat Membru jew ikun jikkonsisti f’erja ta’ qbid ta’ ilma li tkun tinqasam ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva għandha tkun sostitwita mill-proċedura regolatorja. |
(8) |
Jeħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati biex ikun speċifikat f’liema każijiet għandhom ikunu approvati programmi ta’ sorveljanza u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard skont il-proċedura regolatorja. |
(9) |
Għandhom jitfasslu listi ta’ Stati Membri, żoni jew kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza jew qerda approvati skont il-proċedura regolatorja, jew li għalihom ikun ġie approvat status ta’ ħelsien minn mard. |
(10) |
Għandhom jitfasslu wkoll mudelli ta’ formuli għas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi bħal dawn. Għandu jitfassal ukoll mudell ta’ formula għal Stati Membri biex jirrapportaw dwar l-evoluzzjoni ta’ ċerti programmi ta’ qerda u ċerti programmi ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, għandu jitfassal mudell ta’ formula għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ status bħal dan. |
(11) |
L-Anness V tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/425/KE tal-25 ta’ April 2008 (3) li tistabbilixxi rekwiżiti standard biex l-Istati Membri jissottomettu programm nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitotaġġ ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali għal finanzjament Komunitarju jinkludi l-analiżi dettaljata tal-ispiża tal-programmi li għalihom l-Istati Membri jkunu jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja. Fl-interess tal-konsistenza tal-liġijiet Komunitarji, il-mudell tal-formula għas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ qerda għal approvazzjoni skont id-Direttiva 2006/88/KE għandu jkun konformi mal-mudell li jinsab f’dak l-Anness. |
(12) |
Tkun meħtieġa informazzjoni annwali mingħand l-Istati Membri biex tkun eżaminata l-evoluzzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza approvati, kif ukoll ta’ programmi ta’ qerda approvati li ma jkunux soġġetti għal finanzjament Komunitarju. Għal dak il-għan, għandu jintbagħat rapport kull sena lill-Kummissjoni. Minħabba li programmi ta’ qerda soġġetti għal finanzjament Komunitarju huma skont l-iskop tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (4), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-kwistjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ dawk il-programmi b’mod konformi ma’ dik id-Deċiżjoni. |
(13) |
Dikjarazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kumitat għandhom ikunu aċċessibbli mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi. Is-soluzzjoni l-aktar fattibbli b’mod tekniku hija li jkun hemm paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet, billi din tiżgura aċċess faċli għal dikjarazzjonijiet bħal dawn. |
(14) |
Skont id-Direttiva 91/67/KEE, id-deċiżjonijiet li ġejjin approvaw żoni meħlusin minn mard, irziezet tal-ħut u programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ ħelsien minn mard: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta’ April 2002 li tistabbilixxi listi ta’ żoni u postijiet ta’ tkabbir rigward waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista taż-żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens (6), Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE tat-28 ta’ Awwissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u rziezet approvati f’żoni li mhumiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (7), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/722/KE tal-25 ta’ Ottubru 1994 li tapprova l-programm fir-rigward tal-bonamiosis u l-marteiliosis sottomess minn Franza (8). |
(15) |
Il-kriterji għal status ta’ ħelsien minn mard fid-Direttiva 2006/88/KE huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE, fir-rigward tal-approvazzjoni tat-territorju kollu tal-Istati Membri, żoni kontinentali u rziezet f’żoni mhux approvati. |
(16) |
Għalhekk, żoni kontinentali u rziezet approvati skont id-Direttiva 91/67/KEE ma jeħtiġilhomx ikunu ddikjarati lill-Kumitat skont id-Direttiva 2006/88/KE. Għandhom ukoll ikunu inklużi fil-lista ta’ żoni u kampartimenti aċċessibbli fil-paġni fuq l-Internet stabbilita b’din id-Deċiżjoni. |
(17) |
Iżda l-kunċett ta’ żona kostali mhux mogħti fid-Direttiva 2006/88/KE. Postijiet approvati bħala żoni kostali meħlusin minn mard skont id-Direttiva 91/67/KEE għandhom, għalhekk, ikunu eżaminati mill-ġdid mill-Istati Membri u għandha tintbagħat applikazzjoni ġdida, jew jekk ikun il-każ, dikjarazzjoni ġdida, skont id-Direttiva 2006/88/KE. |
(18) |
Id-Deċiżjonijiet 2002/300/KE u 2002/308/KE għandhom, għalhekk, jitħassru mill-1 ta’ Awwissu 2009, u b’hekk l-Istati Membri jitħallew ikollhom żmien biżżejjed biex jibagħtu dikjarazzjonijiet ġodda jew applikazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk iż-żoni kostali. |
(19) |
Id-distinzjoni bejn programmi ta’ sorveljanza u ta’ qerda mhix mogħtija fid-Direttiva 91/67/KEE. Iżda minħabba li r-rekwiżiti li japplikaw għal programmi bħal dawn huma ekwivalenti, il-programmi approvati skont id-Deċiżjonijiet 2003/634/KE u 94/722/KE għandhom jitqiesu bħala konformi mad-Direttiva 2006/88/KE. Bil-għan li jkun identifikat liema minn dawk il-programmi għandhom jitqiesu bħala programmi ta’ sorveljanza jew ta’ qerda u jkunu inklużi fil-listi rilevanti li jinsabu f’din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar dawk il-programmi lill-Kumitat sat-30 ta’ April 2009. |
(20) |
Il-miżuri mogħtija f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
SEZZJONI 1
SOTTOMISSJONI TA’ PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA U DIKJARAZZJONIJIET TA’ STATUS TA’ ĦELSIEN MINN MARD GĦAL APPROVAZZJZONI
Artikolu 1
Kondizzjonijiet għal sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni
1. Programmi ta’ sorveljanza għandhom jintbagħtu biss, kif provdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jekk ikunu jkopru:
(a) |
it-territorju kollu tal-Istat Membru; |
(b) |
kompartimenti jew gruppi tagħhom, li jkunu jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kostali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot biss speċijiet ta’ ilma mielaħ; |
(ċ) |
żoni u kompartimenti, jew gruppi tagħhom, li jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kontinentali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot biss speċijiet ta’ ilma ħelu; |
(d) |
żoni u kompartimenti, jew gruppi tagħhom, li jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kontinentali u tal-erja kostali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot speċijiet kemm ta’ ilma ħelu kif ukoll ta’ ilma mielaħ; jew |
(e) |
żoni u kompartimenti, li jikkonsistu f’erjas ta’ qbid ta’ ilma maqsumin ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. |
2. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, kompartiment jew grupp ta’ kompartimenti ta’ erja kostali għandhom jitqiesu li jkopru aktar minn 75 % tal-erja kostali ta’ Stat Membru meta jkopru aktar minn 75 % tal-linja kostali, imkejla tul il-linja bażi tal-kosta.
Artikolu 2
Kondizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard għal approvazzjoni
Dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard għandhom jintbagħtu biss għal approvazzjoni, kif provdut fl-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE, jekk id-dikjarazzjoni tkun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni.
SEZZJONI 2
LISTI TA’ STATI MEMBRI, ŻONI U KOMPARTIMENTI SOĠĠETTI GĦAL PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA U QERDA APPROVATI U POSTIJIET ĦIELSA MINN MARD
Artikolu 3
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programm ta’ sorveljanza approvat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima A tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
Artikolu 4
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programm ta’ qerda approvat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
Artikolu 5
Stati Membri, żoni u kompartimenti ħielsa minn mard
Stati Membri dikjarati bħala ħielsa minn mard skont l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, u żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa minn mard skont l-Artikolu 50(3) ta’ dik id-Direttiva, huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima C tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
SEZZJONI 3
MUDELL TA’ FORMULI GĦAL SOTTOMISSJONIJIET TA’ DIKJARAZZJONIJIET U APPLIKAZZJONIJIET
Artikolu 6
Mudell ta’ formuli għal programmi ta’ sorveljanza
1. Sottomissjonijiet għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza, kif provdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi II u III ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Sottomissjonijiet għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza, kif ipprovdut fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Mudell ta’ formula għal programmi ta’ qerda
Sottomissjonijiet għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda, kif ipprovdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2008/425/KE.
Artikolu 8
Mudell ta’ formuli għas-sottomissjsoni għal status ta’ ħelsien minn mard
1. Sottomissjonijiet ta’ dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ status ta’ ħelsien minn mard, kif ipprovdut fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi IV u V ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Sottomissjonijiet ta’ dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard ta’ żoni jew kompartimenti, kif provdut fl-Artikolu 50(2) tad-Deċiżjoni 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi IV u V ta’ din id-Deċiżjoni.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, meta status ta’ ħelsien minn mard ikollu jinkiseb skont l-Artikoli 49(1)(a), (b) jew il-punt 1 tat-Taqsima I tal-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri ma jkunx jeħtiġilhom li jissottomettu l-mudell tal-formuli li jinsab fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.
SEZZJONI 4
OBBLIGI TA’ RAPPORTI U INFORMAZZJONI BL-INTERNET
Artikolu 9
Rapportaġġ
Mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar:
(a) |
programmi ta’ sorveljanza approvati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE; |
(b) |
programmi ta’ qerda mhux soġġetti għal finanzjament u approvati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) ta’ dik id-Direttiva. |
Ir-rapport għandu jkun konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Paġni ta’ informazzjoni bl-Internet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw paġni ta’ informazzjoni bl-Internet biex jagħmlu:
(a) |
dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali (‘il-Kumitat’), skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, aċċessibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra; |
(b) |
dikjarazzjonijiet ta’ status ħieles minn mard mibgħuta lill-Kumitat, skont l-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva, aċċessibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra; |
(ċ) |
disponibbli għall-pubbliku l-lista ta’ żoni jew kompartimenti ddikjarati soġġetti għal programm ta’ sorveljanza approvat jew ħielsa minn mard, skont l-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva. |
2. Meta l-Istati Membri jippubblikaw fil-paġni ta’ informazzjoni bl-Internet id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, huma għandhom mill-ewwel jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizzi fuq l-Internet tal-paġni ta’ informazzjoni bl-Internet kif imsemmi fil-paragrafu 1.
SEZZJONI 5
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta’ postijiet ħielsa minn mard
1. Żoni kontinentali rikonoxxuti bħala approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) mid-Deċiżjoni 2002/308/KE u elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jitqiesu bħala żoni konformi mar-rekwiżiti għal żoni ħielsa minn mard li jinsabu fl-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE.
2. Rziezet tal-ħut rikonoxxuti bħala approvati fir-rigward tal-VHS u l-IHN mid-Deċiżjoni 2002/308/KE u elenkati fl-Anness II tagħha għandhom jitqiesu bħala kompartimenti konformi mar-rekwiżiti għal kompartimenti ħielsa minn mard li jinsabu fl-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE.
3. Żoni kontinentali u rziezet tal-ħut imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ żoni u kompartimenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1)(c).
4. B’deroga mill-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri m’għandux ikun jeħtiġilhom li jibagħtu dikjarazzjonijiet lill-Kumitat, fir-rigward taż-żoni kontinentali u rziezet tal-ħut imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta’ programmi approvati
1. B’deroga mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri m’għandux ikun jeħtiġilhom li jibagħtu programmi ta’ sorveljanza u qerda li kienu approvati bil-għan li jinkiseb status ta’ żona fir-rigward ta’:
(a) |
VHS u IHN bid-Deċiżjoni 2003/634/KE; |
(b) |
bonamiosis u marteiliosis bid-Deċiżjoni 94/722/KE. |
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009, l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-programmi msemmijin fil-paragrafu 1, li għandu jkollu mill-anqas:
(a) |
informazzjoni dwar id-dimarkazzjoni ġeografika tal-programmi; |
(b) |
l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness VI għall-erba’ snin ta’ qabel ta’ implimentazzjoni tal-programmi. |
SEZZJONI 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Revoka
Id-Deċiżjoni 2002/300/KE u 2002/308/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2009.
Artikolu 14
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(3) ĠU L 159, 18.6.2008, p. 1.
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(5) ĠU L 106, 23.4.2002, p. 28.
(6) ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24.
(8) ĠU L 288, 9.11.1994, p. 47.
ANNESS I
TAQSIMA A
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja skont programm ta’ sorveljanza (Stat Membru, żoni jew kompartimenti) |
Viral haemorrhagic septicaemia (VHS) |
|
|
|
Infectious haematopoietic necrosis (IHN) |
|
|
|
Il-marda ta’ koi herpes virus (KHV) |
|
|
|
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
|
|
|
Infezzjoni mill-Marteilia refringens |
|
|
|
Infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
|
|
|
Il-marda tal-ponot bojod |
|
|
|
TAQSIMA B
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Dimarkazzjoni ġeografika taż-żona skont programm ta’ qerda (Stat Membru, żoni jew kompartimenti) |
Viral haemorrhagic septicaemia (VHS) |
|
|
|
Infectious haematopoietic necrosis (IHN) |
|
|
|
Il-marda ta’ koi herpes virus (KHV) |
|
|
|
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
|
|
|
Infezzjoni mill-Marteilia refringens |
|
|
|
Infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
|
|
|
Il-marda tal-ponot bojod |
|
|
|
TAQSIMA C
Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa minn mard
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Dimarkazzjoni ġeografika taż-żona ħielsa minn mard (Stat Membru, żoni jew kompartimenti) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Viral haemorrhagic septicaemia (VHS) |
Id-Danimarka |
DK |
L-erjas ta’ qbid ta’ ilma u l-erjas kostali ta’:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Irlanda |
IE |
L-erjas kontinentali u kostali kollha ġewwa t-territorju tagħha, ħlief:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ċipru |
CY |
L-erjas kollha kontinentali ġewwa t-territorju tiegħu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Finlandja |
FI |
L-erjas kontinentali u kostali kollha ġewwa t-territorju tagħha, ħlief:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
UK |
L-erjas kontinentali u kostali kollha ġewwa t-territorju tiegħu, ħlief:
L-erjas kontinentali u kostali kollha fl-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Infectious haematopoietic necrosis (IHN) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ċipru |
CY |
L-erjas kontinentali kollha fit-territorju tiegħu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
UK |
L-erjas kontinentali u kostali kollha ġewwa l-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-marda ta’ koi herpes virus (KHV) |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
Il-Belġju |
BE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Bulgarija |
BG |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |

Il-Ġermanja |
DE |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Estonja |
EE |

Il-Greċja |
EL |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spanja |
ES |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Franza |
FR |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Italja |
IT |

Il-Latvja |
LV |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Litwanja |
LT |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Lussemburgu |
LU |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Malta |
MT |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Olanda |
NL |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Awstrija |
AT |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Polonja |
PL |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Portugall |
PT |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Rumanija |
RO |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-Slovenja |
SI |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-Slovakkja |
SK |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Infezzjoni mill-Marteilia refringens |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
UK |
Il-linja kostali kollha tal-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, Herm u l-Isle of Man. Il-linja kostali kollha tal-Irlanda ta’ Fuq. Il-linja kostali kollha ta’ Guernsey u Herm. Il-linja kostali tal-Istat ta’ Jersey: l-erja hija magħmula mill-erja kostali intermarea u immedjata bejn il-marka medja tal-ogħla livell tal-baħar fil-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja maqtugħa tliet mili nawtiċi mill-marka medja l-aktar baxxa tal-baħar tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf ta’ Normano-Breton, fin-naħa ta’ isfel tal-Kanal Ingliż. Il-linja kostali kollha tal-Isle of Man. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
L-Irlanda |
IE |
Il-linja kostali kollha tal-Irlanda, ħlief:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
UK |
Il-linja kostali kollha tal-Gran Brittanja, ħlief:
Il-linja kostali kollha tal-Irlanda ta’ Fuq, ħlief:
Il-linja kostali ta’ Guernsey, Herm u l-Isle of Man. L-erja kostali tal-Istat ta’ Jersey: l-erja hija magħmula mill-erja kostali intermarea u immedjata bejn il-marka medja tal-ogħla livell tal-baħar fuq il-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja maqtugħa tliet mili nawtiċi mill-marka medja l-aktar baxxa tal-baħar tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf ta’ Normano-Breton, fin-naħa ta’ isfel tal-Kanal Ingliż. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-marda tal-ponot bojod |
|
|
|
ANNESS II
Mudell għal sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS III
TAQSIMA A
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ sottomissjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni dwar il-qagħda/evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fl-aħħar erba’ snin (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Data dwar ittestjar ta’ annimali
Stat Membru, żona jew kompartiment (1)
|
Marda: |
|
Sena: |
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski (2) |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
Total |
2. Data dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Marda: |
|
Sena: |
Stat Membru, żona jew kompartiment (3) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski (4) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski verifikati (5) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi (6) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi (7) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija (8) |
Indikaturi tal-miri |
||
% kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA B
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ sottomissjonijiet għal approvazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza dwar miri (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Miri relatati ma’ ittestjar ta’ annimali
Stat Membru, żona jew kompartiment (9)
|
Marda: |
|
Sena: |
Razzett jew erja ta’ tkabbir tal-molluski (10) |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
2. Miri dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Marda: |
|
Sena: |
Stat Membru, żona jew kompartiment (11) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski (12) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu verifikati (13) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu pożittivi (14) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu ġodda u pożittivi (15) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jitbattlu |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi mistennija li jitbattlu |
Indikaturi ta’ miri |
||
% mistenni ta’ kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza mistennija ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza mistennija ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 = (4/3) × 100 |
10 = (5/4) × 100 |
11 = (6/4) × 100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom suġġetti għas-sottomissjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun.
(3) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(4) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(5) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/erja ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jingħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba.
(6) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati.
(7) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni.
Fil-każ ta’ programmi mibgħuta qabel l-1 ta’ Awwissu 2008, rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li ma kinux pożittivi għall-marda in kwistjoni fil-perjodu ta’ qabel u li jkollhom mill-anqas annimal pożittiv wieħed għal dan il-perjodu.
(8) Annimali × 1 000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija.
(9) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti mill-Punt 6 tal-Anness II.
(10) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fit-territorju kollu jew f’parti minnu tal-Istat Membru, żona jew kompartiment soġġetti għas-sottomissjoni, u, t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fuq annimali selvaġġi, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun.
(11) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(12) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(13) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba.
(14) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbiar tal-molluski kienu vverifikati.
(15) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni.
ANNESS IV
Mudell għal sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard u dikjarazzjonijiet ta’ ħelsien minn mard
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS V
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Data dwar ittestjar ta’ annimali
Stat Membru, żona jew kompartiment (1)
|
Marda: |
|
Sena: |
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski (2) |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
Total |
2. Data dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Marda: |
|
Sena: |
Stat Membru, żona jew kompartiment (3) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski (4) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski verifikati (5) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi (6) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi (7) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija (8) |
Target Indicators |
||
% kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV.
(2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom soġġetti għall-applikazzjoni jew id-dikjarazzjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun.
(3) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV.
(4) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV.
(5) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm biex jinkiseb status ta’ ħelsien minn mard għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba.
(6) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati.
(7) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni.
Fil-każ ta’ programmi mibgħuta qabel l-1 ta’ Awwissu 2008, rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li ma kinux pożittivi għall-marda in kwistjoni fil-perjodu ta’ qabel u li jkollhom mill-anqas annimal pożittiv wieħed għal dan il-perjodu.
(8) Annimali × 1 000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija.
ANNESS VI
RAPPORT MUDELL
1. Rapport relatat mal-ittestjar ta’ annimali
Stat Membru, żona jew kompartiment (1)
|
Marda: |
|
Sena: |
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski (2) |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjun |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
Total |
2. Rapport dwar l-ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Marda: |
|
Sena: |
Stat Membru, żona jew kompartiment (3) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski (4) |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski vverifikati (5) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi (6) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi (7) |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija (8) |
Indikaturi mmirati |
||
% ta' kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom soġġetti għall-applikazzjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun.
(3) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(4) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II.
(5) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba.
(6) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati.
(7) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rapportaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni.