EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1299

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1299/2008 tad- 9 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

ĠU L 344, 20.12.2008, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1299/oj

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 344/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1299/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 26(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedu li għandu jiġi ffissat prezz ta’ gwida u prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għal kull sena ta’ sajd biex ikunu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet għall-intervent sabiex jitqegħdu fis-suq ċerti prodotti tas-sajd.

(2)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jesiġi li l-prezz ta’ gwida jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti u gruppi ta’ prodotti elenkati fil-lista fl-Anness I u II ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fuq il-bażi tad-dejta kurrenti disponibbli fuq il-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati u fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ gwida għandu jiżdied, jinżamm, jew jitnaqqas għas-sena tas-sajd 2009, skond l-ispeċijiet.

(4)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ jiġi kkalkolat l-prezz Komunitarju tal-produtturi għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-lista fl-Anness III ma’ dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit prezz Komunitarju tal-produtturi għal wieħed minn dawk il-prodotti u li jiġi kkalkolat il-prezz Komunitarju tal-produtturi għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2006 tat-30 ta’ Mejju 2006 li jiffissa l-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ġenera Thunnus u Euthynnus (2).

(5)

Fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz Komunitarju tal-produtturi għas-sena tas-sajd 2009 għandu jiġi aġġustat.

(6)

Fid-dawl ta’ l-urġenza tal-każ, huwa importanti li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-prezz ta’ gwida kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-prezz Komunitarju tal-produtturi kif previst fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fisseħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. BUSSEREAU


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.


ANNESS I

Annessi

Speċi

Prodotti msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Preżentazzjoni Kummerċjali

Prezz ta’ gwida

(EUR/tunnellata)

I

1.

Aringi ta’ l-ispeċi Clupea harengus

Ħut sħiħ

281

2.

Sardin ta’ l-ispeċi Sardina pilchardus

Ħut sħiħ

574

3.

Mazzola Griża (Squalus acanthias)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 112

4.

Gattarell (Scyliorhinus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

725

5.

Redfish (Sebastes spp.)

Ħut sħiħ

1 200

6.

Merluzz ta’ l-ispeċi Gadus morhua

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 655

7.

Pollakkju (Pollachius virens)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

776

8.

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 038

9.

Merlangu (Merlangius merlangus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

955

10.

Linarda (Molva spp)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 214

11.

Kavall ta’ l-ispeċi Scomber scombrus

Ħut sħiħ

323

12.

Kavall ta’ l-ispeċi Scomber japonicus

Ħut sħiħ

291

13.

Inċova (Engraulis spp.)

Ħut sħiħ

1 300

14.

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.1.2009 sat-30.4.2009

1 079

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.5.2009 sal-31.12.2009

1 499

15.

Marlozz ta’ l-ispeċi Merluccius merluccius

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

3 620

16.

Lingwata (Lepidorhombus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 528

17.

Barbun (Limanda limanda)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

854

18.

Barbun komuni (Platichthys flesus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

522

19.

Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga)

Ħut sħiħ

2 197

Ħut imnaddaf bir-ras

2 415

20.

Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

Sħiħ

1 729

21.

Petriċa (Lophius spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 968

Mingħajr ras

6 107

22.

Gambli ta’ l-ispeċi Crangon crangon

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

2 498

23.

Gambli tat-tramuntana (Pandalus borealis)

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

6 539

Frisk jew imkessaħ

1 622

24.

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

Sħiħ

1 783

25.

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus)

Sħiħ

5 470

Dnub

4 364

26.

Lingwata (Solea spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

6 880

II

1.

Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 955

2.

Marlozzi ta’ l-ispeċi Merluccius spp.

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 196

Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 483

3.

Pagri (Dentex dentex and Pagellus spp.)

Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 554

4.

Pixxispad (Xiphias gladius)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

3 998

5.

Siċċa (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 954

6.

Qarnit (Octopus spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

2 183

7.

Klamari (Loligo spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 203

8.

Klamari (Ommastrephes sagittatus)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

961

9.

Illex argentinus

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

869

10.

Gambli tal-familja Penaeidae

 

 

Gambli ta’ l-ispeċi Parapenaeus longirostris

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

4 032

Speċijiet oħra tal-familja Penaeidae

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

7 897


ANNESS II

Speċi

Prodotti elenkati fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Piż

Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-prezz Komunitarju tal-produttur

(EUR/tunnellata)

Tonn tax-xewka safra (Thunnus albacares)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

1 275

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Alonga (Thunnus alalunga)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Palamit (Katsuwonus pelamis)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Tonn (Thunnus thynnus)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Speċijiet oħra tal-ġeneru Thunnus u Euthynnus

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 


Top