This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1362
Council Regulation (EC) No 1362/2008 of 18 December 2008 amending Regulation (EC) No 2505/96 opening and providing for the administration of autonomous Community tariff quotas for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 352, 31.12.2008, p. 18–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31996R2505 | Sostituzzjoni | ANN1 | 31/12/2008 |
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/18 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1362/2008
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1). Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq skont l-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Għal dak il-għan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja ġdida għandha tinfetaħ bir-rata żero ta’ dazju għal ammont xieraq filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq ta’ dan il-prodott. |
(2) |
L-ammonti tal-kwota għal żewġ kwoti tat-tariffi awtonomi Komunitarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-bżonnijiet tal-industrija Komunitarja għall-perjodu tal-kwota attwali li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant, dawk l-ammonti tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(3) |
L-ammont tal-kwota għal kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja awtonoma jfixkel is-suq Komunitarju intern. Għaldaqstant, dan l-ammont tal-kwota għandu jitnaqqas. |
(4) |
Ma għadux fl-interess tal-Komunità li fl-2009 tkompli tagħti kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti li fl-2008 kienu stabbiliti dawn il-kwoti għalihom. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96. |
(5) |
Fid-dawl tal-ħafna bidliet li għad iridu jsiru, iċ-ċarezza tesiġi li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel fl-intier tiegħu. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Fid-dawl tal-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, huwa neċessarju li jsir użu mir-raġunijiet ta' urġenza previsti fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
(8) |
Billi l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:
(a) |
il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2812 għandu jkun ffissat għal 4 000 tunnellata; |
(b) |
il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2950 għandu jkun ffissat għal 15 000 tunnellata. |
Artikolu 3
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:
— |
il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2908 għandu jkun stipulat għal 40 000 tunnellata. |
Artikolu 4
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tiddaħħal ringiela għan-numru tal-ordni 09.2631.
Artikolu 5
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandhom jitħassru r-ringieli għan-numri tal-ordnijiet 09.2618, 09.2713, 09.2719, 09.2771 u 09.2775.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.
ANNESS
“ANNESS I
In-numru tal-ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Id-deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Id-dazju fuq il-kwota |
||||||||
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2913 |
ex 2401 10 35 |
91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ f’daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux inqas minn 450 ewro għal kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala legatur jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00 (1) |
1.1-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
ex 2401 10 70 |
10 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
11 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
21 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
91 |
|||||||||||||
ex 2401 20 35 |
91 |
|||||||||||||
ex 2401 20 70 |
10 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
11 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
21 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
91 |
|||||||||||||
09.2841 |
ex 2712 90 99 |
10 |
Taħlita ta1-alkeni li fihom 80 % tal-piż jew iktar tal-alkeni b’tul ta’ katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1-31.12. |
13 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Triossidu tat-tungsteni |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2611 |
ex 2826 19 90 |
10 |
Fluworid tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0,25 mg/kg jew inqas, fil-forma ta’ trab |
1.1.-31.12. |
55 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2837 |
ex 2903 49 80 |
10 |
Bromoklorometan |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2933 |
ex 2903 69 90 |
30 |
1,3-Diklorobenżin |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2950 |
ex 2905 59 98 |
10 |
2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90 (1) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-Kresol b’purità ta’ mhux inqas minn 98,5 % skont il-piż |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeide) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2767 |
ex 2910 90 00 |
80 |
Eteru tal-allil gliċidil |
1.1.-31.12. |
1 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidride aċetiku |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Sebakat tad-dimentil |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċidu aċetilsaliċiliku |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benżofenon-3,3′:4,4′-tetrakarbossiliku dianidrid |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-Fenilendiammina |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitril |
1.1.-31.12. |
30 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2030 |
ex 2926 90 95 |
74 |
Klorotalonil |
1.1.-31.12. |
1 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2002 |
ex 2928 00 90 |
30 |
Fenilidrażin |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2917 |
ex 2930 90 13 |
90 |
Ċistina |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2603 |
ex 2930 90 85 |
79 |
Bis(3-trietossisililpropil)tetrasulfid |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2810 |
2932 11 00 |
|
Tetraidrofuran |
1.1-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamon (ISO) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2812 |
ex 2932 29 85 |
77 |
Eża-6-olid |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2615 |
ex 2934 99 90 |
70 |
Aċidu ribonuklejku |
1.1.-31.12. |
110 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2619 |
ex 2934 99 90 |
71 |
2-Tijenilaċetonitril |
1.1.-31.12. |
80 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Ksilożju |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2908 |
ex 3804 00 90 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Terpentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2935 |
3806 10 10 |
|
Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-diossidu tat-titanju u t-triossidu tat-tungstenu |
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2829 |
ex 3824 90 97 |
19 |
Estratt solidu ta’ residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba waqt l-estrazzjoni tar-reżin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2914 |
ex 3824 90 97 |
26 |
Soluzzjoni tal-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta' estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta' mluħ organiċi jew inorganiċi |
1.1.-31.12. |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2986 |
ex 3824 90 97 |
76 |
Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom:
għall-użu fil-produzzjoni ta' ossidi tal-ammini (1) |
1.1-31.12. |
14 315 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2907 |
ex 3824 90 97 |
86 |
Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:
għall-użu fil-produzzjoni ta' esteri tal-istanoli/steroli (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2140 |
ex 3824 90 97 |
98 |
Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’:
|
1.1.-31.12. |
4 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2992 |
ex 3902 30 00 |
93 |
Kopolimer tal-propilen-butilen, li fih 60 % jew iktar skont il-piż imma mhux iktar minn 68 % ta’ propilen u 32 % jew iktar imma mhux iktar minn 40 % ta' butilen, b'viskożità tat-tidwib mhux ogħla minn 3 000 mPa f'190 °C, kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 4818 40 (1) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2947 |
ex 3904 69 90 |
95 |
Poli(viniliden fluworid), fil-forma ta' trab, għall-preparazzjoni ta' żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2604 |
ex 3905 30 00 |
10 |
Poli(vinil alkoħol) parzjalment aċetalizzat b'5-(4-ażido-2-sulfobenżiliden)-3-(formilpropil)-rodanin, melħ tas-sodju |
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2616 |
ex 3910 00 00 |
30 |
Polidimetilsilossan b'livell ta' polimerizzazzjoni ta' 2 800 unità ta' monomeri (± 100) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Laqx tal-aċetat taċ-ċelluloża għall-użu fil-produzzjoni ta' truf tal-filament tal-aċetat taċ-ċelluloża (1) |
1.1.-31.12. |
45 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2818 |
ex 6902 90 00 |
10 |
Briks reffrattorji b’
|
1.1.-31.12. |
75 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b'piż ta' 120 gm/m2 (± 10 gm/m2, ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu |
1.1.-31.12. |
350 000 m2 |
0 % |
||||||||
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1,5 % jew iktar imma mhux iktar minn 4 % ta' karbonju skont il-piż u mhux iktar minn 70 % ta' kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2629 |
ex 7616 99 90 |
85 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-produzzjoni tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
240 000 unità |
0 % |
||||||||
09.2763 |
ex 8501 40 80 |
30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ iktar minn 750 W, u b’qawwa tal-input ta' iktar minn 1 600 W imma mhux iktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ iktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux iktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ iktar minn 30 000 rpm imma mhux iktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 unità |
0 % |
||||||||
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Muntaġġ għal sistema tal-GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni |
1.1.-31.12. |
2 000 000 unità |
0 % |
||||||||
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta' mhux iktar minn 30 × 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 unità |
0 % |
||||||||
09.2631 |
ex 9001 90 00 |
80 |
Lentijiet tal-ħġieġ mhux immuntati, priżmi u elementi mgħaqqda għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti bil-kodiċijiet tan-Nm 9005 , 9013 u 9015 (1) |
1.1.-31.12. |
5 000 000 unità |
0 % |
(1) Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).
(2) Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti tal-catering jew li jbiegħu bl-imnut.”.